Il-pavaljuni llum jinsabu kollha mdendlin minflok mitwijin. Liedna u kuruni ġodda Inħadmu mijiet ta’ metri ta’ liedna ġdida kif ukoll kuruni ħomor li jintramaw magħha. Din il-liedna ser tintuża fi Triq San Tumas, filwaqt li l-kuruni ser jintramaw fin-nofs tal-pendent ta’ Triq il-Miratur. Xogħlijiet oħra Tranġaw numru ta’ brazzi biex jerġgħu jinbdew jintramaw, kif ukoll inxtraw bozoz għalihom. Ġew rinnovati l-anġli ta’ Triq Konservatorju kollha u sar anġlu ġdid. Għal dan l-anġlu sar ukoll il-pedestall ġdid. Saru sopraporti ġodda għallbandalori ta’ Triq San Tumas, u labardi dekorattivi għall-arbli tal-faċċata. L-Ark Trijonfali Proġett mill-ikbar huwa bla dubju l-bini mill-ġdid tal-Ark. Saret iktar diffiċli minħabba l-pandemija, imma għall-grazzja t’Alla x-xogħol miexi kif ippjanat. Sakemm qed jinkiteb dan ir-rapport ixxogħol fuq l-injam wasal sa taħt iċ-ċinta tal-Ark, imma mhux biss, bħalissa għaddej ukoll xogħol minn diversi professjonisti u artisti fosthom draughtsman, mastrudaxxi, ħaddieda, skultur, disinjatur tal-iskultura u perit. Diffikulta` oħra kif isiru laqgħat ta’ loġistika ma` dawn in-nies, filwaqt li ma jistgħux niltaqgħu minħabba l-pandemija. Saru laqgħat online, kif ukoll b’telefonati. Fuq ordni tal-Arċipriet u anke konformi mar-regolamenti tas-saħħa, ħadd ma seta` jmur għand il-mastrudaxxi għalxejn inkluż il-membri tal-Fergħa. Dan biex nipproteġu kemm jista’ jkun lill-mastrudaxxi millpandemija. L-ammont ta’ drabi li kellna naraw ix-xogħol isir b’għajnena huwa ftit. Tajjeb li nsemmu li dan kollu kien u għadu possibbli li jsir bl-għajnuna tal-Kunsill għallKultura fi ħdan il-Ministeru tal-Kultura, kif ukoll tal-Fond għall-Kawżi Soċjali.
MEPA), bl-skop li fiha jsir lift. Dan il-lift qiegħed jinħadem ukoll. Dan ser iservi biex fil-kannierja l-armar jinżel b’iktar kumdita` u jsirlu inqas ħsara. Għalhekk, inħass il-bżonn li titnaddaf il-kannierja. Nistmaw li mill-kannierja ħriġna madwar tlieta u għoxrin tunnellata ta’ terrapien u skart ieħor. Illum, il-kannierja tista’ tintuża kollha kemm hi bħala maħżen tal-Festa. Saret ukoll sistema ġdida elettrika biex tlaħħaq mad-domanda li issa żdiedet sew fil-kannierja. Nirringrazzjaw lillħaddiema tal-Cleansing Department li jaqa’ taħt is-Segretarjat Parlamentari għall-Indafa Pubblika u Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Ministeru għallAmbjent li offrew assistenza bl-inġenji tagħhom u bir-riżorsi umani biex dan ix-xogħol ikun jista' jsir. Attivitajiet Dan ix-xogħol kollu ma setax jsir mingħajr finanzi. Għalhekk, saru ħafna attivitajiet. Diversi drabi saret il-car wash u saru diversi ikliet. Ilmembri tal-Fergħa ħadu ħsieb li jinbiegħu pavaljuni, flokkijiet, raffles u merchandising ieħor biex il-qligħ imur kollu b'risq il-festa u l-ħidma tal-Fergħa.
Tindif u l-lift fil-Kannierja Saret ukoll bokka ta’ daqs kbir fiz-zuntier tan-naħa ta’ Balzunetta (bil-permessi talPA R RO ĊĊ A S A N PU BLJ U, I L -F U R J A N A 2 0 22
59