Ktieb Festa San Publju 2022

Page 62

li kien hemm qabel ta’ San Anard Abbati jiddendel filkappella l-ġdida. L-ewwel ġebla ta’ din il-kappella tqiegħdet nhar il-Ħadd 26 ta’ Lulju 1850 mill-Kanonku Teologu Dun Tumas Pace li dak iż-żmien kien ProVigarju f’Għawdex. Ilknisja tlestiet sentejn wara u ġiet imbierka fl-10 t’Ottubru 1852 mill-Arċipriet talGħarb, Dun Salv Mizzi bħala Delegat ta’ Mons Isqof Publiju Dei Conti Sant. Il-kwadru antik ta’ San Anard baqa’ ma ddendel qatt. B’digriet tal-Isqof Sant tat-23 ta’ Settembru 1852, il-festa ta’ San Publiju ġiet mgħollija għat-tieni klassi u l-ġurnata tal-festa nbidlet mill-21 ta’ Jannar għat-tieni Ħadd wara l-Għid. Il-fundatur tal-kappella ta’ San Publiju, Dun Ġużepp Cassar miet fl-1866 u xtaq jindifen fil-kappella. Dan ma seħħx u ndifen fil-qabar numru 32 fil-Knisja Parrokkjali tal-Għarb. Ħalla legat ta’ tmien xelini biex isirlu anniversarju kantat. Dan baqa’ jsir sal-1940 mill-Kanoniċi tal-Kolleġġjata tal-Għarb fit-13 ta’ Diċembru ta’ kull sena. Meta miet Dun Ġużepp, il-prokuratur tal-kappella sar il-Kanonku Dun Mikiel Anġ Mizzi li dam sat-3 t’Ottubru 1869. Għal xi żmien il-prokuratur tagħha kien L-Arċipriet Franġisku Saverju Debrincat u wara ġiet f’idejn Dun Franġisk Mercieca. Dun Franġisk kien Viċi Parroku fl-Għarb u miet fil-15 ta’ Novembru 1891 fl-eta` ta’ 78 sena. Wara li saret il-quddiesa funebri fil-knisja Viċendarja tal-Għasri hu ġie milqugħ mill-Kapitlu tal-Għarb fil-konfini tarraħal u ttieħed fil-kappella ta’ San Publiju fejn ġie midfun. Warajh jidher li r-responsabbilta` tagħha waqgħet f’idejn il-prokuraturi u r-retturi talkappella u iktar tard Santwarju u Bażilika ta’ Pinu. Fil-festa titulari tal-qaddis li saret fid-19 t’April 1896 bil-permess tal-Isqof t’Għawdex Giovanni Maria Camilleri nżamm għallewwel darba Gesu` Sagramentat fit-Tabernaklu u l-festa għalqet fil-Barka Sagramentali. Meta l-Monsinjur Onorarju Dun Ġużepp Portelli kien ir-rettur tagħha ħa ħsieb li jagħmel il-paviment tal-mużajk u xtara sett gandlieri tal-festa bis-salib b’kollox. Fl-1928 ġab ukoll 62

PA R RO ĊĊ A S A N PU BLJ U, I L -F U R J A N A 2 0 22

relikwarju ċkejken. Fl-1937 l-altar waħdieni talknisja sar tal-irħam mid-ditta Ġużeppi Buhagiar u tpoġġa f’postu minn Vinċenzo Buhagiar. Sewa 67 lira sterina u 12-il xelin u tħallas minn Publiju Cini li kien joqgħod fl-inħawi. Fl-istess sena tkabbret is-sagristija bi ftit piedi fuq art mogħtija minn Salvu Mercieca "Ta’ Kunċetta” li kien joqgħod fid-dar ta’ maġenb ilkappella. Meta Monsijur Portelli miet fis-7 ta’ Marzu 1949, beda jieħu ħsieb il-kappella Dun Pawl Formosa li dam sal-1957. Fl-1955 saret l-induratura tal-gwarniċ tal-ventaltar mis-sur William Attard mir-Rabat Malta. Fi żmien Dun Pawl sar ukoll iz-zokklu tal-mużajk mal-knisja kollha. Wara Dun Pawl, sar rettur Dun Lawrenz Portelli li spiċċa fl-20 ta’ Novembru 1967. Fit-12 ta’ Novembru 1956, l-għada li ġiet inkurunata l-Madonna ta’ Fatima fil-Kolleġġjata tal-Għarb minn Mons Isqof Ġużeppi Pace, ittieħdet b’korteo bix-xemgħat jixegħlu lejn il-Kappella ta’ San Publiju fejn baqgħet sat-18 ta’ Novembru. Fl-1957 għall- prezz ta’ sebgħin lira sterlina nxtraw pjaneta, dalmatika, tuniċella u sopraleġġju lkoll irrakkmati b’ħarir aħmar biex jintużaw fil-quddiesa kantata tal-festa. Flistess sena saret Via Sagra ġdida maħduma milliskultur Għawdxi Wistin Camilleri u mbierka mill-Isqof Ġużeppi Pace nhar Ħadd il-Għid, 24 t’April 1960. Din swiet tmienja u għoxrin lira, seba` xelini u sitt soldi u l-brazzi ta’ quddiem ix-xbihat tal-Via Sagra swew tmien liri sterlini. Fis-sena 1960, fil-Festi Ċentinarji mill-miġja ta’ San Pawl f’Malta u ċ-ċelebrazzjonijiet talħatra u l-konsagrazzjoni episkopali ta’ San Publiju Martri f’din il-kappella kienu saru festi speċjali bi tridu ta’ prietki mill-Kappillan tal-Għasri ta’ dak iż-żmien, Dun Karm Vella. Fil-festa tal-qaddis Publiju tas-sena 1967


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.