7 minute read

Programm Tal-Festa Ta’ San Publju

ammirazzjoni kemm dan il-personaġġ, l-Inġinier Militari Pietro Paolo Floriani, kien tant kbir. Fis-sena skolastika 2006/2007 il-Klassi 4H mill-Istituto Tecnico per Attività Sociali ‘Matteo Ricci’ ta’ Macerata, ħadmu fuq proġett dwar ‘Il-Fortifikazzjonijiet fil-Provinċja ta’ Macerata u l-Arkitettura Militari ta’ Pietro Paolo Floriani’. Dan sar taħt is-superviżjoni tal-Prof. esse Marina Pallotta u Maresa Cecchi. Fuq tagħrif meħud mill-arkivju huma rrekordjaw fuq DVD ix-xogħlijiet tal-Floriani. Waqt ilviżta mill-istess studenti hawn ġol-Floriana, l-istudenti raw il-Monument tal-Floriani li kien għadu qed jinħadem mill-Artist Chris Ebejer. Dokumentarju ieħor irrekordjat fuq DVD flistess sena u twil 38 minuta din id-darba huwa l-proġett ideat u mtella’ mill-ARTEsetTIMA talAccademia Belle Arti Macerata, taħt ir-reġija tad-Direttur Massimo Angelucci Cominazzini. Il-kitba tirrakkonta l-istorja bbażata fuq riċerka li damet għaddejja sena, u b’reċitar u kontribuzzjoni ta’ ’l fuq minn 60 persuna, b’uħud minnhom jirreċitaw bil-kostumi tal-epoka. Iddokumentarju ġie ffilmjat f’dawn il-postijiet, Macerata, Caldarola, Recanati, Arezzo, Roma, Perugia, Cortona, Ferrara, Comacchio, Ravenna, Rovigo, Venezia, Spoleto, Civitavecchia u Malta.

Dokument mill-Arkivju Konklużjoni b’nota ta’ attwalità.

Advertisement

Il-kontenut ta’ dan l-Arkivju jiddokumenta l-istorja tas-Subborg sa mill-bidu nett tiegħu. Jiġifieri li fuq dak l-ispazju ta’ art mitluqa jinbnew swar fixxifer bl-ewwel skop tagħhom kien li jinżammu magħluqa l-ħażniet tal-qamħ li jaslu minn Sqallija. Meta wara snin twal tlestew ġewwa s-swar beda l-iżvilupp li sawwar is-Subborg tal-Floriana. Mal-ewwel bini tal-imtieħen, il-Knisja ta’ Sarria u l-Kunvent tal-Kapuċċini, maż-żmien żdied ħafna bini ppjanat fuq forma ta’ gradilja biex flimkien mal-ġonna u spazju ħolqu din il-belt żgħira kif nafuha bħala Belt il-Ġonna jew ‘Garden City’.

Għaddew bosta sekli, imma dik l-opra ta’ Pietro Paolo Floriani, li tinsab irreġistrata fid-dettall flarkivju waslet għall-preżent storiku li permezz tiegħu nħolqot ħbiberija u katina kulturali bitTewminaġġ Floriana – Macerata. Dan il-patt bejn il-Bliet jissiġilla għaqda dejjiema bejn ilFurjaniżi u l-Maceratesi, u bħala prova ta’ dan għandna fil-Floriana lapidi kommemorattivi, trejqiet imsemmija għal dan l-Inġinier famuż, u fuq kollox il-Monument tiegħu li jixhed din ir-realtà preżenti tal-istorja ħajja tagħna.

Dokument mill-Arkivju

Id-DVD tal-Istitut ITAS – Macerata

Riferenzi

• Korrispondenza u disinji mingħand il-Kontessa Carla Compagnoni Floriani. • Parti mill-mappa u informazzjoni ġenerali miksuba mill-Archivio Compagnoni Floriani website. • DVDs u dettalji minn diversi kotba tal-awtur.

PARROĊĊA SAN PUBLJU, IL-FURJANA 2022

Mit-22 ta’ April Sas-7 ta’ Mejju 2022

IL-ĠIMGĦA 22 TA’ APRIL

JUM TA’ SUPPLIKA Illum fil-quddies kollu jsir talb ħerqan lil Alla biex mill-festa joħroġ ġid spiritwali kbir. Nissuġġerixxu wkoll xi għemil ta’ penitenza jew xi sawm b’din l-intenzjoni. 18.30 Quddiesa ċċelebrata mill-W.R. Kan. Arċipriet Dun Charles Cini għall-bżonnijiet spiritwali u temporali tal-benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa.

Is-Sibt 23 TA’ APRIL

JUM IS-SUFFRAĠJU

18.30 Quddiesa ċċelebrata mill-W.R. Kan. Arċipriet Dun Charles Cini b’suffraġju għallmejtin kollha tal-parroċċa, speċjalment dawk li mietu matul din l-aħħar sena. Il-familjari li tilfu lil xi ħadd għażiż matul din is-sena huma mistednin b’mod speċjali. 19.30 Serata tradizzjonali mtellgħa millAssoċjazzjoni Publju ta’ Malta fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publju f’għeluq l-Għaxar Anniversarju tal-Għaqda. Din is-serata se tiġi organizzata b’kollaborazzjoni mal-Parroċċa u mal-Kunsill Lokali Floriana. Matul is-serata se ssir preżentazzjoni dwar ir-restawr li sar fuq ilpjanta tal-Ark Trijonfali.

IL-ĦADD 24 TA’ APRIL

JUM IL-FLORIANA, IL-KATEKEŻI U S-SOLIDARJETA` llum waqt il-quddies kollu jsir ġbir biex jingħata karità kif ukoll katekeżi dwar it-tifsira ta’ festa nisranija. 9.00 Quddiesa ċċelebrata mir-Rev. Kan. Stefan Galea, Viċi Parroku. Jieħdu sehem il-fratelli.

9.45 Vjatku Solenni bis-SSmu. Sagrament. Il-Purċissjoni bis-SSmu. Sagrament immexxija

mir-Rev. Kan. Stefan Galea, li matulha jsir ittqarbin tal-morda, tkun akkumpanjata mill-Banda Vilhena li ddoqq innijiet sagri. Hija tgħaddi minn Pjazza San Publju, Ġnien il-Mall, Triq il-Mall, Triq Konservatorju, Triq l-Iljun, Triq l-Argotti, Mall, Triq Sarria, Triq San Tumas, naqsmu Triq Sant’Anna, Triq San Tumas, Triq Magazzini, Triq il-Miratur, naqsmu Triq San Anna, Triq il-Miratur, Pjazza San Publju. 10.45 Marċ mill-Banda Vilhena minn Triq il-Miratur (ħdejn il-Każin), Triq San Franġisk, Pjazza Robert Sammut, Triq L. Preziosi, Triq ilFosos, Triq Pietro P. Floriani, Triq Kappuċċini, Triq San Tumas, Triq Argotti, Triq l-Iljun, Triq Konservatorju, il-Mall, Pjazza San Publju, Triq ilMiratur (sa ħdejn il-Każin). 11.00 Quddiesa Solenni ċċelebrata mill-W.R. Kan. Arċipriet Dun Charles Cini. Jieħdu sehem isSindku u l-Kunsillieri tal-Kunsill Lokali, Floriana.

Nagħmlu wkoll stedina speċjali lill-Furjaniżi li joqogħdu barra mill-Floriana.

11.45 ĦRUĠ TAL-VARA TA’ SAN PUBLJU MIN-NIĊĊA.

13.00 Pranzu Buffet tradizzjonali fis-Sala San Publju fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-festa.

IT-TNEJN 25 TA’ APRIL

JUM IT-TFAL

18:00 Quddiesa iċċelebrata mir-W.R. Dun Mark Mallia Pawley, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Marija, Ħad-Dingli 19.00 Manifestazzjoni mit-tfal bl-istatwa ż-żgħira ta’ San Publju akkumpanjata minn Piccola Banda. Din tgħaddi minn Pjazza San Publju, Triq San Publju, Triq San Tumas, Triq l-Isqof Caruana, Triq il-Miratur, Triq San Franġisk, Triq San Tumas, Triq Sarria, naqsmu mill-Mall, Triq il-Mall, Triq il-Konservatorju, Triq l-Iljun, Triq Vincenzo Dimech, Kumpless Sportiv tal-Floriana F.C. Nursery, Triq Vincenzo Dimech, naqsmu mill-Mall, Pjazza San Publju. 20.45 Il-manifestazzjoni tintemm quddiem ilKnisja Arċipretali bil-Barka Sagramentali.

IT-TLIETA 26 TA’ APRIL

JUM L-GĦAQDIET TAL-FLORIANA 18.30 Quddiesa ċċelebrata mill-W.R. Kan. Arċipriet Dun Charles Cini. Għal din il-quddiesa huma mistiedna l-membri tal-Kunsill Lokali, iddiriġenti u l-membri tal-għaqdiet kollha reliġjużi, soċjali, sportivi, gruppi u każini. Nitolbu flimkien għall-għaqda u l-koperazzjoni bejnietna. 19.30 Riċeviment fis-Sala San Publju mogħti mill-W.R. Kan. Arċipriet Dun Charles Cini u l-Kleru għall-operaturi pastorali tal-parroċċa, ilmembri tal-Kunsill Lokali, id-diriġenti tal-każini, tal-gruppi u tal-għaqdiet kollha tal-Floriana.

L-ERBGĦA 27 TA’ APRIL

L-EWWEL JUM TAT-TRIDU – JUM ILKOMUNITA` PARROKKJALI

18.00 Kant tal-Għasar. Imexxi r-Rev. Kan. David Torpiano. 18.30 Quddiesa konċelebrata mill-W.R. Mons. Dun Pawl Camilleri. Matul din il-quddiesa, nilqgħu fostna lill-membri kollha tal-komunità tagħna li qegħdin jagħtu s-servizz ta’ letturi, animaturi, katekisti u ministri straordinarji tattqarbin. Jiġġedded lilhom il-mandat biex jaqdu dawn il-ministeri. Jingħata wkoll il-mandat lirreffiegħa tal-vara. Jipprietka r-Rev. Patri Joseph Buttigieg OFM Cap. Wara l-quddiesa, tingħad il-Kurunella. Jindaqqu l-Innu u l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali. Wara jitkanta l-Innu Popolari. Imexxi ir-Rev. Kan. Stefan Galea, Viċi Parroku.

20.30 Pasta Night fil-Hockey Club b’risq il-festa

IL-ĠIMGĦA 29 TA’ APRIL

IT-TIELET JUM TAT-TRIDU – JUM ILVOKAZZJONIJIET SAĊERDOTALI U RELIĠJUŻI

10.00 It-tfal tal-Iskola Primarja talFloriana jinġiebu l-knisja għall-quddiesa. Iqaddes il-W.R. Kan. Arċipriet Dun Charles Cini. Wara ssir dawra minn ġewwa madwar il-knisja biex ngħinuhom japprezzaw aktar is-sbuħija u l-patrimonju storiku tagħha. 18.00 Kant tal-Għasar. Imexxi r-Rev. Patri Herbert Friggieri SJ. 18.30 Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija millW.R. Mons. Kalċidon Vassallo. Jieħdu sehem issaċerdoti tal-parroċċa, flimkien ma’ saċerdoti u reliġjużi oħrajn. Tkun mistiedna l-komunità tassorijiet tas-Sacred Heart li għandna fil-parroċċa tagħna. Isir talb għall-qdusija tal-kleru u għallvokazzjonijiet. Fi tmiem il-quddiesa jiġu ppreżentati l-flus li l-komunità parrokkjali tkun ġabret għall-karità. Wara jitkanta l-innu ta’ ringrazzjament lil Alla Te Deum u ssir il-funzjoni tat-Tridu bħall-jum ta’ qabel. Imexxi l-W.R. Kan. Arċipriet Dun Charles Cini.

20.30 Il-Banda Vilhena ssellem lill-istatwa ta’ San Publju fil-ħruġ mill-knisja fi Pjazza San Publju. Il-marċ jgħaddi minn Triq Sarria, Triq San Tumas, Triq il-Kapuċċini, Pjazza Robert Samut, Triq il-Fosos, Triq Antonio Agius, Triq San Tumas iż-żgħira, Triq l-Imħażen, Triq Pietro Floriani, Triq San Franġisk, Triq Miratur, Pjazza San Publju, Triq il-Mall, Triq Vincenzo Dimech, Triq l-Iljun, Triq Konservatorju, Triq il-Mall, Triq l-Argotti, Triq l-Argotti ż-żgħira, Pjazza San Kalċedonju, Triq Konservatorju, Triq l-Iljun, Triq Vincenzo Dimech, il-Mall, Pjazza San Publju,Triq il-Miratur sa ħdejn il-Każin Vilhena. Waqt li l-istatwa ta‘ San Publju titella’ fuq ilkolonna f‘Balzunetta, jinħaraq logħob tan-nar Ċiniż kif ukoll issir wirja piroteknika mill-Arena tal-Indipendenza.

IL-ĦAMIS 28 TA’ APRIL

IT-TIENI JUM TAT-TRIDU – JUM IL-MORDA U L-FAMILJA

09.15 Quddiesa għall-morda u l-anzjani li matulha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Ir-Rev. Lino Spiteri SJ jippresjedi ċ-ċelebrazzjoni. 18.00 Kant tal-Għasar. Imexxi r-Rev. Patri Joseph Buttigieg OFM Cap.

18.30 Quddiesa ċċelebrata mir- Rev. Gwardjan Patri Pawl Bugeja ofm. Cap. Matul din ilquddiesa, nilqgħu fostna lill-familji kollha talparroċċa. Nagħmlu stedina speċjali lil dawk ilmiżżewġin li din is-sena jkunu għalqu jew ser jagħlqu 10, 25, 40, 50 jew 60 sena miżżewġin u lil dawk li żżewġu fl-aħħar sena. Waqt ilquddiesa, l-koppji jġeddu l-wegħdiet taż-żwieġ u jingħataw tifkira. Jipprietka r-Rev. Patri Joseph Buttigieg OFM Cap. Wara l-quddiesa tingħad il-Kurunella. Jindaqqu l-Innu u l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali. Wara jitkanta l-Innu Popolari. Imexxi r-Rev. Patri Stephen Magro OFM. 20.00 Il-Banda mistiedna tal-Każin Vilhena ilBig Friends Gugen Musik tibda marċ minn Triq Konservatorju (quddiem l-Ajax), Triq l-Iljun, Triq l-Argotti, Triq San Tumas, Triq San Franġisk, Triq il-Miratur sal-Każin Vilhena. Kunċert mill-Big Friends Gugen Musik fi Triq il-Miratur ħdejn ilKażin Vilhena.

22.30 Isir it-tlugħ tal-istatwa ta’ San Publju fuq ilpedestall maġenb il-Każin Vilhena segwita minn esebizzjoni ta’ ħruq ta’ nar.

IS-SIBT 30 TA’ APRIL

LEJLET IL-FESTA

18.00 Translazzjoni Solenni tar-Relikwija tal-

This article is from: