3 minute read

Il-Furjaniżi Quddiem L-Inkiżitur Antonio Lante (1771-1777) Anthony Camenzuli

PARROĊĊA SAN PUBLJU, IL-FURJANA 2022

Apprezzament Lil Sr. Imelda Muscat

Advertisement

– Kitba ta’ Alan Michael Vella pro neputi tagħha.

Imwielda Margaret Muscat fil-Furjana fis-sena 1945, marret l-iskola tal-Furjana u mbagħad kompliet għand il-Franġiskani fl-iskola tal- Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun. Kien hemm li l- Mulej sejħilha għall- appostolat tiegħu. Fl-1960 ħalliet Malta u marret Ruma biex tibda s-snin twal ta’ formazzjoni.

Wara l-ewwel professjoni ntbagħtet fl-Eġittu fejn damet hemm għal 47 sena sħaħ. Hi serviet f’diversi karigi fosthom ta’ Superjura kif ukoll serviet fl-appostolat f’diversi parroċċi u rħula. Fis-sena 2014 is-Superjuri tagħha talbuha tmur il-Ghana Ma kinitx facli għaliha wara 47 sena l-Eġittu. Biex l-obbidjenza tibqa’ fic-centru ta’ ħajjitha aċċettat li tmur u marret Ruma biex jibdew il-prattiċi. Meta kienet l-Italja bagħtuha tgħin fi skola ġewwa Napli.

Qabel ma kienet sejra l-Ghana għamlet il- kontrolli mediċi u saħħitha ma ppermetitilhiex li tmur il-Ghana u għalhekk baqgħet Ruma b’diversi ħidmiet. Fix-xahar ta’ Diċembru 2019 saħħitha bdiet tonqos u nhar it-18 ta’ Dicembru mdawra bis-Sorrijiet u kkonsulata bis-sagramenti mqaddsa ngħaqdet mal-Mulej għarus tagħha li tant kienet tħobb u ħadmet għalih u għas-salvazzjoni tal- erwieħ.

Issa li m’għadhiex magħna qiegħda fis-sema titlob għalina, u kif ħabbitna fuq din l-art qed tħobbna l-istess mis-sema.

PARROĊĊA SAN PUBLJU, IL-FURJANA 2022

Il-Furjaniżi Quddiem L-Inkiżitur Antonio Lante (1771-1777)

– Kitba ta’ Anthony Camenzuli B.A. (Hons.) M.A. D.L.I.S.

Fi żmien il-ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta,il-ħajja soċjali Maltija ma kinitx wisq glorjuża. Xhieda ta’ dan hija l-Inkiżizzjoni. Il-Furjaniżi, bħall-bqija tal-Maltin l-oħra, ġieli issemmew quddiem l-Inkiżitur. Minħabba f’hekk, missirijietna ħallewlna rendikont utli ta’ x’tip ta’ għajxien u x’livell morali kellhom aktar minn mitejn sena ilu.

It-Tribunal tal-Inkiżizzjoni u l-Inkiżitur Lante

It-Tribunal tal-Inkiżizzjoni Rumana f’Malta twaqqaf fil-21 ta’ Ottubru tal-1561 millPapa Piju IV. L-iskop prinċipali ta’ dan itTribunal Ekkleżjastiku kien sabiex jitwaqqaf it-tixrid tal-Protestantiżmu f’Malta. Aktar massnin bdew għaddejjin, l-Inkiżizzjoni bdiet tiltaqa’ ma aktar krimini u ereżijiet ġodda li ma kinux konformi mar-Reliġjon Kattolika Rumana. Fost l-oħrajn insibu d-dagħa, l-apostasija1, il-maġija, u l-magħmul. Imbagħad aktar lejn tmiem is-seklu 18, daħlet ukoll il-mażunerija, fejn kienu bosta l-Kavallieri, speċjalment dawk Franċiżi li kienu mdaħħlin f’din issetta eretika. L-Inkiżizzjoni damet Malta sa Lulju tal-1798, meta mal-ħakma tal-Franċiżi f’Malta, il-Ġeneral Napuljun Bonaparti għalaq dan itTribunal. F’Malta, kellna mhux inqas minn tnejn u sittin Inkiżitur,2 li kważi kollha kienu Delegati Apostoliċi. Antonio Lante kien wieħed mill-Inkiżituri tal-aħħar. Hu kellu 33 sena meta ntgħażel bħala Inkiżitur u Delegat Appostoliku tal-Ġzejjer Maltin f’Marzu tal-1771, fejn dam sa Lulju tal-1777. Fl-era ta’ dan l-Inkiżitur, Malta għaddiet minn taħt idejn tliet Gran Mastri: ix-xwejjaħ Pinto, il-mibgħud Ximenes u l-maħbub De Rohan; waqt li l-Isqof ta’ Malta kien għadu Mons. Giovanni Pellerano.3

Il-Ħajja Soċjali u Morali ġewwa l-Furjana

Fis-snin sebgħin tas-Seklu Tmintax, il-ħajja soċjali ma tantx kienet xi waħda mill-aħjar u fil-Furjana is-sitwazzjoni ma kinitx wisq aħjar minn dik ta’ bnadi oħra. Ċertu Mikelanġ Mannarino ta’ 19-il sena mill-Furjana li kien ukoll litterat (xi ħaġa rari dak iż-żmien) jirrakkonta kif f’April tal-1775 kellu diskursata mal-Kavallier Franċiz Fra Marc’Antonio De Mons, li kellu 45 sena, (u li kien ukoll residenti ġewwa l-Furjana) fejn dan tal-aħħar kien qallu li s-sodomija ma kienx dnub.4 Dawn it-tip ta’ sentimenti bdew isiru komuni f’dan iż-żmien partikolari talIlluminiżmu fejn bosta kienu l-Kavallieri li kienu jħaddnu ħsibijiet u twemmin li ma kienx konformi mad-duttrina Nisranija. L-influwenza ta’ ċerti kitbiet li dak iż-żmien kienu kkunsidrati eretiċi kienet qed tinħass fuq min

1 Dawk li jibdlu r-reliġjon tagħhom ma’ reliġjon oħra. 2 Bejn is-snin 1561 u 1798. 3 AAM: Visitationes Pastorales (V.P.), XXXVIII, Pellerano (1771-74), ff. 420-440. 4 AIM Proc. Crim. Vol. 131B, Case 121, ff. 384-5.

This article is from: