14 minute read

Fergħa Armar Ta’ Ġewwa U Manutenzjoni Tal-Knisja Freddie Tonna

mingħajr ir-ragħaj pastorali tagħha. Fl-artiklu tiegħu li semmejna, il-Kan. Dun Karm Calleja jelenka lista dettaljata ta’ dal-miżuri mittieħda: • Żieda fil-quddies tal-ħin fil-Ħdud u l-festi, u waħda oħra kuljum • Żieda fil-qrar, inkluż is-Sibtijiet filgħaxija, għal aktar kumdità • Titjib fl-organizzazzjoni tal-Ora Santa tal-

Ħamisijiet flgħaxija • Titjib fl-organizzazzjoni tar-rużarju u benedizzjoni ta’ flgħaxija • Titjib fl-organizzazzjoni tal-festi ewlenin ta’ matul is-sena8 • Ingħata bidu għad-duttrina għat-tfal tal-

Advertisement

Preċett u l-Griżma 9 • Twaqqif tal-Għaqda tal-Abbatini10

Il-Melita Open Air Theatre Ma’ dil-lista nistgħu nżidu wkoll il-ftuħ ta’ datteatru bl-iskop li joffri rikreazzjoni onesta lillparruċċani permezz tal-wiri tal-films (xi żmien wara l-istess teatru serva għall-istess sfog għallġuvintur u l-irġiel tal-A.K.) u teatrin għall-familja kollha. Dun Anton Debono kien akkwista dalpost għal xi żmien b’xejn mingħand ċertu Karm Pace Bonello xi sena wara li kien ilu kappillan. Ġiet iffurmata għaqda tat-teatrin magħmula minn seminaristi, fosthom Karm Calleja, u xi żgħażagħ tamparhom, kif ukoll xi rġiel. F’qasir żmien, dawn l-abbatini tal-parroċċa bdew itellgħu kull xorta ta’ rappreżentazzjonijiet fuq il-mudell ta’ kif kienu jinħadmu s-Salesjani. Is-serati kienu jinżammu f’dat-teatru mikxuf fix-xhur sħan tas-sajf meta l-ħbit mill-ajru kien jippermetti. Għal Dun Anton Xiberras, dat-teatru kien ‘sar il-ġabra tal-Parroċċa wara l-Knisja.’

Xi opri li saru fi żmien il-parrokat ta’ Debono

F’dawk li huma opri, peress li l-kappillan ta’ qablu, Dun Amabbli Bonanno (22.xii.187414.xi.1942), kien żejjen ħafna l-knisja tul ilparrokkat tiegħu ta’’l fuq minn tletin sena, Dun Anton Debono żied ftit oħrajn fuq dak li sab. Iżda kif ser naraw fl-artiklu tas-sena d-dieħla, il-konsagrazzjoni tal-parroċċa lill-Qalb ta’ Ġesù u Marija, u magħha l-istatwa kbira talirħam li ġiet imwaqqfa f’nofs misraħ Spinola, kienet forsi l-akbar opra li twettqet fi żmienu:

Mil-lista tal-Kanonku Dun Karm Calleja11 • Par akkolti12 tal-fidda13 • Pissidi14 kbir tal-fidda indurat • Restawr u żebgħa tal-knisja15 • Siġġijiet ġodda tas-sogħda16 • Kanċell tal-kewba madwar il-presbiterju17 • Pjaneta tal-lama, irrakkmata bid-deheb, u kalċi18 • Statwa tal-Madonna ta’ Fatima • Sett kapep u velumeral tal-brokkat

U biex nagħlaq, ippermettuli nislet biss żewġ tagħrifiet mill-għaxar ktieb tad-Djarju tal-Gwerra ta’ Dun Anton Xiberras. L-ewwel waħda hi datata l-Ġimgħa, 23 ta’ Novembru 1945, fejn jgħid li waranofsinhar mar passiġġata San Ġiljan u ra ’l-Kappillan Dun Anton Debono. Jgħid ukoll li tal-familja tiegħu laqgħuh tabilħaqq. L-oħra hija datata l-Ġimgħa wkoll, 14 ta’ Diċembru tal-istess sena, fejn l-awtur jgħid li ġera ġirja sa San Ġiljan, daħal ftit San Girgor, u wara mar s’għand il-poeta Dun Karm, li dakinhar irregalah bil-pinna tiegħu għax-Xirka (tal-Malti għat-Tfal). Wara mar jara lil ħabibu Toninu Boxall f’St. Patrick, u fl-aħħar nett spiċċa għand il-Kappillan ta’ San Ġiljan, fejn temm iż-żjara tiegħu u reġa’ lura n-Naxxar. U l-aħħar kelma nħalliha wkoll f’idejn l-istess awtur: ‘Dun Debono kien Kappillan fi żmien ta’ qabel il-Konċilju II u ż-żmien li fih San Ġiljan kien għadu tista’ tgħid post ta’ villeġġjatura’19, għax warajh ‘iż-żminijiet tbiddlu bħal-lejl min-nhar’.20

8. Dan seta’ jseħħ ukoll bil-għajnuna tal-fratellanzi, fosthom dik tas-Sagrament, li f’San Ġiljan ġiet imwaqqfa fl-ewwel ta’ Jannar 1905 mill-Kappillan Bormliż, Dun Karm Bugelli (26.07.186622.05.1936). Taħt Dun Anton Debono, dil-fratellanza, li tagħha kien promotur mill-aqwa, reġgħet ħadet spinta kbira ’l quddiem bil-festi ta’ Corpus, tal-Qalb ta’ Ġesù, Vjatki Solenni, u aktar tard, bittwaqqif tal-monument tal-Qalb ta’ Ġesù. Fi żmienu, dal-festi bil-purċissjonijiet tagħhom kienu jsiru b’solennità kbira. 9. Skont DAX, il-kappillan il-ġdid tħabat ħafna biex sab dar għalihom. Did-dar fin-naħa t’isfel ta’ Triq Lapsi, qabel ma tidħol għall-pjazza tal-knisja parrokkjali l-ġdida, u li aktar tard bdiet tintuża wkoll mill-bniet tal-Azzjoni Kattolika, infetħet fil-bidu nett tal-parrokkat tiegħu, jiġifieri fl-1943. 10. Din kienet magħmula minn studenti mħajra għas-saċerdozju, fosthom Karm Calleja, xi żgħażagħ tamparhom, u tfal abbatini. Kienet tgħin fil-funzjonijiet regolari u speċjali ta’ matul is-sena. 11. Meħuda mill-artiklu ‘Il-Kappillani Dun Anton Debono u Dun Philip Grech’ (San Ġiljan – 100 Sena Parroċċa). 12. Akkolta/u: normalment tirreferi għal waħda mix-xemgħat li jġorru l-abbatini (tar-raba’ ordni minuri) waqt xi ċerimonja. F’dal-każ qed jirreferi għall-gandlieri tal-fidda li fihom jiddaħħlu x-xemgħat. 13. Das-sett sar fuq disinn t’Abram Gatt (1863-1944), pariġġ is-salib tal-kleru, u tħallsu mill-irkantatur Jos. Darmenia, li kellu l-ħanut fi Triq it-Torri, Tas-Sliema. Kien ħallas ukoll minn butu għal żewġ linef imdaqqsin biex jiddendlu quddiem il-presbiterju u jinxtegħlu biss għall-Milied u fil-festa ta’ qaddis patrun. 14. Kalċi kbir, f’dal-każ maħsul fil-fidda, u li normalment jinżamm fit-tabernaklu bl-ostji kkonsagrati fih, lesti biex jitqassmu waqt it-tqarbin. Dari kienu jintużaw ħafna, kemm fid-djar, kif ukoll filknejjes. 15. Dan sar peress li l-knisja kienet sfat xi ftit jew wisq abbandunata minħabba l-Gwerra. 16. Jissejħu hekk għax il-wiċċ tagħhom kien ikun miksi proprju bis-sogħda, tip ta’ xitla b’werqa ċatta u twila, li meta tkun niexfa tifforma ħabel irqiq tajjeb għall-insiġ. Il-qafas tas-siġġu kien ikun talinjam ħafif, kemm iżomm bniedem bilqiegħda fuqu. 17. Ħadmu l-iskultur Ġużeppi Manicolo, mastrudaxxa ta’ ħila, li kien kien joqgħod fi Triq Lapsi stess, u ftit wara emigra lejn l-Awstralja. Dal-kanċell kien meħtieġ biex ix-xjuħ setgħu jitilgħu jitqarbnu għarkupptejhom madwar il-presbiterju. 18. Dawn ġew imħollija minn Dun Vinċenz Pace. 19. Dun Anton – Kitbietu Miġbura, Vol. 2, p. 177. 20. Iden

PARROĊĊA SAN PUBLJU, IL-FURJANA 2022

Fergħa Armar Ta’ Ġewwa U Manutenzjoni Tal-Knisja

Rapport Ta` Ħidma

– Kitba ta’ Freddie Tonna

Is-snin 2019, 2020 u 2021 kienu, `Annis Orribilis`. Fl-2019 il-Covid kienet għadha ma waslitx Malta, imma sofrejna l-qirda tal-Ark. Matul is-sentejn ta` wara mbagħad nirien ma kellniex imma l-pandemija tal-Covid-19 ħarbtet u kissret dak kollu li konna mdorrijin bih. Min qatt kien jgħidilna li fl-ewwel kwart tas-seklu 21 kellna ngħaddu minn xhur sħaħ ta` lock downs, kwarantini, it-twaqqif ta` kull xorta ta` attivitajiet, sanitisers, distanzi soċjali, imwiet, ħwienet u knejjes magħluqin, eċċ. Matul dan l-istaġnar kollu, bil-knisja tagħna magħluqa, ħaġa waħda ma waqfitx, ix-xogħol volontarju fit-tempju tagħna. L-aħħar ktieb tal-festa ppubblikat kien dak tal-2019, fih, id-djarju konċiż (imqassar mid-djarju komplet li għadni nżomm ta` kuljum) annwali li fih nagħti rapport tal-ħidma li tkun saret matul is-sena ta` qabel, wassal, minħabba eżiġenzi ta` stampar, sal-aħħar ta` Jannar ta` dik is-sena (2019). Din id-darba, minħabba eżiġenzi wkoll imma ta` spazju ser inwasslilkom rapport taħt format ieħor imma li jiġbor fih dawk il-ħidmiet importanti li seħħew sa minn Frar 2019 sal-aħħar tas-sena 2021.

Bla dubju, l-akbar proġett li wassalna fi tmiemu matul is-sena 2019 kien, irrestawr komplet tal-bibien kollha esterni (10 b’kollox) tal-knisja li huma 5 fil-faċċata, 2 laterali, tal-Oraotorju, tas-sagristija u tal-Youth Centre. Il-proċess, kwalità u t-tip ta` xogħol li sar fuq dawn l-aperturi żgur li minn wara l-gwerra

Induratura tas-saqaf tal-kappelluni

‘l hawn, ma sar qatt bħalu. Ix-xogħol kollu ġie fi tmiemu nhar il-Ħamis 13 ta` Ġunju 2019. Ħidma oħra importanti saret fil-bdil tal-lift li konna nużaw għat-tlugħ u nżul tal-gandlieri tal-festa millmaħżen ta` dawn l-istess oġġetti. Il-lift kien sar problematiku, żarmajnieh u minfloku installajna mutur (hoist). Issa li kellna dan it-tip ta` winċ, ipperfezzjonajna l-mod ta` kif nimmaniġġjaw ilgandlieri nfushom. Inħadmu numru ta` karrijiet li fuq kull wieħed jitpoġġew 3 gandlieri. Kull karru saritlu imbragatura li mbagħad, bilgandlieri marbutin mal-istess struttura talkarru, jiġi mbragat mal-cable tal-winċ u jittalla` jew jitniżżel, skont il-każ. Din is-sistema talkarrijiet wasslet ukoll biex saret risistemazzjoni fil-kmamar għall-mod u l-kif jintrefgħu l-gandlieri li jibqgħu dejjem fuq il-karrijiet rispettivi tagħhom. Għall-ewwel darba l-Via Sagra fl-apert li ssir fil-jum tat-Tlieta fil-Ġimgħa Mqaddsa u li s-soltu kienet issir fil-ġnien talMall, din is-sena saret fil-ġnien tal-Argotti nhar is-16 ta’ April 2019. Matul il-ġurnata ħdimna f’dan il-ġnien biex armajna s-slaleb (14) u dak kollu li kien hemm bżonn. Filgħaxija mbagħad, il-Kurċifiss il-kbir inħareġ fuq l-ispallejn millknisja ta’ San Publju u ttieħed ħdejn il-knisja ta’ Sarria fejn saret quddiesa. Peress li d-daqs talKurċifiss ma ppermettiex li jiddaħħal f’Sarria,

kienu nħadmu par strippi b’saħħithom u l-bradella bil-Kurċifiss b’kollox tpoġġiet fuqhom sakemm saret il-quddiesa, wara, raġa` ntrafa’ u nġarr għall-Argotti fejn folla sabiħa, u f’ambjent mill-isbaħ, ħadet sehem f’din il-funzjoni. Ma` dawn l-iżviluppi pożittivi kellna l-ġrajja, negattiva għall-aħħar, meta fil-lejl tas-27 ta April (2019) f’att kriminali bla sens, l-Ark, li dik issena kien qed jagħlaq il-120 sena tal-eżistenza tiegħu, ingħata n-nar u nqered kompletament. Din it-traġedja qajmet sens kbir ta` solidarjetà malpoplu Furjaniż mill-Maltin u l-Għawdxin, inkluż mill-ogħla awtoritajiet kemm ċivili kif ukoll ekkleżjastiċi li saħansitra għenu finanzjarjament b’risq fond għal Ark ġdid li qiegħed jinħadem. Il-festa tal-2019 bix-xogħol kollu li ġġib magħha, qabel u wara, iċċelebrajnieha nhar il-Ħadd 5 ta` Mejju. Minkejja li ġiet relattivament tard, ittemp ma ħafirilniex u kellhom jitħassru jew jiġu modifikati xi attivitajiet. Għallinqas, il-marċ tassiegħa u l-purċissjoni saru kif skedati. F’Mejju wkoll, iż-żewġ lopop ġodda tal-linef il-kbar ittieħdu għall-induratura għand Pullu Magro. Matul dik is-sena tkompla x-xogħol minn fuq l-armar fil-kappellun tar-Rużarju konness mal-pittura u d-dekorazzjoni tas-saqaf. Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru tlajna Għawdex biex mingħand il-pittur John Grima ġibna ċilindru kbir u tawwali tal-kartun li fih kien hemm ittila ppitturata (biċċa sħiħa) tal-abside ta` dan il-kappellun. Ħamest ijiem wara (25-11-2019) grupp ta rġiel, volontieri tal-knisja tagħna, bdejna nassistu lill-pittur fit-twaħħil tat-tila mal-ħajt. Fl-okkażjoni tal-175 sena bħala Parroċċa nqatgħu minn plywood oħxon in-numri 1844-2019. Dawn, wara li nżebgħu u twaħħlu magħhom bozoz talelettriku, intrabtu maż-żewġ gallarijiet li għandna fil-faċċata tal-knisja. Bejn it-3 ta` Lulju u l-15 ta` Ottubru, inqalgħu u sar proċess komplet ta’ xkatlar u żebgħat fuq it-8 twieqi kbar tal-koppla, xogħol li inkluda t-tneħħija tal-ħġieġ kollu (kull tieqa fija 36 ħġieġa). Fit- 13 ta` Ottubru, f’temp perfett kellna l-ġurnata ‘IlFurjana - Ġenna ta’ Ġonna’ organizzata mill-Kunsill Lokali tagħna. Bħas-soltu l-knisja baqgħet miftuħa l-ġurnata kollha u sar il-pranzu fuq iz-zuntier tan-naħa ta’ Balzunetta, armat għallokkażjoni bi pjanti u saħansitra, funtana. Fit-2 ta` Diċembru ngħata bidu għal proġett kapitali ieħor, il-waterproofing millġdid tas-soqfa kollha tal-knisja. Il-ħidma, li nbdiet minn fuq il-bejt tal-Portiku u saret minn ħaddiema ta` kuntrattur irrikjediet il-qlugħ tat-twapet tal-membrane l-antik u l-proċess komplet ta` diversi passati ta` liquid membrane illi inkorpora wkoll l-użu ta membrana oħra. L-Erbgħa 11 ta’ Diċembru twassal il-knisja damask ġdid li kien ordnat aktar kmieni f’din is-sena. Is-sena 2019 spiċċajnieha bit-theddida ta` pandemija msejħa Covid-19 li oriġinat miċĊina u qed tinxtered bla rażan mad-dinja kollha.

2020

Din is-sena, bidu tat-tieni deċenju fis-seklu 21 bdejnieha bit-tkomplija tat-twaħħil talpittura fis-saqaf tal-kappellun tar-Rużarju. Fl-20 ta` Jannar, fuq inizjattiva tal-gazzetta ‘IL-FURJANA’ l-Orkestra Filarmonika Ta` Malta esegwiet il-Kantata ‘Ħodon Fjuri lil San Publju’ fil-knisja tagħna bil-ġabra li saret tmur b’risq ilfond għall-Ark il-ġdid. Fil-11 ta` Marzu l-pittur John Grima beda l-irtokki fuq it-tili mwaħħlin. Sal-ewwel xahrejn skorruti ta` din is-sena (2020) il-Corona Virus konna għadna nisimgħu bih flaħbarijiet biss. Fis-7 ta` Marzu faqqa` l-ewwel każ tal-Covid-19 f’Malta, u l-ħajja nbidlet kompletament. Il-Ħamis 12 ta` Marzu, il-Kurja waqqfet il-quddies u ċ-ċerimonji kollha filknejjes. Bdew jiftħu biss għat-talb privat. L-għada (l-Ġimgħa 13) l-Arċipriet tagħna, il-Kanonku Dun Charles Cini waqqaf l-armar kollu li kellu jibda fil-knisja għall-festa u ħassar il-laqgħat kollha. Minkejja dawn ir-restrizzjonijiet, ix-xogħol talwaterproofing tkompla u tlesta minn kollox nhar it-Tlieta 12 ta’ Mejju. Għal sigurtà akbar filknisja, l-Erbgħa 13 ta’ Mejju ġew installati

Grupp ta’ Volontieri fi triqthom għall-knisja ta San Duminku, il-belt Valletta, għat-travi u twavel biex tingħalaq il-koppla

Burglar u Fire Alarms fil-knisja. Apparti dan l-apparat xorta waħda jibqa` l-fatt ta` x’jista` jiġri jekk fil-jiem tal-festa, b’dawk l-oġġetti kollha ta` valur esposti fil-knisja, jinqata’ d-dawl elettriku. Fl-14 ta` Mejju ngħata bidu għall-instalazzjoni ta` apparat elettriku msejjaħ, ‘change over’. Dan il-makkinarju jippermetti li fl-eventwalita` ta` qtugħ tal-elettriku tal-gvern, f’affari ta` ftit minuti ssir il-qalba tas-sistema elettrika tal-knisja, minn fuq il-grid tal-gvern għal fuq generator. Bħala Furjaniżi, il-jum tat-Tnejn 25 ta` Mejju ma ninsewh qatt. Dakinhar, bil-Kampjonat talfutbol wieqaf minħabba pandemija, il-Kunsill talM.F.A. iddikjara lit-tim tagħna bħala Champions tal-istaġun 2019-2020. Din l-aħbar intlaqgħet b’entużjażmu kbir mill-folla kbira preżenti quddiem il-każin u fuq Misraħ San Publju. Il-progress fix-xogħol pittoriku u dekorattiv filkappellun tar-Rużarju wassalna biex nhar ilĠimgħa 12 ta’ Ġunju żarmajna t-twavel minn fuq l-ogħla livell tal-impalkatura. Bil-ħsieb li malli nlestu minn dan il-kappellun u nżarmaw kollox mhux biss nagħlqu l-kappellun l-ieħor talKurċifiss imma anki l-koppla minn ġewwa, is-Sibt 13 ta` Ġunju filgħodu, grazzi għall-koperazzjoni ta’ Parti Michael Camilleri O.P. kappillan tal-Parroċċa ta` Porto Salvo (San Duminku tal-Belt Valletta) ġarrejna numru ta` travi u twavel minn dik ilknisja għall-knisja tagħna. Dakinhar ukoll, wara tliet xhur bla quddies filgħaxija saret l-ewwel quddiesa. It-Tlieta 16 ta` Ġunju żarmajna l-iscaffolding intern kollu, ħlief għażżewġ torrijiet tal-bed steads. L-għada, niżżilna l-ħadid u t-twavel li żarmajna lbieraħ. Il-Ħamis 2 ta’ Lulju twaħħlet it-12 u l-aħħar biċċa pittura. Is-Sibt 4 ta’ Lulju kellna ċelebrazzjonijiet kbar fi Triq Sant’ Anna għall-preżentazzjoni tat-trofew lill-Floriana F.C. bħala ċ-Champions tal-kampjonat tal-futbol Malti. Il-Ħamis 9 ta’ Lulju, bi krejn fil-knisja u numru kbir ta` volontieri preżenti għamilna t-trasferiment tat-travi u twavel mill-kappellun tar-Rużarju għallkappellun tal-Kurċifiss. Jumejn wara, is-Sibt 11 ta’ Lulju, bl-istess krejn, tallajna t-travi, twavel, eċċ biex għalaqna ċ-ċirkonferenza tal-koppla. ItTlieta 14 ta’ Lulju inbeda l-bini tal-iscaffolding intern fil-kappellun tal-Kurċifiss, ġimgħa wara mbagħad (it-Tlieta 21 ta Lulju) bdejna wkoll il-bini ta` scaffoling din id-darba mad-dawra tal-iskutella fuq barra tal-koppla. Il-Ħadd 23 ta` Awwissu, suppost, kellna niċċelebraw fittoroq tagħna l-festa ta San Publju b’mod ridott (pellegrinaġġ) skont il-protokolli tal-Covid imma bin-numru ta` infettati jerġa` jogħla, raġa` nżamm kollox. Il-Quddiesa Pontifikali saret xorta waħda u fi tmiemha, l-Eċċelenza tiegħu Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna inawgura x-xogħlijiet li saru fis-saqaf tal-kappellun tar-Rużarju. It-Tnejn 26 ta’ Ottubru tlesta x-xogħol ta` brix, tikħil u konsolidament tal-koppla (fuq barra) milliskutella ‘l fuq. Ix-xogħol veru u proprju mas-saqaf tal-kappellun tal-Kurċifiss bdejnieh il-Ħamis 5 ta’ Novembru. Għall-armar tal-Milied, l-istilla l-kbira, minflok fuq l-altar maġġur armajnieha fil-portiku (il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru) u 3 ijiem wara (itTnejn 14 ta’ Diċembru) minflok id-9 slogans taddrapp imdendlin mal-pilastri tal-korsija, żanżanna mazzettuni ornamentali kompluti bid-dawl. Fuq inizjattiva oħra tal-gazzetta ‘IL-FURJANA’, itTnejn 21 ta’ Diċembru twasslu l-kotba, ‘L-Ark ta’ San Publju tal-Furjana 1899-2019 li d-dħul millbejgħ tiegħu ser imur ukoll b’risq l-Ark il-ġdid. ItTlieta 29 ta` Diċembru bdilna kwantità ta` bozoz fil-faċċata tal-knisja minn tal-filament għal LEDs.

Tindif ta’ oġetti tal-fidda bi preparament għal festa ta` San Publju

2021

Nhar is-Sibt 20 ta’ Frar, isfel fil-knisja, tbierek salib tal-koppla li ġie rrestawrat. Dan l-istess salib ittalla` tqiegħed f’postu nhar is-Sibt 6 ta` Marzu. Bin-numri ta` infettati bil-Covid-19 jerġgħu jiżdiedu, l-Erbgħa 10 ta` Marzu l-awtoritajiet ekkleżjastiċi kienu kostretti jerġgħu jwaqqfu l-quddies u funzjonijiet reliġjużi fil-knejjes. Tliet slielem tal-ħadid li posthom ser ikun fuq barra tal-koppla il-Ħamis 18 ta` Marzu ttieħdu għand id-ditta BIM għall-iggalvanizzar. Inġiebu lura l-Ġimgħa 23 ta` Marzu. L-ikbar sellum,

dak li minn fuq il-pedament fejn kellha tkompli tinbena l-koppla jwassal salbażi tal-lanterna, il-Ħamis 13 ta’ Mejju tlesta l-installar tiegħu f’postu. Il-Ġimgħa 21 ta` Mejju tajna bidu għall-armar tal-iscaffolding intern filkoppla. L-għoli li hemm u t-tondjatura jagħmlu din il-biċċa xogħol aktar diffiċli. Il-Ħamis 8 ta` Lulju nġiebu l-pakketti tad-deheb għall-induratura tas-saqaf talkappellun tal-Kurċifiss, liema induratura nbdiet l-Erbgħa 14 ta’ Lulju. Dakinhar ukoll, ir-restawratriċi Agatha Grima ħadet waħda mit-tili ppitturati tal-koppla biex tibda l-proċess tarrestawr. Il-Ġimgħa 23 ta` Lulju, waqt serata talPremjazzjonijiet Annwali organizzata mill-Kunsill Lokali tagħna fil-King George V Recreational Playground (il-Bandli), il-Fergħa Armar ta’ Ġewwa ngħatat l-unur bħala, l-Għaqda tas-Sena 2021.

Għallinqas mill-gwerra ‘l hawn, aċċess ma` pilastru tal-lanterna tal-koppla biex wieħed sata’ jasal s’hemm fuq nett, qatt ma kien hemm. Din l-anomalija ġiet irrimedjata meta t-Tnejn 26 ta` Mejju, iddeffsu ħadid (square bars) fil-forma ta` U waħda fuq l-oħra u f’ċerti distanzi f’wieħed millpilastri tal-ġebel biex bihom, min ma jipprendix l-għoli, jista` jasal sa ħdejn is-salib ta’ fuq il-lanterna. Anomalija oħra li kienet iġġegħelna nġorru sellum magħna biex nitilgħu fit-twieqi tal-koppla fejn għandna l-apparat taċ-chain blocks li bihom inbaxxu u ngħollu l-linef il-kbar, irrimedjajnieha wkoll meta l-Ġimgħa 1 ta’ Ottubru, waħħalna żewġ slielem tal-ħadid (minn dawk li konna ħadna għall-iggalvanizzar) maċċinturin tal-konkos (sar wara l-gwerra) fuq barra tal-koppla rispettivament quddiem ittwieqi li semmejt. Bix-xogħol ta` restawr u manutenzjoni fuq barra tat-tanbur tal-koppla lest, l-Erbgħa 13 ta’ Ottubru, għat-tmien u l-aħħar darba żżarma l-iscaffolding li ntuża għal dan ix-xogħol. It-Tnejn 25 ta’ Ottubru ttieħdu erba` brazzi tal-festa (tal-korsija) għand ditta f’Ħal Qormi li tispeċjalizza fit-tiswija u t-tindif ta` oġġetti simili tar-ram, jew bronż. Il-ħadid li jżomm ilqanpiena tal-kwarti tal-arloġġ tal-knisja mdendla mat-travu fuq il-kampnar, iż-żmien u l-elementi għamlu tagħhom. Is-Sibt 16 ta’ Ottubru tniżżlet u wara li sar ħadid ġdid, reġgħet ittellgħet f’postha

l-Ħamis 18 ta’ Novembru.

Bħas-soltu, s-sena intemmet bl-armar tal-knisja għallfesti tal-Milied, bidu tas-sena ġdida. Fil-każ tagħna, ċerti oġġetti jibqgħu armati anki għall-festa liturġika ta’ San Publju li niċċelebraw fit-22 ta’ Jannar. Bħalma għedt fil-bidu ta` dan ir-rapport, minħabba eżiġenzi ta` spazju ridt ikun konċiż anzi, ultra konċiż għaldaqstant, irrapport qed jieqaf mal-aħħar tas-sena 2021. Nittamaw filħniena tal-Mulej u ta’ San Publju li mis-sena d-dieħla (2023) nerġgħu nirritornaw fil-format ta` rappurtaġġ li mill-kummenti li jasluli, jintlaqa` pożittivament. Grazzi lil kull min japprezza l-ħidma tal-volontieri kollha tal-knisja tagħna kif ukoll tal-għajnuna finanzjarja tagħkom li hija l-mutur wara ħidmietna.

Volontieri waqt ix-xogħol fuq il-koppla minn barra

Armar tad-damask mal-pilastru maġġur

This article is from: