ammirazzjoni kemm dan il-personaġġ, l-Inġinier Militari Pietro Paolo Floriani, kien tant kbir. Fis-sena skolastika 2006/2007 il-Klassi 4H mill-Istituto Tecnico per Attività Sociali ‘Matteo Ricci’ ta’ Macerata, ħadmu fuq proġett dwar ‘Il-Fortifikazzjonijiet fil-Provinċja ta’ Macerata u l-Arkitettura Militari ta’ Pietro Paolo Floriani’. Dan sar taħt is-superviżjoni tal-Prof. esse Marina Pallotta u Maresa Cecchi. Fuq tagħrif meħud mill-arkivju huma rrekordjaw fuq DVD ix-xogħlijiet tal-Floriani. Waqt ilviżta mill-istess studenti hawn ġol-Floriana, l-istudenti raw il-Monument tal-Floriani li kien
għadu qed jinħadem mill-Artist Chris Ebejer. Dokumentarju ieħor irrekordjat fuq DVD flistess sena u twil 38 minuta din id-darba huwa l-proġett ideat u mtella’ mill-ARTEsetTIMA talAccademia Belle Arti Macerata, taħt ir-reġija tad-Direttur Massimo Angelucci Cominazzini. Il-kitba tirrakkonta l-istorja bbażata fuq riċerka li damet għaddejja sena, u b’reċitar u kontribuzzjoni ta’ ’l fuq minn 60 persuna, b’uħud minnhom jirreċitaw bil-kostumi tal-epoka. Iddokumentarju ġie ffilmjat f’dawn il-postijiet, Macerata, Caldarola, Recanati, Arezzo, Roma, Perugia, Cortona, Ferrara, Comacchio, Ravenna, Rovigo, Venezia, Spoleto, Civitavecchia u Malta. Konklużjoni b’nota ta’ attwalità.
Dokument mill-Arkivju
Dokument mill-Arkivju
Il-kontenut ta’ dan l-Arkivju jiddokumenta l-istorja tas-Subborg sa mill-bidu nett tiegħu. Jiġifieri li fuq dak l-ispazju ta’ art mitluqa jinbnew swar fixxifer bl-ewwel skop tagħhom kien li jinżammu magħluqa l-ħażniet tal-qamħ li jaslu minn Sqallija. Meta wara snin twal tlestew ġewwa s-swar beda l-iżvilupp li sawwar is-Subborg tal-Floriana. Mal-ewwel bini tal-imtieħen, il-Knisja ta’ Sarria u l-Kunvent tal-Kapuċċini, maż-żmien żdied ħafna bini ppjanat fuq forma ta’ gradilja biex flimkien mal-ġonna u spazju ħolqu din il-belt żgħira kif nafuha bħala Belt il-Ġonna jew ‘Garden City’. Għaddew bosta sekli, imma dik l-opra ta’ Pietro Paolo Floriani, li tinsab irreġistrata fid-dettall flarkivju waslet għall-preżent storiku li permezz tiegħu nħolqot ħbiberija u katina kulturali bitTewminaġġ Floriana – Macerata. Dan il-patt bejn il-Bliet jissiġilla għaqda dejjiema bejn ilFurjaniżi u l-Maceratesi, u bħala prova ta’ dan għandna fil-Floriana lapidi kommemorattivi, trejqiet imsemmija għal dan l-Inġinier famuż, u fuq kollox il-Monument tiegħu li jixhed din ir-realtà preżenti tal-istorja ħajja tagħna. Riferenzi • •
Id-DVD tal-Istitut ITAS – Macerata 36
PA R RO ĊĊ A S A N PU BLJ U, I L -F U R J A N A 2 0 22
•
Korrispondenza u disinji mingħand il-Kontessa Carla Compagnoni Floriani. Parti mill-mappa u informazzjoni ġenerali miksuba mill-Archivio Compagnoni Floriani website. DVDs u dettalji minn diversi kotba tal-awtur.