PA R RO Ċ Ċ A S A N P U BLJ U, I L -F U R J A N A 2 0 2 2
Esperjenza Fil-Filippini – Kitba ta’ PATRI PAWL BUGEJA OFM CAP
L-esperjenza tiegħi fil-Filippini f ’Novembru tal-2019, kienet esperjenza mżewqa b’għadd ta’ ġrajjiet sbieħ fejn stajt nara kemm is-sbuħija ta’ dan il-pajjiz kif ukoll certi realtajiet ta’ bnedmin li qed ibatu minħabba ħafna raġunijiet.
D Maltin, in-nies. fihom Huma
in iż-żjara ħaditni fis-slums ta’ Antipolo fejn jgħixu għexiren ta’ familji foqra. Hemm, grazzi għal tant benefatturi stajna nqassmu 200 xirja ta’ ikel lil dawn Nies li minħabba s-sitwazzjonijiet li jinsabu huma neqsin sew mill-meħtieġ tal-ħajja. jgħinu lil xulxin mill-ftit li jiksbu mix-
xogħol li jistgħu jwettqu biex hekk il-ħajja tkompli. In-nuqqas ta’ edukazzjoni akkademika hija fattur ieħor li jzzommhom lura. L-iskola hija b’xejn filprimarja izda ovvjament irid ikollhom l-uniformi, il-kotba,pitazzi ecc. u flus għal dawn ma jkollhomx għax il-ftit li jaqilgħu juzawh biex jixtru ftit ikel. Għamilt żjara wkoll lill-Patrijiet tal-MSSP li jinsabu f’Manila fejn għandhom id-dar talformazzjoni, fejn hemm l-istudenti jistudjaw it-Teoloġija. Iltqajt ukoll ma’ Patri Joe Cremona MSSP f’Bataan, fejn hu Kappillan tal-parroċċa ddedikata lil Santa Katerina ta’ Lixandra. Hemm stajt nara realta` oħra ta’ dan il-pajjiz. Hemm ukoll iltqajt ma’ Suor Celina Cini tal-Kongregazzjoni tal-Franġiskani Maltin ,li jieħdu
ħsieb skola kbira u għandhom dar ta’ formazzjoni. F’Bataan in-nies huma aktar marbuta mal-biedja, tant li hemm ħafna għelieqi tar-ross. Fr. Joe ukoll waqqaf Orkestra sħiħa li saret magħrufa sew fil-Filippini , minn tfal tal-Parrocca stess li jħallsilhom biex jistudjaw xi strument tal-muzika. Meta mort inzuru kienet il-festa tal-Parroċċa, fejn ikkonċelebrajt fil-Quddiesa tal-Festa filgħodu mal-Isqof tal-post. Wara l-quddiesa ġie ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija, fejn gew mgħammda ħamsin persuna, minn trabi sa adulti. Ħafna nies hemm ikollhom iħabbtu wiċċhom mhux biss mal-faqar izda wkoll ma’ diżatri naturali ta’ spiss, iżda minkejja dan, jekk innatura tisirqilhom dak kollu li għandhom, ħaga waħda ma jirnexxilhiex tisirqilhom, iddeterminazzjoni li jkomplu jħarsu 'l quddiem mill-ġdid u t-tbissima kontinwa li għandhom!! Qabel ma ġejt lura Malta, in-nies li jgħixu fis-slums ta’ Antipolo wara li mort nikkonċelebra quddiesa fil-kappella fqajra tagħhom, ġew fuqi u talbuni jekk hux possibbli li ngħinhom jirranġaw il-Kappella li fiha huma jinġabru jitolbu u jiċċelebraw il-quddiesa. Din il-Kappella la għandha faċċata u lanqas ilħitan tal-ġnub. Is-saqaf tal-pjanci u parti minnu mgħotti b’biċċa kanvas imqatta`, u kollox izomm fuq pilastri tal-konkos u njam. L-altar huwa magħmul minn zokk ta’ sigra u l-wiċċ biċċa njama. Jiena għedtilhom li se nipprova nara kif ngħinhom. Għalhekk jekk ikun hawn xi ħadd li jixtieq jagħti xi offerta għal dan il-għan jista’ jsib lili Patri Pawl Bugeja fil-Kunvent tal-Kapuċċini l-Floriana jew icempilli fuq 99966386. Nawgura l-Festa t-tajba lilkom Parruċċani Furjaniżi, u nitolbu lill-Qaddis Patrun tagħna San Publju jħarisna u jqawwina fil-fidi Nisranija. PA R RO ĊĊ A S A N PU BLJ U, I L -F U R J A N A 2 0 22
43