2 minute read

Publju Analiżi Tal-Isem Oriġinali, il-Varjanti Maltin Tiegħu Profs. Oliver Friggieri

Advertisement

PARROĊĊA SAN PUBLJU, IL-FURJANA 2022

Publju Analiżi Tal-Isem Oriġinali,

il-Varjanti Maltin Tiegħu

– Kitba ta’ Profs. Oliver Friggieri

Dan l-artiklu tal-Professur Oliver Friggieri kien intenzjonat li jiġi ppubblikat fil-Programm tal-Festa ta’ San Publju tas-sena 2020. Kif jaf kulħadd il-festa ma saritx minħabba l-Covid 19 u l-Programm ma ġiex ippubblikat. Il-Professur Friġġieri għadda għall-ħajja ta’ dejjem fil-25 ta’ Novembru 2020 u għaldaqstant dan l-artiklu huwa l-aħħar kontribuzzjoni tiegħu għal din il-pubblikazzjoni. Il-Bord Editorjali jixtieq jesprimi l-apprezzament kbir tiegħu lejn il-Professur Friggieri għall-kontribuzzjonijiet kollha tiegħu, dejjem mill-aktar interessanti u ta’ livell għoli, li bihom żejjen diversi pubblikazzjonijiet li jikkonċernaw il-Furjana

In-nisel u t-tifsira tal-kelma Publius

Skont Alfonso Burgio (Dizionario dei nomi propri di persona, Casa Editrice Ceschina, Milan, 1970, paġna 434), il-kelma publio hija mnissla mill-kelma Latina populus, poplu, u tfisser ukoll persuna li hi mogħtija għall-ħidma b’risq il-poplu. Huwa jgħid li dan l-isem kien imxerred ħafna fost ir-Rumani, u kien marbut ma’ ismijiet oħrajn bħal Valerju u Kornelju. F’Dizionario dei nomi italiani (Arnoldo Mondadori Editore, 1986, paġni 307-308), Emidio De Felice jagħti Pubblio u Publia bħala żewġ varjanti tal-isem Publio. L-aċċent hu mixħut dejjem fuq il-vokali u.

L-isem kien imxerred ħafna fil-Lazio, u dan kien sinjal li l-isem kien marbut mal-kult ta’ diversi qaddisin barranin. De Felice jorbtu mal-prenom Latin Publius. Il-prenom huwa l-isem individwali mlissen u miktub qabel l-isem proprju ta’ diversi persunaġġi importanti. Għalhekk De Felice jemmen li dan il-prenom huwa forma mnissla mill-isem Etrusku Pupli. Jose M. Albaiges Olivart ukoll inissel it-terminu/l-isem Taljan Publio milLatin Publius, u jagħtih it-tifsira ta’ “del pueblo”, fis-sens ta’ persuna politika “que se dedica a la cosa publica”. (Diccionario de Nombres de Personas, Universitat de Barcelona, 1984, paġna 206).

L-isem huwa mogħti l-istess tifsira anki minn Michele Francipane li f’Dizionario ragionato dei nomi (Biblioteca Universale Rizzoli, Milan, 1993, paġna 331) ikompli jseddaq ir-rabta tal-isem Taljan, ta’ nisel Latin, mal-aġġettiv ‘pubbliku’, f’sens ta’ sostantiv, ta’ xi ħadd li huwa tal-poplu. Bħala eżempji Francipane jsemmi tliet persunaġġi importanti li kellhom il-prenom Publio: P. Virgilio Marone, P. Ovidio Nasone, poeti Latini, u P. Valerio Publicola, konslu Ruman.

F’Un nome al giorno (Casa Editrice Patron, Bologna, 1972, paġni 59-60) Carlo Tagliavini jagħti tagħrif u interpretazzjoni li huma aktarx ilqofol essenzjali kollu tas-suġġett. Huwa jseddaq il-fehma li għar-Rumani tal-qedem l-isem Publius kien wieħed mill-prenomi l-iżjed komuni. Il-prenom kien l-isem, in-nom, individwali, persunali li kien jingħad qabel in-nom ewlieni u qabel il-kunjom, il-‘cognomen’. Fl-era klassika dan l-isem naqas ħafna. Minħabba l-importanza ta’ kulma hu miġbur f’din is-silta li għażilt mit-tagħrif kollu li jagħti Carlo Tagliavini, se nikkwota s-silta fl-oriġinal Taljan tiegħu:

“Quantunque non siano mancati martiri e santi chiamati Publius (e quindi o conosciuti col loro solo prenome, o vissuti in epoca piu’ tarda, quando ormai il sistema trinominale romano era in sfacelo)… il nome Publio non ebbe molta fortuna e cadde in disuso nel Medioevo; anche nel periodo del Rinascimento non torno’ di moda, appunto perche’ essendo stato un semplice prenome era troppo poco indicativo e rievocativo di un determinato personaggio. Si puo’ dire che oggi, in Italia, Publio e’ un nome personale raro … Quanto all’etimologia del latino Publius, non si puo’ dire niente di sicuro; le antiche spiegazioni

This article is from: