
2 minute read
Sentejn Ħidma B`risq Il-Futur Tal-Festa Tagħna Mark Ciantar


Advertisement

PARROĊĊA SAN PUBLJU, IL-FURJANA 2022
Sentejn Ħidma B`risq Il-Futur Tal-Festa Tagħna
Fergħa Armar Ta` Barra Rapport Ta' Ħidma
– Kitba ta’ Mark Ciantar
Kull Jannar ta’ kull sena jindika li l-Festa ta’ San Publju waslet, għalhekk il-Parroċċa tibda tingrana sew bil-preparamenti kollha għall-festa li jmiss. Sentejn ilu hekk sar, imma minflok komplejna narmaw, il-pajjiż kollu daħal f’lockdown minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Fil-fatt l-antarjoli li konna lħaqna armajna damu żmien twil armati sakemm bdejna noħorġu mil-lockdown. Kienu sentejn diffiċli, għaliex kellna restrizzjonijiet kbar u meħtieġa. Minkejja dan, sar xogħol kbir li minnu ser tgawdi l-festa ta’ San Publju.
Rinnovazzjoni tal-istatwi tal-Papiet
Żewġ statwi verament antiki, waħda tal-Papa Ljun XIII u l-oħra talPapa Gregorju XVI, kienu merfugħa ġewwa l-kannierja għal xi snin. Fl-istat tagħhom kienu li jintremew, imma minn riċerka skoprejna li dawn huma xogħol talartist prolifiku Vincenzo Maria Cremona. Minn ritratti li akkwistajna nistgħu nikkonkludu li dawn l-istatwi għandhom iktar minn 120 sena. Waħda mill-istatwi hija nnumerata u ffirmata millartist stess bin-numru 62. Għalhekk iddeċidejna li jiġu rinnovati. Dan ix-xogħol daħal għalih l-artist Pawlu Borg Cardona, bil-kundizzjoni li l-membri tal-fergħa jgħinu fejn jistgħu. Dawn l-istatwi żżarmaw biċċa u biċċa u reġgħu nbnew mill-ġdid b'mod mill-aqwa mis-sur Borg Cardona, bl-istess materjali. Sar studju bl-għajnuna tal-Kan. David Torpiano biex l-ilbies u l-kuluri tal-Papiet ikunu korretti u jkunu jaqblu mal-ilbies tal-epoka.

Restawr tal-pedestalli
li hu propjetà tal-Parroċċa, jiġi rinnovat ukoll. B’kollox ġew rinnovati għaxar pedestalli u erba’ mensoli li ser jintramaw fi Pjazza San Publju. Dan ixxogħol li s’issa ħa sentejn, wassal biex kull biċċa armar tqaxxret miż-żebgħa, ġiet xkatlata, inbidel injam immermer u ngħatat l-ewwel passati ta’ primer u undercoat. Il-ħsieb huwa li l-injam kollu jiġi rħamat sett, sett.
Anġli ġodda
Saru wkoll l-ewwel par anġli ġodda bil-ħsieb li jintramaw fi Pjazza San Publju. Dawn l-anġli flimkien ma' żewġ puttini gew ikkummisjonati lill-artist Ramon Camilleri McKay. L-anġli flimkien mal-puttini, qed iżommu sett simboli relatati ma' San Publju u huma kollha magħmulin mill-istainless steel.
Pajpijiet għall-pavaljuni
Il-pavaljuni l-kbar kollha nbidlulhom il-pajpijiet. Dawn saru kollha tal-aluminium. Dan kien neċessarju kemm biex ikunu eħfef u aktar siguri u anki biex titnaqqas it-tbatija waqt l-armar. Ħadna wkoll l-okkażjoni biex id-drapp kollu jiġi organizzat sew fi kmamar li hemm fil-kannierja.
