4 minute read

Apprezzament Lil Sr. Imelda Muscat Alan Micheal Vella

li kien hemm qabel ta’ San Anard Abbati jiddendel filkappella l-ġdida. L-ewwel ġebla ta’ din il-kappella tqiegħdet nhar il-Ħadd 26 ta’ Lulju 1850 mill-Kanonku Teologu Dun Tumas Pace li dak iż-żmien kien ProVigarju f’Għawdex. Ilknisja tlestiet sentejn wara u ġiet imbierka fl-10 t’Ottubru 1852 mill-Arċipriet talGħarb, Dun Salv Mizzi bħala Delegat ta’ Mons Isqof Publiju Dei Conti Sant. Il-kwadru antik ta’ San Anard baqa’ ma ddendel qatt. B’digriet tal-Isqof Sant tat-23 ta’ Settembru 1852, il-festa ta’ San Publiju ġiet mgħollija għat-tieni klassi u l-ġurnata tal-festa nbidlet mill-21 ta’ Jannar għat-tieni Ħadd wara l-Għid.

Il-fundatur tal-kappella ta’ San Publiju, Dun Ġużepp Cassar miet fl-1866 u xtaq jindifen fil-kappella. Dan ma seħħx u ndifen fil-qabar numru 32 fil-Knisja Parrokkjali tal-Għarb. Ħalla legat ta’ tmien xelini biex isirlu anniversarju kantat. Dan baqa’ jsir sal-1940 mill-Kanoniċi tal-Kolleġġjata tal-Għarb fit-13 ta’ Diċembru ta’ kull sena. Meta miet Dun Ġużepp, il-prokuratur tal-kappella sar il-Kanonku Dun Mikiel Anġ Mizzi li dam sat-3 t’Ottubru 1869. Għal xi żmien il-prokuratur tagħha kien L-Arċipriet Franġisku Saverju Debrincat u wara ġiet f’idejn Dun Franġisk Mercieca. Dun Franġisk kien Viċi Parroku fl-Għarb u miet fil-15 ta’ Novembru 1891 fl-eta` ta’ 78 sena. Wara li saret il-quddiesa funebri fil-knisja Viċendarja tal-Għasri hu ġie milqugħ mill-Kapitlu tal-Għarb fil-konfini tarraħal u ttieħed fil-kappella ta’ San Publiju fejn ġie midfun. Warajh jidher li r-responsabbilta` tagħha waqgħet f’idejn il-prokuraturi u r-retturi talkappella u iktar tard Santwarju u Bażilika ta’ Pinu. Fil-festa titulari tal-qaddis li saret fid-19 t’April 1896 bil-permess tal-Isqof t’Għawdex Giovanni Maria Camilleri nżamm għallewwel darba Gesu` Sagramentat fit-Tabernaklu u l-festa għalqet fil-Barka Sagramentali. Meta l-Monsinjur Onorarju Dun Ġużepp Portelli kien ir-rettur tagħha ħa ħsieb li jagħmel il-paviment tal-mużajk u xtara sett gandlieri tal-festa bis-salib b’kollox. Fl-1928 ġab ukoll relikwarju ċkejken. Fl-1937 l-altar waħdieni talknisja sar tal-irħam mid-ditta Ġużeppi Buhagiar u tpoġġa f’postu minn Vinċenzo Buhagiar. Sewa 67 lira sterina u 12-il xelin u tħallas minn Publiju Cini li kien joqgħod fl-inħawi. Fl-istess sena tkabbret is-sagristija bi ftit piedi fuq art mogħtija minn Salvu Mercieca "Ta’ Kunċetta” li kien joqgħod fid-dar ta’ maġenb ilkappella. Meta Monsijur Portelli miet fis-7 ta’ Marzu 1949, beda jieħu ħsieb il-kappella Dun Pawl Formosa li dam sal-1957. Fl-1955 saret l-induratura tal-gwarniċ tal-ventaltar mis-sur William Attard mir-Rabat Malta. Fi żmien Dun Pawl sar ukoll iz-zokklu tal-mużajk mal-knisja kollha. Wara Dun Pawl, sar rettur Dun Lawrenz Portelli li spiċċa fl-20 ta’ Novembru 1967.

Advertisement

Fit-12 ta’ Novembru 1956, l-għada li ġiet inkurunata l-Madonna ta’ Fatima fil-Kolleġġjata tal-Għarb minn Mons Isqof Ġużeppi Pace, ittieħdet b’korteo bix-xemgħat jixegħlu lejn il-Kappella ta’ San Publiju fejn baqgħet sat-18 ta’ Novembru. Fl-1957 għall- prezz ta’ sebgħin lira sterlina nxtraw pjaneta, dalmatika, tuniċella u sopraleġġju lkoll irrakkmati b’ħarir aħmar biex jintużaw fil-quddiesa kantata tal-festa. Flistess sena saret Via Sagra ġdida maħduma milliskultur Għawdxi Wistin Camilleri u mbierka mill-Isqof Ġużeppi Pace nhar Ħadd il-Għid, 24 t’April 1960. Din swiet tmienja u għoxrin lira, seba` xelini u sitt soldi u l-brazzi ta’ quddiem ix-xbihat tal-Via Sagra swew tmien liri sterlini. Fis-sena 1960, fil-Festi Ċentinarji mill-miġja ta’ San Pawl f’Malta u ċ-ċelebrazzjonijiet talħatra u l-konsagrazzjoni episkopali ta’ San Publiju Martri f’din il-kappella kienu saru festi speċjali bi tridu ta’ prietki mill-Kappillan tal-Għasri ta’ dak iż-żmien, Dun Karm Vella. Fil-festa tal-qaddis Publiju tas-sena 1967

żżanżnu żewġ qniepen ġodda f’din ilkappella. Ġew imsemmija Publija u Pawla u nħadmu mid-ditta Francis Abela tal-Ħamrun. L-Amministratur Appostoliku għal Għawdex Mons Isqof Nikol Ġużeppi Cauchi berikhom nhar ilĦadd 16 t’April 1967 fittlieta ta’ waranofsinhar.

Illum il-festa fil-kappella tiġi ċċelebrata fit-tielet Ħadd ta’ Jannar. Lejlet ilfesta jitkanta l-ewwel għasar u nhar il-festa jitkanta t-tieni għasar, jintiseġ paniġirku ta’ tifħir lillqaddis, tingħad il-kurunella tiegħu u tingħata l-Barka Sagramentali. L-Arċipriet Dun Publiju Refalo ħalla legat ta’ erba’ xelini u żewġ soldi biex bihom isiru għasar u quddiesa kantata f’jum l-festa. Nafu li għal żmien twil fis-seklu għoxrin kienu jsiru żewġ quddisiet kuljum; fis-6.00am u fil-11.00am.

Il-kappella għandha stil arkittetoniku li kien użat ħafna fis-seklu dsatax. Il-faċċata tagħha tinqasam orizzontalment fi tnejn b’ċinta maħruġa ‘l barra u mibnija bil-ġebel tal-franka fuq skeletru ta’ erba’ pilastri Doriċi fil-parti t’isfel. Hemm bieb fin-nofs li titla’ għalih bi tliet tarġiet. Mad-dawra tal-bieb hemm gwarniċa li tibqa’ tielgħa tliet filati fuq il-bieb b’dekorazzjoni sempliċi. Fin-naħa ta' fuq hemm entablatura b’tieqa għolja ftit iktar minn metru u wiesgħa tliet kwarti ta’ metru li minnha tiddawwal ilkappella minn ġewwa. Fuq il-gwarniċ tat-tieqa hemm biċċa maħruġa ‘l barra biex wieħed inaqqax arma li ma saret qatt. Il-ġnieb tal-parti ta’ fuq jispiċċaw b’żewġ piramidi fuq nett. Fuq nett fin-nofs hemm frontispizju b’salib tal-ġebel fuqu. Fil-frontispizju hemm toqba fejn hemm iż-żewġ qniepen żgħar imsemmija iktar ‘il fuq.

Minn ġewwa l-kappella għandha saqaf troll. Ilkwadru titulari, żejt fuq it-tila, mingħajr data u firma juri lil San Publiju Isqof qiegħed jitlob attakkat minn żewġ iljuni. Hemm kwadru talAssunta fuq ix-xellug u ieħor tal-Kunċizzjoni fuq il-lemin tal-kwadru titulari. Fl-arzella fuq il-kwadru titulari hemm kwadru ieħor biż-żejt fuq it-tila tas-Sagra Familja, Eliżabetta u San Ġwann. F’niċċa fil-ħajt taxxellug tal-knisja hemm statwa tal-Madonna tar-Rużarju u f’niċċa oħra fil-ħajt talbieb fuq ix-xellug hemm statwa żgħira tar-Redentur.

Wara li spiċċa Mons Beneditt Camilleri minn Rettur ta’ Pinu fl-2001, irresponsabbilta` tal-kappella ta’ San Publiju ġiet f’idejn l-Arċipriet tal-Għarb Mons Karm Gauci (2001- 2010), Mons Joseph Sultana (2010 –2016) u Mons Trevor Sultana (2017 sal-lum).

Il-kappella hija miżmuma tajjeb minn Nazzarena Mintoff u Mawrizju Cauchi iżda l-kappella għandha bżonn restawr strutturali urġenti kif ukoll kura artistika tal-kwadru titulari.

Biblijografija

Ferris Achille. Storia Ecclesiastica di Malta. Malta 1877. Aquilina George, Fiorini Stanley. (2001) Documentary Sources of Maltese History (Part IV:Documents at the Vatican) No1 Archivio Segreto Vaticano Congregazione Vescovi e Regolari Malta: Visita Apostolica no 51 Mgr Petrus Dusina. Formosa Patrick. History of Għarb. Malta, 2018. Arkivju Parrokkjali, Għarb Għawdex Camilleri Salvatore. Manuskritt mhux ippubblikat.

This article is from: