
12 minute read
Mill-Arkivju Compagnoni Floriani Ta’ Macerata Paul P. Agius


Advertisement
fuq ras il-Madonna u l-Bambin, kif ukoll kullana u msielet antiki tad-deheb imżejnin bil-perli, tqiegħdu fil-Mużew tal-Kapuċċini fil-Furjana.39 Fl-imsemmi Mużew hemm esposta wkoll l-irħama li oriġinarjament kienet imwaħħla fuq in-naħa tallemin fil-Kappella tal-Madonna tal-Libertà u li fiha hemm imnaqqxa l-kliem li jirrakkonta l-ġrajja ta’ kif din l-ikona tal-Madonna waslet f’din il-knisja tal-Kapuċċini. Parti minn din l-irħama kienet tkissret fil-gwerra imma ġiet irrestawrata b’mod li fil-parti oriġinali, il-kliem hu mnaqqax b’ittri ta’ kulur sewdieni filwaqt li fil-parti l-ġdida l-ittri huma ta’ kulur ħamrani. 40
KONKLUŻJONI
Meta nqisu dak li Patri Pelaġju kiteb dwar il-miġja ta’ din l-ikona fil-knisja l-antika tal-Kapuċċini talFurjana rridu nistaqsu x’kien l-għajn letterarju li minnu dan il-patri Kapuċċin niseġ din ilġrajja. Huwa jsemmi l-irħama li fiha kien hemm imnaqqxa din il-ġrajja u bħala parti minn dan il-kliem kien hemm referenza għal dokument li jinsab fl-Arkivju tal-kunvent. Minbarra dan, jidher ċar li Patri Pelaġju kien qed isegwi ż-żewġ kwadri laterali li kien hemm imdendla fil-kappella l-antika u li kienu juru din il-ġrajja, inkluż ir-referenza għas-sitt xwieni li ġrew wara dak li fuqu kien hemm l-iskjavi Insara bix-xbieha tal-Madonna li ġabu minn Kostantinopli. Jista’ jkun li fir-rakkont ta’ din ilġrajja Patri Pelaġju kabbar xi ftit din il-ġrajja, speċjalment ir-riferenza li x-xini tal-iskjavi Nsara daħal jistkenn fil-bajja ta’ San Pawl, b’mod illi l-imsemmi Kapuċċin jagħmel xebh bejn din ilġrajja u n-nawfraġju ta’ San Pawl, ġrajja li kienet ħafna għal qalbu. L-iskrizzjoni li jikkwota Patri Pelaġju tgħid li l-ġifen li fuqu kien hemm l-iskjavi Nsara ġie ppersegwitat “għal ħafna jiem.” Patri Pelaġju iżda
kompla jikteb li din il-persekuzzjoni tkompliet sakemm il-ġifen daħal fil-bajja ta’ San Pawl, jiġifieri aktar minn 1,000 kilometru ’l bogħod minn Kostantinopli. Minbarra dan, Pelaġju joħloq xebh bejn ir-rakkont tan-nawfraġju ta’ San Pawl f’dan il-post ma’ din il-ġrajja li skontu spiċċat f’dan l-istess post li fl-ispejga ġeografika li jagħti jsemmi l-gżira ta’ Selmun u l-kanal li jifridha mill-art (madia, wett. maghdija, użata ħafna għall-fliegu ta’ bejn Malta u Għawdex). Id-dawra madwar Selmunett li jsemmi Patri Pelaġju hawnhekk ma tantx tagħmel sens anke meta nqisu li l-ewwel art mil-Lvant hija dik ta’ Marsaxlokk jew Marsascala, jew aħjar u iżjed żgur, il-porto ġenerali, u mhux il-bajja ta’ San Pawl! Filwaqt li ngħidu dan, huwa Dettall tal-panew tal-altar tal-Madonna tal-Grazzja hu l-ewwel wieħed li nafu li juri l-ġrajja ta’ kif din ix-xbieha waslet f’Malta. li kiteb dwar din il-ġrajja. Miegħu hemm ukoll ilkontemporanju tiegħu, il-Konti Ciantar li wisq probabbli kien qed jieħu l-informazzjoni minn Patri Pelaġju stess. P. Anġelo Mizzi li jagħti wkoll din il-ġrajja fil-pubblikazzjoni tiegħu tal-1937, jagħmel referenza għall-kitba manuskritta ta’ P. Gio. Luigi mill-Furjana, Kapuċċin, li jirrakkonta wkoll l-imsemmija ġrajja. Dan il-manuskritt iżda jidher li ntilef bil-Gwerra.41 Maż-żmien żdiedu aktar dettalji kif juru artikli reċenti li jittrattaw din il-ġrajja.42

39 Ara Francesca Balzan, Jewellery in Malta: Treasures from the Island of the Knights (1530-1798) (Malta: Fondazzjoni Patrimonju Malti, 2009), 5. 40 Ritratt tal-irħama oriġinali qabel ma din inkisret bil-Gwerra huwa ppubblikat f’Mizzi, L’Apostolato Maltese, 1: wara l-paġna 56. 41 Ara Mizzi, L’Apostolato Maltese, 1:94-95. 42 Ara Micahel Galea, “Ix-xbieha tal-Madonna tal-Libertà għand il-Kapuċċini, il-Furjana: Devozzjoni Marjana f’Malta u Għawdex – (4),” Leħen is-Sewwa, 5.11.1983:7.
PARROĊĊA SAN PUBLJU, IL-FURJANA 2022
Mill-Arkivju Compagnoni Floriani Ta’ Macerata
– Kitba ta’ Paul P. Agius
Il-Personaġġ li ta ismu lis-Subborg tagħna
Fis-26 ta’ April 1535, eżattament 487 sena ilu twieled ġewwa Maċerata l-Inġinier Pietro Paolo Floriani, wieħed mill-ħafna membri ta’ familji nobbli msemmija fl-Arkivju Compagnoni Floriani, li jinsab kustodit ġewwa Villamagna, Montanello - Macerata. Dan l-arkivju jkopri l-perjodu 10621770. Floriani kien personaġġ ta’ ħila kbira f’diversi oqsma, mhux biss dawk militari, imma ddistingwa ruħhu filkamp tax- xenografija u xenoteknika teatrali liema opri jixhdu kapaċità mekkanika u kreattività ġenjali.
Id-dokumenti katalogati f’dan l-arkivju, apparti li jikkonsistu f’numru ta’ pergameni prezzjużi jirreġistraw fid-dettall l-antenati tiegħu u nsibu fihom korrispondenza varja fir-rigward ta’ Pietro Paolo Floriani, disinji oriġinali, pjanti ta’ fortifikazzjonijiet, makkinarju, litigazzjonijiet u kawżi dwar wirt bejn familji u familjari ta’ żmienu, il-kontatti tiegħu ma’ Prinċpijiet, Kardinali, Papiet u Renjanti, il-kisbiet u ċertifikazzjoni tal-istudji tiegħu kif ukoll l-unuri mogħtija lilu. Mill-ideat u l-argumenti tal-Floriani, joħroġ ilkarattru vigoruż, u l-kapaċità ta’ ħassieb konvint u versatili, ittrasformati fi strutturi u opri f’diversi pajjiżi.

Meta jitqies li dan l-arkivju, f’dawn l-aħħar snin ġie rrestawrat u rrikonoxxut mill-Istat Taljan bħala Patrimonju Nazzjonali, bil-ġrajjiet storiċi, sitwazzjonijiet xejn sbieħ u kalamitajiet naturali li għaddew minn fuqu matul iż-żminijiet, jixhdu l-valur imprezzabbli ta’ dan it-teżor tant importanti.
L-Arkivju Storiku.
Dan l-arkivju privat (Archivio Compagnoni Floriani) li jinsab ġewwa Villamagna, fil-belt ta’ Macerata ġie ddikjarat bħala wieħed ta’ interess storiku u notevoli misSovrintendenza Archivista għar-Reġjun tal-Marche fit28.10.1964, għaldaqstant irregolat bid-D.P.R. 30.09.1965, n°1409. Huwa konservat u kustodit mill-istess dixxendenti diretti fid-dwejra fejn Pietro Paolo Floriani kien imur għallkaċċa. Din ġiet mibnija f’nofs isseklu ’500. Din l-istess dwejra ġiet skedata mil-lat storiku-arkitettoniku partikolarment importanti fl-20.12.2000, u mħarsa bħall-arkivjublistess dispożizzjo-nijiet imsemmija qabel.
F’dan l-Arkivju hemm irreġistrati l-kontijiet (fondi) tal-familji, fosthom dawk ta’ :Compagnoni Pompeo, Senior 1602-1675 Compagnoni Pompeo, Junior 1663-1774 Floriani, Pompeo 1545-1600 (missier Pietro Paolo) Floriani, Pietro Paolo 1585-1638 – L-inġinier militari fis-servizz ta’ Spajna, tal-Imperu, u talPapa, awtur tal-fortifikazzjonijiet ta’ Malta, imsemmija ‘Is-Swar tal-Floriana”. Iktar minn hekk huwa kien l-awtur ta’ diversi opri kif spjegati f’paġni oħrajn.
Fiex jikkonsisti l-Arkivju ?
Fl-Arkivju hemm bħalissa 69 parċmina miktubin bejn l-1062 u l-1770 fuq karta ta’ preġju kbir, bosta ittri lill-personaġġi tal-familji Aldobrandini, Barberini, Gonzaga u oħrajn. Hemm fih dokumenti dwar l-avvenimenti militari fis-Seklu XVI-XVII,

it-trattati dwar il-fortifikazzjonijiet Musulmani flAlġerija u ta’ Tuneż kif ukoll proġetti militari flAlġerija, manuskritti oriġinali fuq proġetti, bħal ‘Id-Difiża u l-Offiża tal-ispazji/fortifikazzjonijiet’ li nbdiet minn Pompeo Floriani u tkompliet minn ibnu Pietro Paolo, kopji ta’ ittri indirizzati lisSovrani tul diversi snin, mapep u disinji, kif ukoll inventarju tal-fondi ta’ Pompeo, ibnu Pietro Paolo, oħtu Angelina u oħrajn. Dawn jiddokumentaw l-istorja tal-lokalità ta’ Macerata bejn l-1501 u l-1636. Fl-arkivju hemm kompilati tliet Inventarji datati 1812, 1972 u 2015 rispettivament.
Huwa b’miraklu li dan l-arkivju wasal sażżminijiet preżenti għaliex mhux biss ma ntmessx matul l-invażjoni ta’ Napuljun li għamel ħerba fiżżona ta’ Macerata, imma ma ntmessx fl-attakki tażżewġ gwerer dinjija. Iktar minn hekk dawk qrabatu li kienu joqogħdu f’din id-dar wara Floriani, kienu ġieli jduru għal dawn il-karti/dokumenti u jqabbduhom biex isaħħnu d-dar kull meta jkun hemm skarsezza ta’ ħatab. Ta’ min iżid hawn, li l-knisja ta’ Santa Croce ġewwa Macerata fejn kien midfun ukoll Pompeo missier l-istess Pietro Floriani, ma kellhiex l-istess xorti għaliex inqerdet bil-fdalijiet tagħhom b’kollox lejn l-aħħar tal-1700. Fortunatament, kien f’waqtu l-intervent talKonti Eros Alberto Compagnoni Floriani, li appena rritorna lura l-Italja mill-Arġentina, b’tant dedikazzjoni u galbu beda l-proċess biex jorganizza l-arkivju f’ċertu ordni, li wara għamilha possibbli li jiġi kkatalogat. It-terremoti li dawn l-aħħar snin heżżu lir-Reġjun tal-Marche wkoll ħallew il-marki tagħhom, għaliex l-istruttura fejn kien jinżamm l-arkivju, sofriet ħsarat serji, tant li kellhom jitneħħew iddokumenti kollha u jitqiegħdu f’post iktar sigur sakemm jitlestew it-tiswijiet neċessarji li qed isiru.
Il-ġeneoloġija tal-familji Compagnoni Floriani fl-Arkivju.
L-eqdem dokumenti li jinsabu fl-arkivju jirreġistraw l-informazzjoni dwar l-oriġini talfamilji Compagnoni Floriani, liema dokumenti jmorru lura għal mijiet ta’ snin u jirrekordjaw ittwelid, iż-żwiġijiet, l-imwiet, l-impenji uffiċjali, l-unuri, in-nobbiltà u r-rikonoxximent millKardinali, Papiet, Nobbiltà, u Renjanti ta’ dawk iżżminijiet u sitwazzjonijiet ta’ bejn il-membri talfamilji rispettivi. Dawn imorru lura għal diversi sekli u jibdew mis-sena 890 u jaslu sa xi snin wara l-1500. Huwa nnutat li minkejja l-ħafna żwiġijiet li saru matul dawn is-sekli kienu ħafna dawk ilkoppji li baqgħu mingħajr dixxendenti, għax kif kien meħtieġ jew jaqbel li jsir, l-ulied kienu jiddedikaw ruħhom għall-ħajja reliġjuża u inkarigu ekkleżjali jew jidħlu bħala gwerrieri f’armati organizzati biex jiddefendu arthom jew il-propjetà tagħhom. Konsegwenza ta’ dan huma kienu jħallsu b’ħajjithom, jibqgħu mingħajr eredi u hemm tintemm il-familja bil-kunjom rispettivi tagħhom. Mid-diversi friegħi ta’ żwiġijiet ta’ dawn il-familji bis-suddiviżjonijiet kollha tagħhom u bejniethom li nibtu matul iż-żminijiet baqgħu biss dawn iż-żewġ familji b’dik tal-kunjom Compagnoni Floriani tibqa’ teżisti u tiġġenera saż-żmien preżenti.
Minn Pompeo għal Pietro Paolo Floriani.
Għall- finijiet ta’ dan l-artiklu se nillimita t-tagħrif dwar dak li ġbart rigward Pietro Paolo Floriani, mill-ġenerazzjoni li bdiet mill-ġenituri tiegħu, jiġfieri dak patern Pompeo (1545 – 1600) u dak matern Claudia Rotelli. Huma kellhom żewġ ulied, tifla u tifel waħda msemmija Angela u t-tifel jismu Pietro Paolo. Pietro Paolo kien aktarx imsemmi għal xi antenati tiegħu, li kienu jġibu l-istess isem, fosthom zijuh matern li ħallieh eredi ta’ kull ma kellu, inkluż in-nobbiltà u unuri oħrajn. Pietro Paolo Floriani (1585 – 1638) twieled Macerata fis-26 ta’ April 1585. Fl-età ta’ 21 sena huwa żżewweġ lil Maria Fedeli, li mietet fl-1608 waqt it-twelid tat-tarbija tagħhom li ssemmiet Camilla. Mingħajr omm u minħabba l-ivvjaġġar ta’ missierha din it-tifla trabbiet f’Kunvent tas-Sorijiet, il-Pio Istituto Misericordioso di Santa Chiara, ġewwa Macerata. Camilla Floriani
Meta kibret u tgħallmet taqra Camilla kienet ta’ spiss tirċievi ittri mingħand missierha li kien jirrakkuntalha fil-kitba tiegħu, fuqu nnifsu sabiex hija ssir tafu. Huwa kien iżomm dan il-kuntatt magħha għax ma kienx possibbli għalih li jiltaqa’ magħha ta’ spiss għax kien ikun ‘il bogħod minn Macerata, impenjat fuq proġetti fid-diversi bliet flItalja kif ukoll barra minn pajjiżu. F’dawn l-ittri kien jirreferi dwar is-sitwazzjonijiet intimi talfamilja tagħhom, il-wirt u l-propjetà li kellhom, litigazzjonijiet u l-fondi tagħhom. Raġuni
ewlenija oħra kienet minħabba l-fama li kien igawdi bbażata fuq il-kapaċitajiet tiegħu, u għaliex wiret is-sengħa tiegħu mingħand missieru. Xi drabi kien irid ukoll ikompli l-proġetti li kien beda missieru, għaliex huma t-tnejn kienu mfittxija mill-ogħla awtoritajiet u nies potenti, għaldaqstant ried jaqdi dan l-impenn bħala dmir u dover. Biex insemmu ftit minn dawn l-impenji hemm dawk mir-Re Filippo ta’ Spanja, mill-Papa Urbanu VIII, mill-Kardinal Fabio Chigi (Inkwiżitur ta’ Malta) u li wara sar il-Papa Alessandro VII. Permezz ta’ dawn l-ittri, dokumenti u pjanti dettaljati u arkivjati, illum nistgħu napprezzaw iktar dan il-personaġġ. Dawn id-dokumenti għaddew fl-arkivju minħabba d-dettalji intimi u ta’ natura familjari tal-kontenut tagħhom.
Fuq il-ġenerazzjoni ta’ warajh. Xogħlijiet ta’ PP Floriani.
Fuq il-fortifikazzjonijiet li jdawru l-Floriana, inkiteb ħafna, iżda dawn huma biss uħud mixxogħlijiet li Pietro Paolo ddisinja u kif nafu wkoll iddefenda b’argumenti t-teżi u l-pjanti tiegħu quddiem il-Mexxejja tal-Ordni talKavallieri ta’ San Ġwann. Imma t-talent u kapaċitajiet tiegħu kienu ħafna ogħla u iżjed minn hekk.
Mill-ġenerazzjonijiet li segwew dik ta’ Pietro Paolo Floriani, seħħ iż-żwieġ bejn Giulia u Sigismondo Compagnucci (t.1867), Kavallier tal-Kuruna Taljana. Minn dan iż-żwieġ twieldu żewġ ulied, Eros Compagnoni Floriani (t. 29.09. 1906) u Carlo (t.14.03.1908). Filwaqt li dan tal-aħħar ġie ddikjarat mitluf ir-Russja, Eros kien ġie rrikonoxxut b’digriet (d. 10.11.1937) tal-Qorti Rjali ta’ Ancona li bi dritt jassumi wkoll il-kunjom matern Compagnoni Floriani. Dan joħroġ minn digriet tal-Imperatur Ferdinandu II, li fil-21 ta’ Ottubru 1622 minn Vienna, fejn ikkonċeda b’Diploma oriġinali li tinsab fl-Arkivju Compagnoni Floriani, li t-titolu ta’ Konti jiġi estiż lid-dixxendenti tiegħu kif ukoll li jintirtu u applikabbli għaż-żewġ sessi. Miż-żwieġ bejn Eros Alberto u Valeria Giacomini twieldet Carla, li mhux biss wirtet it-titolu ta’ Kontessa msemmija qabel imma hija wkoll ilKustodja flimkien mal-familja tagħha, tal-arkivju li tiegħu huma wkoll il-Proprjetarji. Il-Kontessa Carla hija omm ta’ żewġ ulied li flimkien iħarsu dan it-teżor u jżommu l-Arkivju b’għożża kbira. Lill- Kontessa aħna nikkonsidrawha bħala l-parrina talFloriana, filwaqt li hi tqis lilna l-Furjaniżi bħala l-ħbieb tal-qalb, anzi estensjoni tal-familja tagħha.
Disinji, ittri u studji minn u lejn Malta.
F’dak li jirrigwarda lil Pietro Paolo Floriani flarkivju jeżistu xejn inqas minn 16-il dokument relatati ma’ Malta, bejn disinji u ittri li naturalment jittrattaw il-fortifikazzjonijiet li jġibu ismu. Dawn inkitbu minn Malta bejn il-25 ta’ Diċembru 1635 u nofs is-Seklu XVI, lill-Gran Mastru tal-Ordni ta’ Malta Paolo Lascaris Castellar, lill-Papa, lill-assistent tiegħu Francesco Buonamici, u lil qrabatu. Sabiex jesegwixxi l-proġett tas-swar, Floriani għamel studju estensiv dwar il-ħbit mitTorok waqt l-Assedju l-Kbir tal-1565.
Floriani bħala Xeneġġjatur u Tekniku taż-żmien
Barokk.


Dettall minn disinji tas-swar riprodotti bil-kortesija tal-Kontessa Carla Compagnoni Floriani Il-Professur Giuseppe Adami, espert fil-qasam teatrali taż-żmien Barokk, fil-pubblikazzjonijiet u r-riċerka tiegħu rnexxielu jiddokumenta l-ħiliet u l-proġetti li ħalla warajh il-
Floriani. Fiż-żewġ kotba intitolati :-
‘Scenografia e Scenotecnica Barocca – tra Ferrara e Parma (1625 – 1631)’ stampat fl-2003 u l-ieħor ‘Pietro
Paolo Floriani tra Spalti e Scene’, stampat fl-2006 il-Professur Adami, wera permezz tal-istudju tiegħu r-rikezza tal-kultura storika li hemm fl-arkivju, lill-istudjużi u riċerkaturi ta’ dan il-perijodu

Floriani - Vitikulturist prim
Mill-arkivju jirriżulta li l-artijiet tiegħu f’Montanello kienu dawk ideali biex jitkabbru dwieli tal-aqwa kwalità. F’ittra partikolari Floriani jirrakkomanda u jispjega fid-dettall kif dawn iż-żraġen kellhom jinżergħu bħal dawk tan‘nord Italia’, jiġifieri kemm għandha tinżamm iddistanza tagħhom minn xulxin u fejn jieħdu l-aktar xemx. Iktar minn hekk huwa kien jagħti bilkitba struzzjonijijiet u jibgħat riċetti kif l-għeneb l-aħjar li jingħasar, is-sistema kif jiġi pproċessat u ffiltrat b’lenbut speċjali għal-likwori, għallgastronomija, bħall-inbid ‘alla ferrarese, alla bolognese, a sacco, la lacrima di vino bianco e rosso’. Dan kien jagħmlu kull meta kien ikun fuq impenji ’l bogħod minn Montanello, Macerata. F’dan il-paragrafu jidher f’qies imċekken ‘Bandu’ mill-Kardinal Ġustinjanu li jiddigrieta l-prezz talinbid, li kien ikabbar u jipproduċi l-Floriani. Floriani – Disinjatur b’dettalji fini.
Riprodotti bil-kortesija tal-Professur Giuseppe Adami (Il-qies oriġinali tal-kotba huwa 24cm x 29cm
B’dan l-istudju tiegħu, il-Professur Adami għamel isem għalih innifsu bħala awtur akkademiku u flistess waqt għolla l-livell tal-fama tal-Floriani f’diversi oqsma fosthom dak fil-kamp teatrali. Kienu dawn il-kwalitajiet li ddistingwew lil Pietro Paolo minn oħrajn ta’ żminijietu, għaliex esponew l-attributi u l-ħila ta’ bniedem li f’dan is-settur teatrali ddisinja makkinarju, vestwarju għall-atturi, armi u armar, ħoloq xenarji dinamiċi li f’kelma waħda jistħoqqlu t-titolu ta’ bniedem ġenju. Dan iktar u iktar meta nsiru nafu fuq kull ħaġa li Floriani kien imidd idejh għaliha.
Il-Floriani kien ħassieb, metikoluż u versatili anki f’diversi snajja’, għax apparti li kien gwerrier u avventurier, kien isib il-ħin biex jesperimenta u jagħmel l-annotazzjonijiet fid-djarji tiegħu li seklu wara l-ieħor malli tarahom isaħħruk. Wieħed mid-dokumenti mill-iktar interessanti u sbieħ li nstabu kien djarju li fih Floriani kien iħażżeż disinji ta’ fjuri u pjanti li huwa kien japplika fl-istudji tiegħu tal-arkitettura bħal filfrenża, u dekorazzjonijiet oħra. Fl-istess djarju hemm deskritti diversi riċetti għal taħlit ta’ kuluri u materjal ieħor għax-xeneġġjatura: p.e. l-mod kif isir l-istann biex jidher bħala fidda, kif iċ-ċomb jinħall, u kulur li jirrifletti l-baħar. Pietro Paolo stess kien joħloq il-kuluri,il-linka u saħansitra l-kuluri għaż-żebgħa tax-xagħar u l-lostru għaż-żraben speċjalment dawk tat-tromba.
Żewġ DVDs fuq Floriani
Il-qies oriġinali tal-Bandu huwa ta’ 35cm x 43cm Għalkemm mhux direttament relatati mal-arkivju, minn dak li nstab iddokumentat kien possibbli li tiġi rintraċċjata u rrekordjata, bin-narrattiva apposta għalihom żewġ DVDs, biex illum li nistgħu narawhom għadhom joħolqu ġewwa fina emozzjoni u
