PA R RO Ċ Ċ A S A N P U BLJ U, I L -F U R J A N A 2 0 2 2
Qassis Furjaniż
Isir Il-Viċi Parroku Tal-Parroċċa Ta’ San Pawl Il-Belt Il-qassis Furjaniż Dun David Torpiano, b’seħħ minn Ottubru tas-sena2019, sar jifforma parti millKapitlu tal-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu fil-belt kapitali. Hu kien infurmat mill-Arċisqof Charles J Scicluna li l-mandat il-ġdid tiegħu kien se jkun maqsum bejn il-Kummissjoni Kateketika Nazzjonali u l-Parroċċa ta’ San Pawl fil-Belt.
L
ejn l-aħħar tas-sena 2019 Dun David temm l-istudji tiegħu fil-belt kapitali Taljana, Ruma, billi kiseb id-Dottorat. F’nofs Diċembru 2019, Dun David tela’ Ruma għal dik li tissejjaħ difiża tat-teżi li kiteb dwar il-qaddis il-ġdid Ingliż John Henry Newman. Difiża li saret b’suċċess u għalhekk kiseb id-Dottorat. Fil-belt kapitali Taljana, Dun David kien akkumpanjat minn familjari fosthom ommu, missieru u z-zijiet Monsinjur Dun Pawl Camilleri u Joe Camilleri, kif ukoll minn numru ta’ ħbieb qassisin. Fost dawn il-qassisin kien hemm l-Arċipriet talFurjana l-Kanonku Dun Charles Cini u l-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt, il-Kanonku Dun David John Cilia, li bħal Dun David Torpiano sa ftit ilu kien qed jistudja f’Ruma.
Dun David Torpiano (fin-nofs) f”Ruma mal-Arċipriet tal-Furjana l-Kanonku Dun Charles Cini u l-Arċipriet tal-Parroċċċa ta’ San Pawl, il-Kanonku Dun David John Cilia wara li kiseb id-Dottorat
Dun David Torpiano, li twieled fl-20 ta’ Frar 1984 u sar saċerdot fit-3 ta’ Lulju tal-2011, kien intbagħat mill-Arċisqof jistudja f’Ruma wara li temm l-istudji fil-Filosofija u t-Teoloġija fl-Universita` ta’ Malta. Bejn l-2013 u l-2015 studja fl-Universita` Pontificia Salesiana, u mill-2015 sa 2019 studja għad14
PA R RO ĊĊ A S A N PU BLJ U, I L -F U R J A N A 2 0 22
Dun David Torpiano (fin-nofs) f”Ruma mal-Arċipriet tal-Furjana l-Kanonku Dun Charles Cini u l-Arċipriet tal-Parroċċċa ta’ San Pawl, il-Kanonku Dun David John Cilia wara li kiseb id-Dottorat
Dottorat fl-Universita` Pontificia Gregoriana. Fit-18 ta’ Jannar li għadda, fl-istess ġurnata li fiha l-Kanonku Cilia ħa l-pussess tiegħu bħala l-Arċipriet il-ġdid tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, Dun David ħa l-pussess bħala Kanonku effettiv ġdid tal-istess Kolleġġjata Beltija bħalma hu diġa` l-Arċipriet tal-Furjana. Ix-xhieda tal-pussess, li sar fil-preżenza tal-Arċisqof Scicluna, kienu Monsinjur Dun Pawl Camilleri u Jonathan Grima, li barra li hu l-President attwali tasSoċjeta` Filarmonika Nazzjonali La Valette, għandu parentela Furjaniża inkluża l-familja Camilleri. Dun David kien diġa` Kanonku, iżda talKolleġġjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu, fejn fl-aħħar żmien ta wkoll sehem fil-ħidma parrokkjali. Dun David, sa minn qabel ma sar qassis, kien ukoll jagħmel ħidma fil-Parroċċa ta’ Santa Katarina ż-Żurrieq, meta naturalment kien ikun Malta għall-vaganzi mill-istudju barra minn Malta. Minkejja din il-ħidma kollha, Dun David dejjem kien attent għal dak li jkun qed jiġri fil-Parroċċa ta’ San Publju l-Furjana, u daqqa t’id tajba qatt ma naqset.