21 minute read

Ħidma Pastorali u xi Attivitajiet oħra Dun Stefan Galea u Paul Vella

kellu aċċess għalihom, għalkemm kienu ftit dawk li kienu jafu jaqraw.

Id-Dagħa

Advertisement

Taħt Lante kien hemm ħafna nies Maltin li kienu akkużati fuq dagħa. Dan juri kemm dan id-dnub minn dejjem kien preżenti f’pajjiżna. Fil-fatt tista’ tgħid li l-Inkiżizzjoni sabitha impossibbli li tikkontrolla l-ammont kbir ta’ dagħa. Id-dagħa daħal f’pajjiżna minħabba l-kuntatti kontinwi li l-Maltin kellhom ma’ ħafna nies barranin li kellhom livell morali baxx ħafna, speċjalment ma’ dawk il-ħafna Misilmin u Sqallin, li kienu skjavi, ħabsin jew eżiljati ġewwa pajjiżna, kif ukoll minħabba li nofs il-popolazzjoni maskili Maltija fl-aħħar tas-seklu tmintax kienet involuta fil-Korso, bħala kursara talbaħar,5 jew bħala qaddiefa volontarji (buonavoglia) fuq ix-xwieni tal-Kavallieri. Dan għaliex kienu ħafna dawk il-baħħara li kienu jgħixu f’disperazzjoni kontinwa minħabba t-toqol ta’ xogħolhom u l-perikli li kienu jaffaċċjaw. Għalhekk, f’mumenti ta’ kriżi id-dagħa kien l-aktar li jispikka. Kien żmien fejn ilħajja soċjali Maltija ta’ kuljum, kienet limitata ħafna u kważi kollox kien assoċjat mar-Reliġjon Kattolika. Għalhekk, ħafna mid-dagħa, mhux bilfors kien frott il-mibegħda lejn ir-Reliġjon tagħna, iżda għallkuntrarju. Riżultat ta’ dan kien li fuq kull ħaġa ta’ xejn, in-nies pajżana ta’ kuljum kienu dejjem jitolbu lil Alla biex jgħinhom, tant li meta ‘l dawn in-nies komuni kienet taqa’ fuqhom xi diżgrazzja jew xi inġustizzja, kienu mill-ewwel iwaħħlu l-ħtija f’Alla u għalhekk sfortunatament kienu jinfexxu fid-dagħa.

Anna Vella, Furjaniża ta’ 60 sena, fil-15 t’Ottubru tal-1773 akkużat fuq dagħa lil waħda Furjaniża

bl-isem ta’ Grazia, imlaqqma ‘Gerundia’, ta’ 23 sena li kienet miżżewġa ma’ wieħed li kien buonavoglia fuq ix-xwieni tal-Ordni. Anna hawnhekk tirrakkonta kif lemħet lil Grazia, li kienet dieħla ġewwa darha li kienet tinsab fejn in-niċċa tal-Madonna tad-Duluri u waqt li din tal-aħħar kienet miexja qaltilha li kienet għadha ġejja mill-Mellieħa. Anna Vella middehra m’emmnithiex u qaltilha li qiegħda tigdeb. Kif qaltilha hekk Grazia infexxet tidgħi kontra l-qaddis tagħha darbtejn.6 Hawnhekk tidher il-frustrazzjoni li kellhom ċerti nies li probabbilment kienu għaddejjin minn tbatija kbira għaliex min kellu r-raġel tiegħu qiegħed jaħdem bħala buonavoglia (qaddief volontarju) fix-xwieni tal-Kavallieri, dan kien qed jagħmlu sabiex jifdi d-djun li kellu. Biex wieħed kien jirrikorri jasal għal tant jew għax id-djun li jkollu kienu wisq kbar, jew għax verament kien ikun f’disperament totali. Apparti hekk il-ħajja bħala qaddief kienet twila bejn sentejn u erba` snin u ftit kienu dawk li jirnexxilhom jaqbżu sentejn mingħajr ma jmutu jew jinqabdu lsiera. Dan ilfatt waħdu żgur li jagħtina stampa ċara ta’ mara miżżewġa ta’ eta` relattivament żgħira li trid iġġorr il-piż tal-familja tagħha fuq spallitha u waħidha għax ir-raġel tagħha kien nieqes u probabbli setgħat titilfu għal dejjem ukoll. Spiss, kif rajna f’dan il-każ, it-tbatija tal-ħajja ta’ kuljum kienet twassal lin-nies sabiex jinfexxu l-frustrazzjoni tagħhom f’dagħa kontra r-reliġjon Nisranija.

Il-Maġija

Il-każ li fadal huwa interressanti ħafna fejn jagħti ħjiel ta’ fiex missirijietna kienu jemmnu u minn xiex jibżgħu meta kienu jaffaċċjaw ruħhom malperikli tal-ħajja. Il-maġija, li kienet tintuża kemm għal skopijiet ħżiena, sabiex jagħmlu ħsara fuq ħaddieħor, kif ukoll għal skopijiet ta’ mħabba jew anke sabiex isibu xortihom fil-flus, kienet xi ħaġa komuni fost il-Maltin, partikolarment ma’ dawk in-nies li fiċċirkustanzi disperati ta’ ħajjithom kienu jsibu ruħhom daharhom mal-ħajt. L-eżempji kollha tal-maġija fit-Tribunal tal-Inkiżizzjoni juru lkoll l-inċertezza u l-faqar kemm fil-ħsieb kif ukoll fl-għemil li kienu jsaqqfu wiċċhom miegħu l-Maltin f’dawk iż-żminijiet. Il-każ ta’ Anna Schembri, imlaqqma ‘ta’ Pansier’, li kienet toqgħod faċċata tal-Kunvent tal-Kapuċċini

5 Il-Kursara ma kinux pirati iżda kellhom il-liċenzja mill-Gran Mastru biex joħorġu fuq il-baħar u jattakkaw il-biċċiet tal-baħar Misilmin. 6 Grazia qalet dan il-kliem: ‘Jahrach bin il caddis tiech Fil-chara’: AIM Proc. Crim. Vol. 131A, Case 77, ff. 133-4.

kien meqjus bħala wieħed pjuttost gravi.7 Din Anna kellha 33 sena meta ġiet akkużata quddiem it-Tribunal tal-Inkiżizzjoni. L-ewwel li akkużata kienet ċertu Anna Maria Bigeni, Furjaniża ta’ 35 sena li kienet ilha tafha sew għal dawk l-aħħar tliet snin. Bigeni tirrakkonta quddiem l-Inkiżitur Lante kif Anna Schembri minn xi sentejn li kienet ilha tafha, riedet teħles minn żewġha għax mid-dehra kien isawwatha l-ħin kollu. Bigeni stqarret li Anna kienet darba tefgħet xi trab abjad fil-minestra ta’ żewġha Saverju (li kien suldat). Kawża ta’ hekk Saverju kien qabdu wġigħ kbir fl-imsaren u kien kważi ħa jmut imma wara ħafna kura irnexxielu jeħlisha minn ħalq il-mewt.

Bigeni tkompli tirrakkonta li Anna Schembri kienet tilqa’ għandha ċertu skjav Tork imlaqqam ‘Manetta’ li kellu jdejh mgħawġa. Dan kien jidħol fid-dar tagħha xi tliet darbiet fil-ġimgħa. Anna Schembri kienet qaltilha lil Bigeni li dan it-Tork kien jaf jagħmel il-magħmul sabiex joqtol, u li kien għallimha tagħmel xi wieħed sabiex toqtol lil żewġha stess. Fil-fatt xi tliet xhur qabel kienet għamlet xi ravjul skont kif kien qalilha dak itTork u meta r-raġel tagħha kielu qabdu wġigħ kbir u telagħlu ħafna deni u marad sew iżda xorta ma mietx. Bigeni tirrakkonta kif Anna Schembri kienet ippruvat diversi modi oħra u mhux permezz tal-ikel biss, sabiex toqtol lil żewġha bil-maġija sewda bl-għajnuna ta’ dak l-iskjav Tork.

Bigeni tkompli tgħid ukoll li din Anna xi sentejn qabel saret taf qassis bl-isem ta’ Dun Feliċ Antonio li tiegħu Bigeni kienet serva. Anna Schembri kienet qaltilha li ser tagħmel maġija sabiex tobbliga lil dan il-qassis isir iħobbha. Bigeni tgħid li filverita` wara xi ftit ta’ żmien Dun Feliċ Antonio kien ifissa fuq Anna Schembri u sar iħobbha ħafna meta qabel bil-kemm kien jagħti kas tagħha.

Furjaniża oħra bl-isem ta’ Hieronima Tagliaferro, ta’ 35 sena, ikkonfermat dak li qalet Bigeni fuq Anna Schembri u żiedet ukoll li din tal-aħħar riedet anke tagħmel maġija sabiex toqtol lil ommha stess. Diversi nies oħra ttellgħu quddiem l-Inkiżitur Lante u kkonfermaw jew żiedu aktar akkużi simili rigward Anna Schembri. Finalment meta telgħat quddiem l-Inkiżitur Anna Schembri stess, din ammettiet l-akkużi kollha miġjubin kontriha iżda insistiet li dan għamlitu minħabba l-imġiba ħażina ta’ żewgha fil-konfront tagħha. Finalment l-Inkiżitur Lante kien ikkundannaha biex tqatta’ xi xhur fil-ħabs tal-Inkiżizzjoni minħabba l-gravita` tal-krimini li wettqet.

Minn dan il-każ ma narawx biss kemm il-Maltin f’mumenti ta’ disperazzjoni kienu ġieli jirrikorru għall- maġija, anke saħansitra sabiex joqtlu lil qrabathom stess. Imma rridu nżommu f’moħħna wkoll li l-vjolenza domestika kienet xi ħaġa komuni dak iż-żmien u ħafna nisa miżżewġin kienu sfaw vittmi silenzjużi tagħha mingħajr ħadd ma jkun jaf, u ma kienu jsibu rifuġju u protezzjoni mkien. Wieħed irid jevalwa dan il-każ mhux biss min-naħa ta’ superstizzjoni, iżda aktar minn hekk, dan il-każ jixhed problemi soċjali u familjari kbar kaġun ta’ nuqqas ta’ rispett lejn il-mara. Biex mara miżżewġa tasal tipprova toqtol lil żewġha sinjal li kienet tkun għaddejja minn tbatija insapportabbli.

Konklużjoni

Dawn huma ftit mit-trufijiet tal-ħajja soċjali u morali fil-Furjana fid-dawl tal-aħħar żminijiet tal-Ordni f’Malta, f’kuntest li jirrifletti wkoll il-ħajja inġenerali Maltija. Għalkemm kien hawn dawn in-nuqqasijiet, wieħed irid jifhem it-tbatija, il-faqar u n-nuqqas ta’ dinjita` li l-Maltin kienu jsofru kontinwament fi żmien imbiegħed u li allura jwassalhom sabiex jaġixxu b’mod daqstant inkonformi lejn irreliġjon Nisranija.

PARROĊĊA SAN PUBLJU, IL-FURJANA 2022

Ħidma Pastorali u xi Attivitajiet oħra

bejn Marzu 2019 u Marzu 2022

– Kitba ta’ Dun Stefan Galea u Paul Vella

Dan ir-rapport jibda mill-Erbgħa 6 ta’ Marzu 2019. Dakinhar kien l-Erbgħa tal-Irmied. It-Tqegħid tal-Irmied sar fil-quddies kollu, waqt li qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija saret ċelebrazzjoni penitenzjali.

Lejlet, jiġifieri l-5 ta’ Marzu, kien il-175 anniversarju ta’ meta l-Floriana saret Parroċċa. L-okkażjoni ma setgħetx tiġi mfakkra dak il-jum stess minħabba li kien l-aħħar jum tal-Karnival, imma s-Sibt ta’ wara, qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, sar il-feature ‘Id-determinazzjoni tal-Furjanizi fil-kisba talParroċċa tagħhom.’

Din is-sena, parti mit-Tberik sar matul ir-Randan. Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu: Mons. Pawl Camilleri u Mons. Victor Zammit McKeon fakkru l-50 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tagħhom fil-quddiesa tas-6.30 pm. Huma kkonċelebraw flimkien mal-Isqof Awżiljarju l-E.T. Mons. Joseph Galea Curmi. Il-Ġimgħa 12 ta’ April: Din is-sena l-quddiesa tas-6.00 pm. kienet iċċelebrata għand il-Kapuċċini u wara saret il-proċessjoni bl-istatwa tad-Duluri sal-Parroċċa. Wara d-dħul, għall-ħabta tat-8.00 pm. kienet iċċelebrata quddiesa oħra.

Is-Sibt 13 ta’ April: Fil-quddiesa ta’ filgħaxija sar it-Tberik taż-Żebbuġ. L-għada Ħadd il-Palm, fid-9.00am sar it-Tberik taż-Żebbuġ quddiem il-Museum u proċessjoni lejn il-Knisja għallquddiesa.

Din is-sena, għall-ewwel darba, il-Via Crucis li ssir nhar it-Tlieta tal-Ġimgħa l-Kbira, saret fil-Ġnien tal-Argotti minflok fil-Mall. Il-quddiesa tas-6.30 pm. kienet iċċelebrata fil-Knisja ta’ Sarria.

F’Ħamis ix-Xirka saret spjega tat-Tridu talGħid fis-6.45 pm. Il-Konċelebrazzjoni bdiet fis7.00pm, u flimkien magħna ħadu sehem membri tal-Parroċċa tal-Eritrej li wħud minnhom ħadu sehem fil-funzjoni tal-ħasil tar-riġlejn.

Saru Viżti organizzati u Adorazzjoni oħra fl-10.30 pm.Saru Viżti organizzati wkoll nhar il-Ġimgħa l-Kbira filgħodu. It-Tifkira tal-Passjoni bdiet fit3.00 pm.

Imbagħad l-għada 20 ta’ April inġbarna għallaqwa u l-isbaħ ċelebrazzjoni tas-Sena Liturġika, il-Vġili Qaddis tal-Għid. Fit-tmiem taċċelebrazzjoni l-Arċipriet ta figolla lil dawk kollha preżenti. Ma kienx hemm magħmudijiet waqt ilVġili. L-għada, l-Għid il-Kbir saret ċelebrazzjoni ta’ ferħ għat-tfal qabel il-quddiesa tal-10.30 am. Wara l-quddiesa, it-tfal ukoll ingħataw figolla. Il-Ġimgħa 26 ta’ April kien Jum ta’ Supplika fejn sar talb biex mill-festa joħroġ ġid spiritwali. Il-quddiesa ta’ filgħaxija kienet għall-bżonnijiet spiritwali u materjali tal-benefatturi ħajjin u mejtin tal-Parroċċa.

Il-quddiesa tal-għada s-Sibt filgħaxija kienet b’suffraġju għal dawk kollha li mietu matul is-sena li għaddiet. Dawn b’kollox kienu 51. Fis-7.30 pm. il-Parroċċa flimkien mal-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta organizzat Lejla mużiko-letterarja bl-isem: ‘Publju: Twelid ta’ Parroċċa.’ fl-okkażjoni tal-175 anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa. Ingħata wkoll omaġġ lill-artist Emvin Cremona f'għeluq il-100 sena minn twelidu.

Il-Ħadd 28 ta’ April: Jum il-Floriana, il-Katekeżi u s-Solidarjeta` F’dan il-jum issir stedina speċjali lill-Furjaniżi li jgħixu barra mill-Floriana. Il-ġbir kollu li sar f’dan il-jum kien għall-Karita`. Wara l-quddiesa tad-9.00 am. bdiet il-proċessjoni bis-Sagrament u l-Vjatku Solenni akkompanjat

mill-Banda Vilhena. Wara l-Quddiesa tal11.00am, inħarġet il-vara min-niċċa. L-Ikla talfesta, saret fis-Sala San Publju u bdiet fis-1.00 pm.

It-Tnejn 29 ta’ April: Jum it-Tfal Bħas-soltu, f’dan il-jum, it-Tnejn ta’ qabel il-festa issir ilfesta tat-tfal. Dakinhar il-quddiesa kienet fis-6.00 pm u t-tfal taw il-karus tal-karita` u ngħata rigal ta’ tifkira lit-tfal kollha li attendew.

It-Tlieta 30 ta’ April: Jum l-Għaqdiet: FilQuddiesa tas-6.30 pm., ħadu sehem il-Kunsill Lokali u l-membri tal-għaqdiet kollha, reliġjużi u ċivili tal-Parroċċa. Wara sar riċeviment fis-Sala San Publju għarrappreżentanti tal-għaqdiet kollha. Waqt dan ir-riċeviment, ingħaddu l-voti tal-għaqdiet biex jintgħażel ir-rebbieħ tat-Trofew Tonna għal din is-sena. It-Trofew Tonna din is-sena ngħata lil Mr. J. DeBattista. ta’ Sarria u tmexxiet mill-E.T. Mons. Vittorio Lupi, Isqof Emeritu tad-Djoċesi ta’ Savona-Noli. Wara l-Għasar u Ċelebrazzjoni Ewkaristika kienet iċċelebrata l-quddiesa fis-7.30 pm. mill-Isqof Awżiljarju l-E.T. Mons Joseph Galea Curmi.

Il-Ħadd 5 ta’ Mejju: Jum il-Festa: L-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna ntlaqa’ fil-Museum u wara li wasal il-Knisja akkompanjat millArċipriet, il-Kleru u l-Poplu, mexxa l-Quddiesa Pontifikali fid-9.15 am.

Wara l-festa kompla t-Tberik sal-Ġimgħa 17 ta’ Mejju. Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Mejju, tifkira talMadonna ta’ Pompei, saret quddiesa fil-11.30 am u f’nofsinhar ingħadet is-Supplika. Imbagħad l-għada, il-Ħamis 9 ta’ Mejju, fil-quddiesa ta’ filgħaxija, flimkien mal-membri tal-Museum iċċelebrajna l-Festa ta’ San Ġorġ Preca. Fl-istess quddiesa kien imfakkar ukoll Jum il-Fondazzjoni tal-Floriana.

Id-dħul tal-istatwa ta’ San Publju sar is-Sibt 11 ta’ Mejju wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija li kienet b’radd il-ħajr għall-festa. Din is-sena, it-Tifkira tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja saret fil-ġurnata propja tagħha jiġifieri nhar it-Tlieta 28 ta’ Mejju.

Il-Pellegrinaġġ Marjan mill-Knisja għal għand ilKapuċċini sar fit-30 ta’ Mejju. L-għada, il-Ħadd 16 ta’ Ġunju kienet ilfesta tat-Trinita` Qaddisa. Sitt itfal irċevew l-Ewwel Tqarbina waqt il-quddiesa tal-10.30 am.

Il-Ħamis ta’ wara, 20 taxxahar iċċelebrajna l-festa tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu. Il-Knisja baqgħet miftuħa l-ġurnata kollha għall-Adorazzjoni u fis-6.30 pm. saret ilKonċelebrazzjoni u wara Proċessjoni Ewkaristika li din is-sena inkludejna wkoll il-knisja talKapuċċini, fejn filpjazza ingħatat il-Barka Sagramentali. Fil-jiem ta’ wara sal-Ħamis 27

l-Erbgħa 1 ta’ Mejju: Dan kien l-ewwel Jum tat-Tridu li kien iddedikat għall-Komunita` Parrokkjali.

Il-Ħamis 2 ta’ Mejju: Jum il-Morda u l-Familji: Il-quddiesa tad-9.00 am. kienet għall-morda u l-anzjani u fiha kien amministrat lilhom isSagrament tal-Griżma tal-Morda. Il-quddiesa ta’ filgħaxija kienet għall-familji. Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju: Jum is-Saċerdoti, Reliġjużi u Vokazzjonijiet: Fi tmiem il-Quddiesa Konċelebrata ta’ filgħaxija, li fiha ħadu sehem saċerdoti u reliġjużi tal-Parroċċa flimkien ma’ oħrajn kienu ppreżentati l-flus li l-komunita` Parrokkjali ġabret għallkarita` waqt il-Ġimgħa Mqaddsa u l-festa.

Is-Sibt 4 ta’ Mejju: Lejlet il-Festa. Fis6.00pm. bdiet itTraslazzjoni Solenni tarRelikwija mill-Knisja

ta’ Ġunju il-Knisja kienet tibqa’ miftuħa għallAdorazzjoni. Il-Ġimgħa Ewkaristika ntemmet il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju bil-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu`. Dan kien jum ieħor ta’ Adorazzjoni, din id-darba filMuseum. Fis-6.30 pm. bdiet il-Konċelebrazzjoni u wara Proċessjoni Ewkaristika li għaddiet mittoroq ta’ Balzunetta. Waqt il-Proċessjoni ngħatat il-Barka mid-Depot tal-Pulizija.

Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ta’ nhar it-Tnejn l-1 ta’ Lulju is-Sagrament ittieħed proċessjonalment fil-Kappella tan-Nazzarenu li nfetħet għalladorazzjoni. L-adorazzjoni baqgħet issir mitTnejn sal-Ġimgħa bejn is-7.00 u d-9.00 pm. salaħħar ta’Settembru.

Nhar it-Tlieta 16 ta’ Lulju l-Arċipriet qaddes filKappella ta’ Lourdes biex tkun imfakkra l-aħħar dehra. Din is-sena l-Pellegrinaġġ annwali għasSantwarju tal-Madonna tal-Mellieħa sar nhar

l-Erbgħa 24 ta’ Lulju.

Malli beda Ottubru, ir-Rużarju beda jingħad filKnisja darbtejn kuljum. Il-Ħamis 3 tax-xahar il-Komunita` tal-patrijiet Kappuċċini ċċelebrat il-festa tal-qaddis patrun tagħhom San Franġisk. Dan għaliex l-għada, il-jum propju tal-festa, kien hemm attivita` fuq il-Fosos. Jum it-Tagħlim Nisrani kien iċċelebrat nhar itTlieta 8 tax-xahar. Dakinhar il-quddiesa ta’ filgħaxija kienet fis-6.00pm u għaliha kienu mistednin it-tfal u l-ġenituri tagħhom.

L-għada l-Erbgħa u l-Ħamis kienu jiem ta’ tħejjija għall-festa tal-Madonna tar-Rużarju li din is-sena ċċelebrajnieha nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Ottubru. Dakinhar fis-6.00 pm. tkanta l-Għasar u Fr. Ray Gatt O.P. qaddes tas-6.30 pm. Għall-ħabta tas7.10 pm. ħarġet il-proċessjoni.

Is-Sibt 2 ta’ Novembru, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, l-Arċipriet bierek l-oqbra u r-ritratti talmejtin armati fil-Knisja.

Il-Ħadd 3 ta’ Novembru, 20 adoloxxent irċevew il-Griżma tal-Isqof waqt il-quddiesa tal-10.30 am. Il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru ltaqgħet l-Assemblea Parrokkjali fis-Sala tal-Koperaturi tal-Museum wara l-quddiesa tas-6.30 pm. Il-pellegrinaġġ għaċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata sar nhar il-Ħamis 26 ta’ Novembru It-tesserament tal-membri tal-Azzjoni Kattolika sar nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru fil-quddiesa tad-9.00 am. L-għada bdiet in-Novena tal-Milied. Saru diversi attivitajiet mill-għaqdiet li ħadu ħsieb janimaw il-ġurnata tagħhom f’dawn id-disat ijiem.

Fl-aħħar jum tan-Novena, jiġifieri t-Tnejn, 23 ta’ Diċembru, il-membri tal-Museum għamlu l-proċessjoni tradizzjonali bil-Bambin madwar it-toroq tal-Parroċċa. Lejlet il-Milied, iċċelebrazzjoni ta’ ferħ ta’ qabel il-quddiesa ta’ nofsillejl bdiet fil-11.00 pm.

L-aħħar tlett ijiem tas-sena kienu jiem ta’ adorazzjoni u l-Knisja baqgħet miftuħa l-ġurnata kollha. Is-sena ntemmet bil-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr nhar it-Tlieta 31 ta’ Diċembru fis-6.30 pm. Wara l-quddiesa tkanta t-Te Deum u saret ċelebrazzjoni Ewkaristika.

L-Erbgħa, l-1 ta’ Jannar, iċċelebrajna flimkien mal-Knisja kollha s-Solennita` ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi. Il-Parroċċa tat is-somma ta’ €1250 għad-Dar tal-Providenza. Filgħaxija l-Arċipriet mar personalment id-Dar talProvidenza. Mill-Ħamis 2 ta’ Jannar filgħodu bdew żewġ quddisiet, waħda fis-7.00 u oħra fit8.30 am. Il-ħinijiet tal-quddies ta’ nhar ta’ Ħadd u tal-festi kmandati baqgħu l-istess.

Fit-tielet ġimgħa ta’ Jannar tiġi ċċelebrata l-Festa Liturġika ta’ San Publju. Il-Ġimgħa 20 taxxahar kienet imtellgħa l-Kantata ‘Ħodon Fjuri lil San Publju’ fil-Knisja Parrokkjali. Din saret b’inizjattiva tal-gazzetta ‘Il-Furjana’ u kienet taħt il-patroċinju tal-E.T. Dr. George Vella, President ta’ Malta.

It-Tlieta 21 tax-xahar, fis-6.00 pm. saret itTraslazzjoni, il-Kant (l-Għasar) u wara l-quddiesa. L-Erbgħa, Jum il-Festa, it-tfal tal-iskola ġew għall-quddiesa tat-8.30 am. Fis-6.00 pm beda l għasar u fis-6.30 pm., il-Kanonku David Cilia, l-Arċipriet il-ġdid ta’ San Pawl il-Belt mexxa l-Konċelebrazzjoni.

Il-ċelebrazzjoniet tal-Festa Liturġika ta’ San Publju ntemmu l-Ħadd 26 ta’ Jannar b’ħarġa

għal Għawdex li fiha kienet iċċelebrata l-festa talqaddis fil-kappella ddedikata lilu fl-Għasri.

Il-Ħadd, 2 ta’ Frar, kienet il-festa talPreżentazzjoni tal-Mulej (il-Kandlora). It-tberik tax-xemgħat sar fil-quddiesa tas-Sibt filgħaxija. Bħal kull sena, id-dehriet tal-Madonna lil Santa Bernardetta jiġu mfakkra fil-kappella tal-Madonna ta’ Lourdes. Din is-sena, din il-kappella, għalqet 100 sena mit-twaqqif tagħha

Il-Ħamis 12 ta' Marzu 2020, l-isqfijiet Maltin joħorġu direttivi li b'effett immedjat jitwaqqfu l-attivitajiet kollha reliġjuzi fil-knejjes, inkluż il- quddies kollu ta' kuljum, Ħdud u festi, żwiġijiet u funerali. L-aħħar quddiesa ċċelebrata filknisja tagħna kienet dik tat-8:30am ta` nhar ilĦamis 12 ta' Marzu 2020. Il-Parroċċa ħabbret immedjatament dan il komunikat kif ukoll il ħinijiet ġodda tal-ftuħ tal-knisja għal waqt din il pandemija. Il-ftuħ ser ikun hekk: Mit-Tnejn salĦadd, filgħodu bejn 7:00am u 8:00am u filgħaxija bejn 5:00pm u 6:00pm.

L-Erbgħa 25: filgħaxija. Skont direttiva millKurja, fis-6.15pm daqqejna mota biex ingħaqadna mal-kumplament tal-knejjes Maltin u dawk Kattoliċi fid-dinja kollha, fil-ħin li l-QT il-Papa Franġisku ta l-Barka mill-Bażilika ta' San Pietru, liema barka ntweriet diretta fuq il-mezzi tax-xandir. Il-Ġimgħa 3, Tifkira ta' Marija Addolorata. Ilknisja fetħet bħas-soltu, siegħa filgħodu u siegħa fil-għaxija. Filgħaxija fis-6.30pm, l-Arċipriet ġab il-laptop tiegħu biex fis-7.00pm, iċċelebra quddiesa li ntweriet live fuq il-FB tal-Parroċċa.

Il-Ħadd 5: Ħadd il-Palm l-Arċipriet, ittrasmetta live fuq FB. Il-Ħamis 9, Ħamis ix-Xirka, filgħaxija, reġgħet saret quddiesa trasmessa live fuq FB . Wara, sar ftit ħin ta' adorazzjoni quddiem is-Santismu Sagrament li tpoġġa fi speċi ta` altar tar-Repożizzjoni (Sepulkru) żgħir li ntrama apposta fil-kappella tas-Sacro Cour. Minn quddiem l-istess Sepulkru, il-Viċi Dun Ġwann Farrugia, permezz tal-istazzjon televiżiv tiegħu Xejk, ttrasmetta erba` sigħat ta` adorazzjoni bejn 9pm u 1am. Il-Ġimgħa 10, Il-Ġimgħa l-Kbira. Fit-3pm, Dun Ġwann ittrasmetta l-funzjoni tallum. Fi tmiem il-funzjoni l-knisja għalqet u ma reġgħetx fetħet. Is-Sibt 11, Sibt il-Għid. Il-knisja baqgħet magħluqa l-ġurnata kollha. Fit-8pm saret il-liturġija ta' Sibt il-Għid. Il-funzjoni kollha reġgħet kienet trasmessa live fuq FB. Din id-darba t-trasmissjoni saret minn grupp ta` Fr. Ray Toledo li kkonċelebra mal-Arċipriet.

Il-Ħadd 12: L-Għid il-Kbir. Il-knisja reġgħet fetħet għal siegħa filgħodu u siegħa oħra filgħaxija. F'xandira diretta live fuq FB fid-9am, l-Arċipriet iċċelebra quddiesa. Il-Ħadd 19 ta April, Il-knisja llum ukoll infetħet fejn is-7am u t-8am u bejn il5pm u s-6pm. Minflok il-purċissjoni Solenni talVjatku bejn id-9am u l-10am, akkumpanjat minn ftit persuni, l-Arċipriet ħareġ bis-Sagrament. Fl10am, fi trasmissjoni diretta fuq FB tal-Parroċċa u l-istazzjon Xejk saret quddiesa konċelebrata millArċipriet flimkien ma` Fr. Ray Toledo. Is-Sibt 25, suppost lejlet il-festa ta' San Publju. Fis-6.30pm, fuq altar provizorju armat quddiem in-niċċa ta' San Publju l-Arċipriet iċċelebra quddiesa. Grazzi lil Dun Ġwann Farrugia, il-quddiesa kollha kienet trasmessa live fuq Xejk TV. Fi tmiem il-quddiesa l-Arċipriet, iħares lejn il-vara, qara t-talba li dik ilġimgħa stess Mons Arċisqof Charles J. Scicluna kiteb lil San Publju

Il-Ħadd 26:, Suppost jum il-festa ta' San Publju. Bħala l-ewwel attività Dun Pawl Camilleri qaddes. Għat-tieni darba konsekuttiva, bejn id-9am u l-10am reġgħet saret purċissjoni ridotta oħra bisSsantismu Sagrament. Fl-10am trasmissjoni oħra fuq l-istazzjon Xejk ta` quddiesa li saret quddiem in-niċċa tal-vara ta' San Publju. F'nofsinhar daqqejna mota bil-kbir. Is-Sibt 13 ta' Ġunju: Illum filgħaxija għallgrazzja t'Alla l-knisja, bl-altar maġġur armat bilġilandra reġgħet laqgħet lill-Poplu t'Alla għallquddiesa tas-solennità ta' Corpus. Il-Ġimgħa 19: Festa tal-Qalb ta’ Ġesù. Il-knisja baqgħet miftuħa matul il-ġurnata kollha bisSantismu Sagrament espost. Filgħaxija saret ilquddiesa solenni

LULJU 2020

Il-Ħadd 19: 12 il-tifel u tifla rċevew is-Sagrament tal-Ewkaristija għall-ewwel darba Il-Ħadd 26: 12 il-tifel u tifla rċevew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof

Is-Sibt 7: Fuq il-paġna ta’ FaceBook (FB) talparroċċa tagħna ġie avżat illi ġie assenjat lillparroċċa tagħna l-Kanonku Dun Stefan Galea mill-Belt Valletta residenti n-Naxxar bħala l-Viċi Parroku ġdid. Għal dawn l-aħħar 10 snin Dun Stefan serva, fl-istess kariga, fil-parroċċa ta’ Marija Bambina tan-Naxxar.

Il-Ħadd 23: Bil-quddiesa tal-10.30am. Dun Stefan Galea beda uffiċjalment l-impenji tiegħu bhala Viċi Parroku. Fil-5.30pm saret quddiesa Pontifikali biċ-ċelebrant ikun Mons Arċisqof Charles Jude Scicluna. Fi tmiem il-Pontifikal u fil-preżenza tal-ex Arċipriet Mons Richard Borg, dak attwali l-Kanonku Dun Charles Cini, il-pittur is-Sur John Grima u kongregazzjoni numeruża, Mons Arċisqof inawgura l-proġett tal-pittura fissaqaf tal-kappellun tar-Rużarju.

SETTEMBRU 2020

Il-Ġimgħa 25: Mons Arċisqof iċċelebra quddiesa fil-knisja tagħna għal dawk kollha li jaħdmu fisSegretarjat tal-Edukazzjoni tal-Knisja.

OTTUBRU 2020

Il-Ħadd 4: Fil-knisja tas-Salib Imqaddes talpatrijiet Kapuċċini kienet iċċelebrata l-festa ta' San Franġisk t'Assisi.

Il-Ħadd 25: Kien imfakkar l-anniversarju talKonsagrazzjoni tal-Knisja tagħna. Mill-quddies kollu ta` tmiem din il-ġimgħa, inġabret is-somma ta' €550 għall-Missjoni.

NOVEMBRU 2020 DIĊEMBRU 2020

Is-Sibt 5: Fil-knisja tagħna saret quddiesa b’tislima u b'suffraġju lill-Professur Oliver Friggieri.

It-Tlieta 15: Ingħata bidu għan-novena tal-Milied. Għal kull ġurnata tan-novena kienu mistiedna jieħdu sehem id-diversi għaqdiet kostitwiti filFurjana. Il-Ħamis 24: Il-quddiesa tradizzjonali ta' lejlet il-Milied saret fil-ħin bħal fis-snin l-imgħoddija, f'nofsillejl. Matul il-ġimgħa tqassmu biljetti biex ikun żgurat li fil-knisja ma jkunx hemm kongregazzjoni ta' aktar minn 130 persuna, u dan minħabba l-pandemija.

JANNAR 2021

Il-Ġimgħa 1: Il-ġbir li sar waqt il-quddies kollu f'dan l-ewwel jum tas-sena b'risq id-Dar tal-Providenza laħaq is-somma ta' €1,030. Flokkażjoni tal-bidu tas-Sena Ġużeppina, wara l-quddiesa tal-5.30pm Dun Stefan Galea poġġa, u xegħel xemgħa quddiem l-istatwa ta’ San Ġuzepp. Dan id-dawl tax-xemgħa kien mixgħul matul issena kollha. u wara l-quddiesa ta` filgħaxija kienet tingħad it-talba lill-Missier Putattiv ta' Ġesù.

Il-Ġimgħa 22: Iċċelebrat il-jum solenni talfesta liturġika ta' San Publju. Filgħaxija saret Konċelebrazzjoni Sollenni mmexxija minn Patri Stephen Magro OFM. Ħadet sehem l-orkestra u

L-Erbgħa 4: Tħabbret il-mewt ta’ Patri Robbie Wirth SJ. Dan il-Patri Ġiżwita għamel snin sħaħ jgħix hawn fostna fil-Furjana, jagħti servizz fil-knisja ta' Sarria. . Is-Sibt 21: Tħabbret il-mewt talProfessur u Poeta Malti u Furjaniż, Dr Oliver Friggieri. Il-funeral tiegħu, li kien organizzat millGvern sar fil-25 ta' Novembru fil-Konkatidral ta' San Ġwann. Il-korteo funebri telaq mill-isptar Mater Dei u fi triqtu lejn il-belt Valletta, waqaf quddiem il-knisja ta` San Publju fejn l-Arċipriet, f'isem il-poplu Furjaniż poġġa bukkett fjuri fuq it-tebut.

l-kantanti tal-Cappella Bugeja taħt id-direzzjon ta` Mro. Patri Salv Galea O.P.

FRAR 2021

Il-Ħamis 11: Imfakkra l-Ewwel Dehra talMadonna ġewwa Lourdes. Minħabba li l-patrijiet Kapuċċini reġgħu jinsabu fi kwarantina bilknisja u l-kappella jerġgħu jkunu magħluqin, ilfunzjonijiet tad-dehriet saru fil-knisja tagħna.

Il-Ħadd 14: Tħabbret il-mewt tas-Sinjura Mary Cini, omm l-Arċipriet tagħna.

It-Tlieta 16: Fil-Bażilika ta’ Kristu Re fir-Raħal il-Ġdid, sar il-funeral ta' omm l-Arċipriet.

L-Erbgħa 17: Fis-6.30pm saret il-quddiesa ta’ 'Ras ir-Randan'. Matul ir-Randan kollu, kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta' Ġimgħa fis-6pm, issir il-Via Sagra fil-Knisja.

Il-Ħadd 21: Wara l-quddiesa tas-6.30pm sar ittberik tas-salib li jrid jittalla` u jitpoġġa fuq illanterna tal-koppla. Fuq dan is-salib sar restawr estensiv.

APRIL 2021

Il-Ħamis 1: Ħamis ix-Xirka. Fis-6pm saret ilkonċelebrazzjoni tal-ikla tal-Mulej li ntemmet bit-trasportazzjoni tal-Ewkaristija għall-altar tarRepożizzjoni. Wara li s-sena l-oħra s-Sepulkru ma ntramax kollu din is-sena, raġa` ntrama komplut. Il-knisja kienet miftuħa mis-7.30 sal-10.00pm. Il-Ġimgħa 2 Il-Ġimgħa l-Kbira, il-knisja fetħet bejn is-7 u l-10am għall-viżti. 3pm Funzjoni talPassjoni u l-Mewt tal-Mulej

Is-Sibt 3: Il-Funzjoni tal-Vġili tal-Għid saret fit -8pm. Ikkonċelebraw is-saċerdoti tal-parrroċċa u ħa sehem il-kor Marantha.

Il-Ħadd 18: Fil-jum li suppost konna qegħdin niċċelebraw il-festa parrokkjali ta' San Publju, Mons Arċisqof Charles J. Scicluna qaddes fil11am. Marbuta mal-ġurnata tal-lum Mons Arċisqof kiteb talba fejn fiha invoka l-interċessjoni tal-patrun tagħna u ta' Malta, San Publju f’dan iż-żmien diffiċli kaġun talpandemija.

MARZU 2021

It-Tnejn 8: Joe Camilleri li huwa membru talM.U.S.E.U.M. beda kors ta Eżerċizzi tar-Randan fil-knisja ta` San Publju.

L-Erbgħa 10: Bin-numri talinfettati bil-Covid ikomplu jogħlew, reġgħu twaqqfu l-funzjonijiet kollha filknejjes. L-aħħar quddiesa kienet tas-6.30pm. Il-Ġimgħa 12: Il-knisja bdiet tinfetaħ kuljum mit-Tnejn salĦadd, filgħodu bejn is-7.00am u t-8.00am u filgħaxija bejn il5.00pm u s-6.00pm.

Is-Sibt 19: Festa ta` San Ġużepp. Bil-kappella ta` dan il-qaddis armata u bl-istatwa esposta, fil-knisja sar biss quddies taħt forma privata fejn is-saċerdot iqaddes mingħajr nies fil-knisja. Il-Ġimgħa 26: Fl-okkażjoni tal-festa tad-Duluri l-quddiesa li saret mingħajr kongregazzjoni kienet imxandra fuq il-FB tal-Parroċċa. Il-funzjonijiet kollha ta’ bejn Ħadd il-Palm u l-Għid il-Kbir saru fil-knisja bla nies u ġew trasmessi fuq il-paġna ta’ FB tal-parroċċa.

MEJJU 2021

Is-Sibt 8: Fl-okkażjoni talfesta tal-Madonna ta’ Pompei saret il-quddiesa tradizzjonali fil-11.30 am segwita misSupplika.

Il-Ħadd 30: 13-il tifel u tifla mill-parroċċa tagħna rċevew l-Ewwel Tqarbina.

Ġunju 2021

It-Tlieta 1: Mietet omm Dun Ġwann Farrugia.

Il-Ħamis 3: Fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina taż-Żurrieq sar il-funeral ta` omm Dun Ġwann Farrugia. Il-Ġimgħa 4: Reġa` beda t-tqarbin tal-morda u l-anzjani tal-parroċċa fi djarhom skont id-direttivi minħabba l-pandemija

Is-Sibt 5: Festa ta’ Corpus Christi u l-bidu ta’ 'Ġimgħa Ewkaristika'. Il-knisja baqgħet miftuħa l-ġurnata kollha. Il-Ħadd 6: Ġurnata oħra ta’ espożizzjoni tasSsantismu Sagrament. Il-Ġimgħa 11: Festa tal-Qalb ta’ Ġesù. Ilknisja baqgħet miftuħa matul il-ġurnata kollha bis-sagrament espost. Filgħaxija, saret konċelebrazzjoni solenni tal-Qalb ta’ Ġesù.

LULJU 2021

Il-Ġimgħa 16: L-Arċipriet qaddes fil-kappella ta’ Lourdes fl-okkażjoni tal-aħħar dehra. Tbierket statwa ta’ anġlu li tqiegħdet fuq il-frontispizju talkappella.

Is-Sibt 31: B'avviż fil-knisja tħabbar li mix-xahar ta’ Awwissu ser jerġa` jibda joħroġ il-magazin 'Qalb Waħda' bid-differenza li minflok ma jitqassam fid-djar, irid jinġabar mill-knisja.

SETTEMBRU 2021

It-Tlieta 14: Festa tas-Salib Imqaddes. Fis-6pm saret il-Via Sagra u wara quddiesa kantata li spiċċat bil-Barka bil-Veru Linju.

Is-Sibt 18: Mil-lum u kull nhar ta’ Sibt, fil-knisja tagħna ser jibda jkollna l-laqgħat tal-Koperaturi (tal-M.U.S.E.U.M.). Normalment, dawn il-laqgħat kienu jsiru fis-sala ta' taħt l-iSkola Primarja imma minħabba l-protokoll tad-distanza soċjali, issa ser isiru fil-knisja tagħna. Il-Ġimgħa 24: Il-Viċi Parroku Dun Stefan Galea tilef lin-nanna tiegħu, is-sinjura Vincenza Galea li kienet residenta fid-Dar tal-Anzjani fil-Furjana. Il-Ħadd 26: Fid-9.00am saret quddiesa organizzata mill-Floriana Football Nursery flokkażjoni tal-bidu ta’ stagun ġdid.

Il-Ħadd 3: Il-festa ta` Franġisk t'Assisi saret illum fil-knisja tal-Kapuċċini, minflok l-għada.

Il-Ħamis 7: Fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tar-Rużarju fil-parroċċa tagħna, il-Kanonku Dun Leonardu Mintoff mexxa quddiesa solenni.

Il-Ħamis 14: Fis-sala ta' taħt l-iskola Primarja nfetaħ Book Sale b'risq il-knisja.

L-Erbgħa 20: Fis-7.00pm ir-Rużarju Mqaddes kien irreċitat fil-bitħa tal-Flats ta’ Triq il-Fosos.

NOVEMBRU 2021

Il-Ġimgħa 12: Fuq inizjattiva tal-Fsobians lil kull min attenda l-knisja llum, ingħatatlu fjura bit-tema XERRED L-IMĦABBA MAL-ĠAR TIEGĦEK.

Il-Ħadd 28: F'dan l-ewwel jum tal-Avvent, iżżanżnu kunupew u ventaltar fil-kulur vjola.

DIĊEMBRU 2021

L-Erbgħa 15: Bdiet in-novena tal-Milied. Kull ġurnata kienet mistiedna għaqda tal-parroċċa.

Il-Ħamis 23: Wara nuqqas ta` sentejn minħabba l-pandemija, minflok għada (lejlet il-Milied) kif tradizzjonalment nafu li ssir id-dimostrazzjoni bil-Bambin organizzata mill-M.U.S.E.U.M., saret illum bl-immaġini ta` Ġesù Bambin jiġi mdawwar mat-toroq tal-Furjana. Wara d-dimostrazzjoni, ttellgħet serata tal-okkażjoni fil-knisja. Il-Ġimgħa 24: Lejlet il-Milied. Il-quddiesa tradizzjonali ta` dan il-jum qaddis, inkluża l-prietka tat-tifel saret fil-ħin li mdorrijin bih, f' nofsillejl. L-Erbgħa 29, Il-Ħamis 30 u l-Ġimgħa 31: Kienu jiem ta` kwaranturi bil-knisja tibqa` miftuħa matul il-ġranet kollha. L-aħħar quddiesa tas-sena spiċċat bil- purċissjoni fil-knisja bis-Ssantismu Sagrament bil-kant tat-Te Deum bħala Radd ilħajr lil Alla.

Il-Ġimgħa 21: Fis-6pm saret Translazzjoni u Għasar kantat u wara quddiesa kantata millArċipriet

Is-Sibt 22: Jum il-festa liturġika ta’ San Publju. Fis6pm Għasar Kantat u wara quddiesa konċelebrata li spiċċat bl-antifona u l-barka sagramentali. Mexxa l-funzjoni Monsinjur Carmel Attard. IlMużika kienet tal-Cappella Bugeja mmexxija mis-Surmast Patri Salv Galea OP l-Erbgħa 2: Fis-6.30pm sar it-tberik tax-xemgħa tal-Gandlora u quddiesa kantata.

Marzu 2022

L-Erbgħa 2 Ras ir-Randan: Fil-quddies kollu saret iċ-ċerimonja tal-irmied imbierek. Fis-6.30pm ilquddiesa kienet kantata u konċelebrata.

This article is from: