3 minute read

Qassis Furjaniż

etimologiche lo legavano a populus e a publicus. Oggi pero’ i linguisti non solo tengono separate populus e publicus, ma ritengono che il prenome Publius non abbia con dette voci che una somiglianza del tutto esteriore. Per populus, voce isolata nelle lingue del gruppo italico (l’umbro ha puplum, poplom), e’ molto probabile un’origine etrusca (Pepluna era il nome etrusco di Populonia). Anche per Publius e‘ probabile un’origine etrusca, dal nome di persona Pupli. Quanto poi a una connessione fra il personale etrusco Pupli e la base etrusca di populus, e’ un problema che, al pari del significato originario delle voci, non siamo ancora in grado di risolvere.”

Ir-rabta Maltija mal-kelma Publius

Advertisement

In-nisel tal-isem Publius hu marbut mal-Grieg qadim, Poplios, u mal-Latin Publius. Stħarriġ tażżewġ kelmiet jindika minnufih li ż-żewġ kelmiet għandhom diġa` l-varjazzjoni li l-Maltin jużaw fit-taħdit, u allura anki fil-kitba, bħala esperjenza lokali, Maltija. Poplios fiha l-konsonanti, li tagħlaq l-ewwel sillaba tal-kelma, waqt li l-kelma Publius tagħlaq l-ewwel sillaba tagħha bil-konsonanti b. Il-Maltin, bħala kelliema u anki bħala ħallieqa tal-lingwa Maltija, jirrikonoxxu huma wkoll iddifferenza, l-għażla li hemm bejn Puplju u Publju.

Dan huwa eżempju tal-użu tal-konsonanti xebbihin b u p, bħalma huma, fost l-oħrajn, il-konsonanti k u g. Bħala eżempju komuni tista’ tissemma l-kelma Taljana pallone li l-Maltin biddluha konsistentement f’ballun. Fil-Malti hemm lista ta’ konsonanti li jixxiebhu; huma mqassmin f’rotob (mniffsin) u f’qawwija (mleħħnin): ċ – ġ, f –v, k – g, p – b, s –ż, t – d, z – z, x– x. Dawn huma eżempji li jkomplu juru s-sens li hemm fir-relazzjoni bejn il-konsonanti b u l-konsonanti p fil-kuntest Malti ta’ din ilkelma: patutu – batut, petodo – bdot, piccia – biċċa, picciuni – beċċun, pendolare – bandal.

Fit-traduzzjoni tiegħu tal-Bibbja Pietru Pawl Saydon (1895-1971) mhux biss jippreferi l-konsonanti b u jikteb Publiju, iżda wkoll iżid il-vokali i bejn l u j: Publiju. B’hekk huwa jirrikonoxxi l-aċċent sdruċċjolu tal-kelma; l-aċċent jaqa’ fuq l-ewwel vokali tal-kelma (u), u warajha hemm żewġ vokali (i u u) mhux-aċċentati. Kif juru fit-tieni edizzjoni ta’ Il-Bibbja (1996), ittradutturi tal-Għaqda Biblika Maltija, min-naħa l-oħra, jeliminaw it-tieni vokali i, biex b’hekk il-kelma ma tibqax sdruċċjola u ssir pjana (sillaba-bla-aċċent waħda biss sa tmiem il-kelma wara l-vokali aċċentata: pub–lju).

Ir-raġuni hi li l-Malti qadim tradizzjonali, ilMalti Semitiku jew ‘safi’, jippreferi l-aċċent pjan u mhux l-aċċent sdruċċjolu. Għalhekk il-kelma Publju hi l-kelma Maltija proprja.

L-għażla hi bejn Publiju u Publju, jiġifieri bejn kelma sdruċċola (kelma b’aċċent segwit minn żewġ sillabi mhux-aċċentati: ‘ - -) u kelma pjana (kelma b’aċċent segwit minn sillaba mhuxaċċentata waħda: ‘ -). Huwa ċ-ċaqliq ta’ aċċent li jagħti ħjiel ta’ varjazzjoni bejn kultura u oħra fi ħdan kundizzjoni naturali u kulturali li tixxiebah ħafna, għaliex hi r-ruħ ta’ reġjun wieħed, il-Mediterran, li huwa Latin daqskemm huwa Afrikan. Din ir-realta` ġeografika hija riflessa fil-karattru interkontinentali (Semitiku-Latin) tal-lingwa Maltija.

Publius fit-tixrid tal-varjanti popolari

Mikiel Anton Vassalli (1764-1829), awtur bikri importanti ħafna fl-istorja tal-Malti miktub, jagħżel il-kelma Publju fil-Quatuor Evangelia, et Actus Apostolorum, Londra, 1829, paġna 278, waqt li Saydon (L-Atti tal-Appostli maqlub millGrieg, The Empire Press, 1955) jagħżel kemm Publju u kemm Publiju. Fil-qasam letterarju l-isem Publju huwa forma rikonoxxuta dejjem, fost l-oħrajn mill-Comm. Antonio Agius, l-awtur ta’ S. Publju Martri l-Ewwel Isqof ta’

Malta (1978). L-isem hu magħżul anki minn Dun Karm innifsu, fost l-oħrajn fil-poeżija ‘IlX ta’ Frar’ tal-1927. Għal Dun Karm hemm konnessjoni bejn il-forma Maltija tal-isem, Publju, u t-twemmin li Publju huwa Malti:

Tefgħet ġewwa l-qalb ta’ Publju L-ewwel wieħed mill-Maltin.

Minbarra din il-lealta` lejn il-forma tradizzjonali, awtur bħal Temi Zammit ippreżenta l-kelma f’xejriet popolari tat-taħdit, jiġifieri ta’ forma li titgħawweġ għal xi skop jew ieħor, bħalma huma r-rabja, l-ironija jew iż-żufjett. Forsi hekk għamel Temi Zammit fin-novella ‘Ir-Rebħa ta’ Pupull’, imxandra f’’Il-Malti’, II, 7, Ġunju 1931, paġni 69-71. Din in-novella xterdet ħafna fost l-istudenti u l-familji tagħhom, anki għaliex E. B. Vella inkludieha fit-tielet ktieb tal-antoloġiji tiegħu għall-iskejjel Ġabra ta’ Ward (Oxford University Press, III, 1935, paġni 63-68).

Kemm Pupull u kemm Pullu huma eżempji ta’ kif f’livelli differenti l-istess isem jassumi karattru soċjali u kulturali differenti. Bejn Pullu u Pupull hemm id-distanza ritmika ta’ bejn trokew (Pullu, kelma bl-aċċent fuq l-ewwel sillaba: ‘-) u ġjambu (Pupull, kelma bl-aċċent fuq it-tieni sillaba: -‘). Hekk ukoll hi mimlija tifsir id-differenza bejn il-forom storiċi tal-istess isem, Publiju u Publju. Kollox jindika li l-forma Maltija hi l-eqreb lejn l-espressjoni tal-poplu kolt, jiġifieri ta’ poplu li jagħraf minn fejn ġiet il-kelma u x’sura għandu jagħtiha biex issa ssir kreatura tiegħu wkoll. Il-kelma Publju hija r-riżultat ta’ proċess li biddel aċċent sdruċċjolu f’aċċent pjan. Tirrakkonta storja li hija wisq iżjed minn storja ta’ isem biss.

This article is from: