4 minute read

Il-Knisja Ta’ San Publiju T’ Għammar Profs. Joseph Galea

Il-pavaljuni llum jinsabu kollha mdendlin minflok mitwijin.

Liedna u kuruni ġodda

Advertisement

Inħadmu mijiet ta’ metri ta’ liedna ġdida kif ukoll kuruni ħomor li jintramaw magħha. Din il-liedna ser tintuża fi Triq San Tumas, filwaqt li l-kuruni ser jintramaw fin-nofs tal-pendent ta’ Triq il-Miratur.

Xogħlijiet oħra

Tranġaw numru ta’ brazzi biex jerġgħu jinbdew jintramaw, kif ukoll inxtraw bozoz għalihom. Ġew rinnovati l-anġli ta’ Triq Konservatorju kollha u sar anġlu ġdid. Għal dan l-anġlu sar ukoll il-pedestall ġdid. Saru sopraporti ġodda għallbandalori ta’ Triq San Tumas, u labardi dekorattivi għall-arbli tal-faċċata.

Attivitajiet

L-Ark Trijonfali

Proġett mill-ikbar huwa bla dubju l-bini mill-ġdid tal-Ark. Saret iktar diffiċli minħabba l-pandemija, imma għall-grazzja t’Alla x-xogħol miexi kif ippjanat. Sakemm qed jinkiteb dan ir-rapport ixxogħol fuq l-injam wasal sa taħt iċ-ċinta tal-Ark, imma mhux biss, bħalissa għaddej ukoll xogħol minn diversi professjonisti u artisti fosthom draughtsman, mastrudaxxi, ħaddieda, skultur, disinjatur tal-iskultura u perit. Diffikulta` oħra kif isiru laqgħat ta’ loġistika ma` dawn in-nies, filwaqt li ma jistgħux niltaqgħu minħabba l-pandemija. Saru laqgħat online, kif ukoll b’telefonati. Fuq ordni tal-Arċipriet u anke konformi mar-regolamenti tas-saħħa, ħadd ma seta` jmur għand il-mastrudaxxi għalxejn inkluż il-membri tal-Fergħa. Dan biex nipproteġu kemm jista’ jkun lill-mastrudaxxi millpandemija. L-ammont ta’ drabi li kellna naraw ix-xogħol isir b’għajnena huwa ftit. Tajjeb li nsemmu li dan kollu kien u għadu possibbli li jsir bl-għajnuna tal-Kunsill għallKultura fi ħdan il-Ministeru tal-Kultura, kif ukoll tal-Fond għall-Kawżi Soċjali.

Tindif u l-lift fil-Kannierja

Saret ukoll bokka ta’ daqs kbir fiz-zuntier tan-naħa ta’ Balzunetta (bil-permessi talMEPA), bl-skop li fiha jsir lift. Dan il-lift qiegħed jinħadem ukoll. Dan ser iservi biex fil-kannierja l-armar jinżel b’iktar kumdita` u jsirlu inqas ħsara. Għalhekk, inħass il-bżonn li titnaddaf il-kannierja. Nistmaw li mill-kannierja ħriġna madwar tlieta u għoxrin tunnellata ta’ terrapien u skart ieħor. Illum, il-kannierja tista’ tintuża kollha kemm hi bħala maħżen tal-Festa. Saret ukoll sistema ġdida elettrika biex tlaħħaq mad-domanda li issa żdiedet sew fil-kannierja. Nirringrazzjaw lillħaddiema tal-Cleansing Department li jaqa’ taħt is-Segretarjat Parlamentari għall-Indafa Pubblika u Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Ministeru għallAmbjent li offrew assistenza bl-inġenji tagħhom u bir-riżorsi umani biex dan ix-xogħol ikun jista' jsir.

Dan ix-xogħol kollu ma setax jsir mingħajr finanzi. Għalhekk, saru ħafna attivitajiet. Diversi drabi saret il-car wash u saru diversi ikliet. Ilmembri tal-Fergħa ħadu ħsieb li jinbiegħu pavaljuni, flokkijiet, raffles u merchandising ieħor biex il-qligħ imur kollu b'risq il-festa u l-ħidma tal-Fergħa.

Ix-xogħol kollu sar bil-barka u bl-approvazzjoni tal-Arċipriet ħabrieki, il-Kan. Dun Charles Cini, u b’ħidma kontinwa tal-volontieri kollha. Is-sinsla ta’ kollox hija n-numru ta' laqgħat li jsiru matul is-sena (matul il-pandemija saru laqgħat online) biex kulħadd ikun ikkordinat mal-proġetti li jkunu qed jinħadmu u biex dak li jsir ikun ippjanat u jsir bis-sehem tad-diversi voluntieri li jaħdmu bħala tim wieħed.

PARROĊĊA SAN PUBLJU, IL-FURJANA 2022

Il-Knisja Ta’ San Publiju T’ Għammar Fil-Parroċċa Tal-Għarb

– Kitba ta’ Profs. Joseph Galea MD MA FRCS(CTh) Għal ħafna Maltin u Għawdxin San Publiju huwa l-ewwel Isqof ta’ Malta u l-ewwel qaddis Malti. IlKnisja Parrokkjali tal-Furjana, kappella annessa mal-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl fir-Rabat, Malta u kappella fil-ħâra T’ Għammar fl-Għarb, Għawdex huma l-imqades eżitenti ddedikati lil dan il-qaddis. Ma jidhirx li kien hemm kappella jew knisja ddedikata lil San Publiju fil-gżejjer Maltin fi żmien il-Viżta Pastorali ta’ Duzzina fl-1585 jew jekk kien hemm mhix imsemmija. Id-devozzjoni lejn dan il-qaddis f’Malta jidher li bdiet fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann. San Publiju daħal ukoll fit-tradizzjoni talkelma Maltija bil-qawl “Fellus ta’ Lulju jagħtik bajda f’San Pupulju”.

L-Isqof Mons Fra Tumas Gargallo daħħal l-Uffizzju ta’ San Publiju fiddjoċesi tiegħu ta’ Malta u Għawdex u ngħad l-ewwel darba fil-21 ta’ Jannar 1611. Madwar is-sena 1666 il-Kanoniċi tal-Katidral ta’ Malta Dun Ġwann Montemagno u Dun Dumink Magri qalgħu minn Ruma l-awtorita` li jingħad l-Uffizzju Proprju ta’ dan il-qaddis flok l-ieħor li kien komuni. B’digriet tad9 t’Awwissu 1681 l-Isqof Mikiel Girolomo Molina qala’ l-quddiesa proprja ta’ San Publiju.

Il-kappella ta’ San Publiju Martri tinsab fil-lokal t’Għammar sitt mitt metru ‘l bogħod mis-Santwarju ta’ Pinu, fl-Għarb, Għawdex. Din il-kappella ġiet mibnija u mħallsa minn Dun Ġużepp Cassar mill-Għarb fil-post li kien hemm il-kappella ta’ San Anard T’Għammar. Dun Ġużepp mar joqgħod T’Għammar biex ikun qrib il-kappella ddedikata lil Marija mtellgħa s-Sema Ta’ Pinu fejn kien iqaddes kuljum. Meta kiber fl-eta` u ma baqax jiflaħ jimxi sa Ta’ Pinu iddeċieda li jibni kappella iktar fil-qrib ta’ daru. Fil-post ta’ din il-kappella kien hemm waħda ddedikata lil San Anard li kienet inbniet fuq art ta’ Brejnet Agius. Din kienet inbniet bi flus Mattew Cajarindo u ta lill-kappella tlett itmien raba’ biex mill-qbiela tagħhom issir il-quddiesa nhar il-festa ta’ San Anard fis-6 ta’ Novembru. Xi sorsi jsostnu li kien jieħu ħsiebha Ġorġ Theuma u l-kwadru titular ta’ San Anard kien mogħti minn Dun Bernard Theuma. Mons Duzzina fl1585 sab li l-knisja kellha bieb tal-injam u altar u kienet miżmuma tajjeb. Il-kappella kellha renta minn għalqa ta’ erbat itmien, u sebat itmien oħra minn raba’ ieħor u kienet isservi ta’ knisja parrokkjali għan-nies talinħawi. Kienet ġiet ikkunndanata ħafna drabi mill-Isqfijiet viżitaturi. L-Isqof Miguel Juan Balaguer Camarasa ikkundannaha fl-1654. Fl-1657 kienet iġġarrfet.

Il-permess biex tinbena l-kappella minflok dik imġarrfa ta’ San Anard ntalab mill-Arċipriet talGħarb Dun Publiju Refalo lill-Isqof ta’ Malta u Għawdex Mons Publiju Dei Conti Sant u wera x-xewqa li tkun iddedikata lill- qaddis li jġib isimhom. L-Isqof ta l-kunsens tiegħu bil-patt li l-kwadru titulari tal-kappella

This article is from: