Ktieb Festa San Publju 2022

Page 64

PA R RO Ċ Ċ A S A N P U BLJ U, I L -F U R J A N A 2 0 2 2

Apprezzament Lil Sr. Imelda Muscat – Kitba ta’ Alan Michael Vella pro neputi tagħha. Imwielda Margaret Muscat fil-Furjana fis-sena 1945, marret l-iskola tal-Furjana u mbagħad kompliet għand il-Franġiskani fl-iskola tal- Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun. Kien hemm li l- Mulej sejħilha għall- appostolat tiegħu. Fl-1960 ħalliet Malta u marret Ruma biex tibda s-snin twal ta’ formazzjoni. Wara l-ewwel professjoni ntbagħtet fl-Eġittu fejn damet hemm għal 47 sena sħaħ. Hi serviet f’diversi karigi fosthom ta’ Superjura kif ukoll serviet fl-appostolat f’diversi parroċċi u rħula. Fis-sena 2014 is-Superjuri tagħha talbuha tmur il-Ghana Ma kinitx facli għaliha wara 47 sena l-Eġittu. Biex l-obbidjenza tibqa’ fic-centru ta’ ħajjitha aċċettat li tmur u marret Ruma biex jibdew il-prattiċi. Meta kienet l-Italja bagħtuha tgħin fi skola ġewwa Napli. Qabel ma kienet sejra l-Ghana għamlet ilkontrolli mediċi u saħħitha ma ppermetitilhiex li tmur il-Ghana u għalhekk baqgħet Ruma b’diversi ħidmiet. Fix-xahar ta’ Diċembru 2019 saħħitha bdiet tonqos u nhar it-18 ta’ Dicembru mdawra bis-Sorrijiet u kkonsulata bis-sagramenti mqaddsa ngħaqdet mal-Mulej għarus tagħha li tant kienet tħobb u ħadmet għalih u għas-salvazzjoni talerwieħ. Issa li m’għadhiex magħna qiegħda fis-sema titlob għalina, u kif ħabbitna fuq din l-art qed tħobbna l-istess mis-sema.

64

PA R RO ĊĊ A S A N PU BLJ U, I L -F U R J A N A 2 0 22


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Ktieb Festa San Publju 2022 by Dale Cachia - Issuu