Ktieb Festa San Publju 2022

Page 12

etimologiche lo legavano a populus e a publicus. Oggi pero’ i linguisti non solo tengono separate populus e publicus, ma ritengono che il prenome Publius non abbia con dette voci che una somiglianza del tutto esteriore. Per populus, voce isolata nelle lingue del gruppo italico (l’umbro ha puplum, poplom), e’ molto probabile un’origine etrusca (Pepluna era il nome etrusco di Populonia). Anche per Publius e‘ probabile un’origine etrusca, dal nome di persona Pupli. Quanto poi a una connessione fra il personale etrusco Pupli e la base etrusca di populus, e’ un problema che, al pari del significato originario delle voci, non siamo ancora in grado di risolvere.” Ir-rabta Maltija mal-kelma Publius In-nisel tal-isem Publius hu marbut mal-Grieg qadim, Poplios, u mal-Latin Publius. Stħarriġ tażżewġ kelmiet jindika minnufih li ż-żewġ kelmiet għandhom diġa` l-varjazzjoni li l-Maltin jużaw fit-taħdit, u allura anki fil-kitba, bħala esperjenza lokali, Maltija. Poplios fiha l-konsonanti, li tagħlaq l-ewwel sillaba tal-kelma, waqt li l-kelma Publius tagħlaq l-ewwel sillaba tagħha bil-konsonanti b. Il-Maltin, bħala kelliema u anki bħala ħallieqa tal-lingwa Maltija, jirrikonoxxu huma wkoll iddifferenza, l-għażla li hemm bejn Puplju u Publju. Dan huwa eżempju tal-użu tal-konsonanti xebbihin b u p, bħalma huma, fost l-oħrajn, il-konsonanti k u g. Bħala eżempju komuni tista’ tissemma l-kelma Taljana pallone li l-Maltin biddluha konsistentement f’ballun. Fil-Malti hemm lista ta’ konsonanti li jixxiebhu; huma mqassmin f’rotob (mniffsin) u f’qawwija (mleħħnin): ċ – ġ, f –v, k – g, p – b, s –ż, t – d, z – z, x– x. Dawn huma eżempji li jkomplu juru s-sens li hemm fir-relazzjoni bejn il-konsonanti b u l-konsonanti p fil-kuntest Malti ta’ din ilkelma: patutu – batut, petodo – bdot, piccia – biċċa, picciuni – beċċun, pendolare – bandal. Fit-traduzzjoni tiegħu tal-Bibbja Pietru Pawl Saydon (1895-1971) mhux biss jippreferi l-konsonanti b u jikteb Publiju, iżda wkoll iżid il-vokali i bejn l u j: Publiju. B’hekk huwa jirrikonoxxi l-aċċent sdruċċjolu tal-kelma; l-aċċent jaqa’ fuq l-ewwel vokali tal-kelma (u), u 12

PA R RO ĊĊ A S A N PU BLJ U, I L -F U R J A N A 2 0 22

warajha hemm żewġ vokali (i u u) mhux-aċċentati. Kif juru fit-tieni edizzjoni ta’ Il-Bibbja (1996), ittradutturi tal-Għaqda Biblika Maltija, min-naħa l-oħra, jeliminaw it-tieni vokali i, biex b’hekk il-kelma ma tibqax sdruċċjola u ssir pjana (sillaba-bla-aċċent waħda biss sa tmiem il-kelma wara l-vokali aċċentata: pub–lju). Ir-raġuni hi li l-Malti qadim tradizzjonali, ilMalti Semitiku jew ‘safi’, jippreferi l-aċċent pjan u mhux l-aċċent sdruċċjolu. Għalhekk il-kelma Publju hi l-kelma Maltija proprja. L-għażla hi bejn Publiju u Publju, jiġifieri bejn kelma sdruċċola (kelma b’aċċent segwit minn żewġ sillabi mhux-aċċentati: ‘ - -) u kelma pjana (kelma b’aċċent segwit minn sillaba mhuxaċċentata waħda: ‘ -). Huwa ċ-ċaqliq ta’ aċċent li jagħti ħjiel ta’ varjazzjoni bejn kultura u oħra fi ħdan kundizzjoni naturali u kulturali li tixxiebah ħafna, għaliex hi r-ruħ ta’ reġjun wieħed, il-Mediterran, li huwa Latin daqskemm huwa Afrikan. Din ir-realta` ġeografika hija riflessa fil-karattru interkontinentali (Semitiku-Latin) tal-lingwa Maltija. Publius fit-tixrid tal-varjanti popolari Mikiel Anton Vassalli (1764-1829), awtur bikri importanti ħafna fl-istorja tal-Malti miktub, jagħżel il-kelma Publju fil-Quatuor Evangelia, et Actus Apostolorum, Londra, 1829, paġna 278, waqt li Saydon (L-Atti tal-Appostli maqlub millGrieg, The Empire Press, 1955) jagħżel kemm Publju u kemm Publiju. Fil-qasam letterarju l-isem Publju huwa forma rikonoxxuta dejjem, fost l-oħrajn mill-Comm. Antonio Agius, l-awtur ta’ S. Publju Martri l-Ewwel Isqof ta’


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Ktieb Festa San Publju 2022 by Dale Cachia - Issuu