familja ĦARIFA 2022 NUMRU 20
Familja qed tasal għandkom grazzi għall-kontributuri professjonali, volontiera u kollegi oħra li jaħdmu magħna.
Dan bl għan li l impenn fl istruttura korporattiva ta’ din l entità jkompli jissaħħaħ fl interess tas soċjetà
Rivista Familja hi inizjattiva tal Uffiċċju tal Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d Drittijiet tat Tfal.
Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi uffiċjali ta’ dan il Ministeru. Din ir rivista titqassam mingħajr ħlas.
Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l imejl: Biexfamilja.media@gov.mttirċievirrivista
Familja tista’ tiktbilna fl indirizz elettroniku jew bil posta: Tonio Bonello, MSPC Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, ‘Casa Depares’ Triq185/186l -Ifran Il Belt Valletta.
Il kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti l opinjoni Editorjali.
Tonio Bonello Editur
familja.media@gov.mt
Kontenut
Ħajr
Editorjal 4
Messaġġ mill Onorevoli Dr Michael Falzon Ministru 5
Messaġġ mis Sur Mark Musù Segretarju Permanenti 6 Għaliex għandna ngħożżu l ħbiberiji tagħna? 8
Issottometti Dokumenti mitluba mid Dipartiment tas Sigurtà Soċjali 10 Imfakkar Jum id-Dipartiment tas Sigurtà Soċjali 12
What are the EU Social Security Coordination rules and how do these apply to me? 14
What’s inflation and how to make the right choices 16 Ikteb Ċar 18
Skema ġdida għal żgħażagħ b’diffikultajiet soċjali biex dawn ikunu integrati lura fis-soċjetà permezz tal volontarjat 21 Jum Dinji tad Donaturi tad Demm2022 23
Mit twaqqaf tal Mission Fund fl-1984, il-missjunarji ngħataw €7,669,102 f’għajnuna 25 Il Ħolma tiegħi 27
An interview with a personality Dr Victoria Borg 29
Attivitajiet Kulturali Settembru sa Diċembru 2022 31 Fun Page 33 Children as rights holders! 34 Tieqa lejn il-Pajsaġġ Malti 35
Tnedija ta’ Pjan Ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Garanzija Tat-Tfal 37
Ġemma : the all round perspective 38
Kompetizzjoni ta’ ĠEMMA 40 €1,105 collected by the Ministry staff in aid of Dar Bjorn 42
Diamonds are a girl’s best friend.... 43
Gamification Awards in Financial Literacy 46
X’hemm ġdid? 47
Il-Kummissarju tat-Tfal
It Taqsima tal IRU
It Taqsima tal IMU
Iċ Ċentru tat Trasfużjoni tad Demm
George Zammit
Doris Zammit
Mary Anne Zammit Vince SuzanneKarenTonnaFarrugiaGarzia Imbernon
Tony TAQSIMADanielaMicallefXuerebTAL
-KOMUNIKAZZJONI MSPC
Peter Miceli Saydon ArchibaldGrafika
ĦAJRAssistentTeamHelenaTAQSIMADistribuzzjoniAttardĠEMMAHollandLeaderDiretturSPEĊJALI
Mark Musù Segretarju Permanenti ClaudiaMSPC AssistentMifsudDirettur
familja.media@gov.mt 3
Editorjal Tonio EditurBonelloMediaMSPC
Reċentament kelli l opportunità nżur inizjattiva interessanti ġewwa Slovenia bl-isem Skrbovin’ca, kelma bis Sloven li bil Malti tfisser Kura bil Kummerċ. Il Gvern Sloven joffri spazji li fil fatt huma ħwienet fl ibliet li għandhom il-format ta’ kif nafuh aħna bħala Ċentru ta’ Matul il Jum, iżda b’differenza. F’dawn il-ħwienet persuni b’diżabilità u/jew persuni oħra li jħossuhom anqas ixxurtjati fis soċjetà għandhom disponibbli għalihom dawn l-ispazji fejn fihom jistgħu jiltaqgħu u jissoċjalizzaw mal pubbliku inġenerali, jesibixxu xogħlijiet tagħhom, jippromovu kunċetti ġodda, kif ukoll ibiegħu prodotti maħduma bl-idejn tal istess persuni b’diżabilità jew t’oħrajn li huma jsejħulhom neglected social groups. Skrbovin’ca bħalissa tkopri erba’ Ċentri ta’ Matul il Jum għal persuni bi bżonnijiet speċjali bil-kollaborazzjoni tal-amministrazzjoni tal-Belt ta’ Ljubljana, il kapitali Slovena. Il persuni li jassistu f’dawn il ħwienet, tassew huma persuni b’diżabilità iżda l qafas ta’ dan il-proġett qed iwassal lilhom biex iwarrbu għal ftit il kelma diżabilità minn ħajjithom u jħallihom jikbru u jimirħu f’dik li hi abbiltà li żgur, kull wieħed u waħda minna, minkejja d differenzi fiżiċi u oħrajn li jiddistingwuna, ilkoll għandna.
B’hekk f’dawn il-ħwienet il-ħajja tkompli bil kummerċ tagħha bħal kwalunkwe negozju jew stabbiliment ieħor. Fejn hemmhekk se tiltaqa’ mal persuni li qed ibiegħu il prodott, mal konsulenti fit tħaddim tal inizjattiva, mal mentors ta’ dawn in nies, ma’ min qed jipproduċi l-istess prodotti, kif ukoll ma’ kollaboraturi oħrajn li jassistu biex dan il proġett ikompli u jibqa’ jkun suċċess. Bla ma trid, meta tara b’għajnejk u ssir taf dan kollu hekk kif tidħol f’ħanut minn dawn, ma jtikx li jekk se tniżżel xi oġġetti tal lokal bħala tifkira lura Malta, li ma tixtrix mingħandhom. U din għandha tkun it triq ’il quddiem fil kuntest ta’ dawn il Niftakargżejjer.limeta kont żgħir u l ġenituri kienu ta’ kull sena jeħduna nżuru t Tradefair fin Naxxar, kont naffaxina ruħi nara persuni b’diżabilità fi stand għalihom jaħdmu xogħol ta’ artiġġjanat bħal qfief, basktijiet u prodotti oħra li kienu jbiegħu dak il ħin stess. Dan li qed ngħid ilu ’l fuq minn 40 sena u sal lum din il kultura għadha tħalli l frott. Iżda jeħtieġ inkomplu nsaħħu fuq dak li bnew missirijietna. Jinħtieġ aktar għarfien fost il pubbliku biex jagħmel parti minn ħajtu din l-inklużjoni, dan is-sens li aħna lkoll l-istess. Li aħna lkoll abbli bħal m’aħna lkoll diżabbli f’xi forma jew oħra tal funzjonijiet tagħna. Meta naslu hawn, sa fl-aħħar ifisser, inkunu wasalna!
Ritratt : Mikhail Nilov
familja.media@gov.mt 4
Il-familji tagħna riżorsa ferm importanti għal pajjiżna
Missirijiet ġodda se jkollhom għaxart ijiem imħallsa b’mod sħiħ biex iqattgħuhom ma’ wliedhom
Il-ħaddiema kollha se jkunu intitolati għal ħamest ijiem leave mingħajr ħlas fis sena, biex, f’każ ta’ bżonn, ikunu jistgħu jieħdu ħsieb lil xi ħadd li jkun jgħix magħhom fl-istess dar
Matul dan ix xahar nagħtu ċ children’s allowance qabel iż-żmien skedat, childcare b’xejn, u ngħinu wkoll lill ġenituri jixtru l uniformijiet
L-Onor. Michael Falzon
Ministru għall Politika Soċjali u d Drittijiet tat Tfal
DħalnaĦbieb,
fix-xahar ta’ Settembru, U bil mod il mod, nibdew nerġgħu lura għar-rutina tal-iskola, bil-ġenituri jippreparaw u jixtru l uniformijiet u materjal edukattiv ieħor. Nittamma li l vaganzi tas sajf servew bħala ħin ta’ mistrieħ, kemm għall-ġenituri u kif ukoll għat tfal infushom, fejn kellhom ċans jirrilassaw u jgawdu minn staġun sajfi, ġranet il-baħar u ħin mal-ħbieb. Il vaganzi tas sajf huwa żmien illi għandu jservi sabiex il-familji jgawdu iktar lil xulxin, u jqattgħu aktar ħin ta’ kwalità flimkien. Issa rridu nħarsu ’l quddiem sabiex nibdew nippreparaw għal xhur ta’ ġabra u ħidma. Dan il Gvern jifhem u jħoss il polz tan nies, u għalhekk kull fejn jista’, dejjem ikun ta’ spalla għall-familji. Huma bosta l-miżuri li ta’ kull sena nieħdu sabiex intaffu xi ftit mill pressjoni li jiffaċċjaw il ġenituri. Matul dan ix xahar nagħtu ċ-children’s allowance qabel iż-żmien skedat, childcare b’xejn, u ngħinu wkoll lill ġenituri jixtru l uniformijiet. Dawn huma biss ftit minn fost ħafna għajnuniet diretti li nagħtu
Minbarra dawn, se nkunu qed nagħtu rati għola tal in work benefit, filwaqt li ħafna aktar familji se jibbenefikaw minn dan il benefiċċju wara li twessgħu t thresholds. Dan l impenn soċjali b’saħħtu se nkomplu nwettquh fix xhur u s snin li ġejjin, għaliex nemmnu li l familji tagħna huma riżorsa ferm importanti għal pajjiżna. Irridu nkomplu nistimulaw l ekonomija, inżidu l postijiet tax xogħol u noħolqu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħin ta’ Fidmistrieħ.
-dawl ta’ dan kollu, f’Lulju li għadda, ħabbarna pakkett ta’ miżuri li se jkomplu jsaħħu l kwalità tal ħajja tal familji Maltin u Għawdxin. Issa, missirijiet ġodda, se jkollhom għaxart ijiem imħallsa b’mod sħiħ, biex iqattgħuhom ma’ wliedhom.
B’dan il-pakkett ta’ miżuri ser inkunu qed insaħħu wkoll id drittijiet tal ħaddiema filwaqt li nintroduċu benefiċċji ġodda għall ġenituri u għall ħaddiema nfushom. Il ħaddiema kollha se jkunu intitolati wkoll għal ħamest ijiem leave mingħajr ħlas fis sena, biex, f’każ ta’ bżonn, ikunu jistgħu jieħdu ħsieb lil xi ħadd li jkun jgħix magħhom fl istess dar.
familja.media@gov.mt 5
Ritratt: DOI
Ħidma dinamika eluf ta’ benefiċjarji soċjali
Mark SegretarjuMusù
Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal Id-dipartimenti u l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall Politika Soċjali u Drittijiet tat Tfal matul is sena jaqdu, jgħinu u jħallsu lill firxa kbira mill-popolazzjoni f’Malta u Għawdex. Statistiċi juru li aktar minn 50 benefiċċju kontributorju u mhux kontributorju jitħallsu b’mod regolari lil madwar 300,000 benefiċjarju u familji. Dan minbarra diversi servizzi soċjali oħra mhux fi
Lflus.
-akbar għadd ta’ benefiċjarji huma l pensjonanti tal irtirar, tal invalidità, romol u tal età, li barra mill pensjoni u l bonus għall-għoli tal-ħajja jista’ jkunu intitolati għall benefiċċji oħra skont l età jew il qagħda finanzjarja tagħhom. Grupp ieħor imdaqqas huwa dak tal familji, li b’kollox ilaħħqu mas 60,000 familja b’madwar 93,000 tifel u tifla. Bejniethom jirċievu ċ Children’s Allowance u s suppliment għal kull wild taħt is 16 il sena, l allowance għat-tfal fil-kura tagħhom, allowance għat-tfal b’diżabilità, u l In Work Benefit jekk il ġenituri jkunu jaħdmu u għandhom tfal taħt it 23 sena. Barra minnhekk familji huma intitolati għall għotja taż żwieġ, tal maternità u l bonus
tat twelid jew adozzjoni. Dan barra diversi familji oħrajn li jingħataw għajnuna professjonali mill Fondazzjoni għas Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali.
Fost benefiċjarji mhux kontributorji aktar minn 53,000 benefiċjarju jirċievu bejniethom assistenza soċjali, għajnuna supplimentari jew tad diżabilità, għajnuna medika, benefiċċju għal qgħad, benefiċċju mnaqqas gradwalment (tapering), assistenza għal genituri waħedihom mhux miżżewġa u allowance tal-carers. Ħafna minn dawn jirċievu aktar minn benefiċċju
Xaharwieħed.wara
ieħor dawn il benefiċċji jitwasslu fil ħin skont skeda u b’mod effiċjenti bl-għajnuna ta’ sistemi diġitali li tul dawn l aħħar snin tniedew mill ministeru bil għan li tonqos il burokrazija u l klijienti jinqdew bla taħbit. Filfatt, bl-għajnuna tal-Agenżija ta’ Malta għat Teknoloġija tal Informatika (MITA), il Ministeru kien minn ta’ quddiem nett biex ifassal programmi diġitali u ta’ simplifikazzjoni, kemm f’sistemi interni biex jiġu pproċessati l benefiċċji, kif ukoll biex ċittadini minn djarhom ikunu jistgħu jissottomettu applikazzjonijiet b’mod elettroniku u jiġbru tagħrif meħtieg, inkluż xi ħlasijiet li jistgħu jirċievu, permezz ta’ kalkulaturi onlajn. Dan minbarra servizzi oħra personalizzati offruti minn servizz.gov.
Tiġdid dinamiku u kontinwu
Dan it-tiġdid huwa wieħed dinamiku b’ħidma kontinwa mill Unit għall Immaniġġjar tal Informazzjoni fi ħdan il Ministeru. Bis saħħa ta’ din il-ħidma ċ-ċittadini issa jistgħu jinqdew onlajn biex jaraw kemm għandhom kontribuzzjonijiet tas sigurtà soċjali mħallsa u akkreditati lilhom.
F’każ li persuna ssib li għandha kontribuzzjonijiet nieqsa, permezz ta’ servizz ġdid ser tkun iggwidata kif tkun tista’ tirrimedja għal dan in nuqqas. Qabel xejn, jekk persuna tkun ċerta li ħallset il-kontribuzzjonijiet dovuti, tista tissottometti dokumenti bħala prova li
familja.media@gov.mt 6
l kontribuzzjonijiet fil fatt tħallsu, u jekk dawn id dokumenti ma jkunux disponibbli, tista’ tinkariga lid Dipartment tas Sigurtà Soċjali biex jitlob informazzjoni mingħand id-Dipartiment tat-Taxxi. Jekk jiġi konfermat li l-ħlas ma sarx, il-persuna tingħata tagħrif dwar kif tista’ tapplika biex tħallas il kontribuzzjonijet nieqsa.
Formola onlajn aġġornata
Bil għan li tkompli titjieb il kwalità tas servizzi onlajn, sar titjib fil-mod kif ċittadini jikkuntattjaw lid Dipartment tas Sigurtà Soċjali. Minflok jibgħatu l mistoqsijiet tagħhom dwar benefiċċji permezz ta’ email, dawn issa jistgħu jsiru permezz ta’ formola ta’ kuntatt onlajn. Dawn il-mistoqsijiet jidħlu fis-sistema tal customer care ta’ servizz.gov kif ukoll f’dik tad dipartiment bil għan li jiġu mwieġba kemm jista’ jkun malajr u b’mod sinkronizzat. Wara li jimla l formola, il klijent jirċievi email b’numru ta’ referenza tal każ u b’hekk isibha aktar faċli biex isegwi l-każ tiegħu jew tagħha. Skont in-natura tal-mistoqsija li tkun saret, l-uffiċjali tal customer care ifittxu li jwieġbu kemm jista’ jkun malajr.
Proġett biex titħaffef il-ħidma tal-Uffiċċju tal Arbitru
Il liġi dwar is Sigurtà Soċjali tagħti d dritt li ċittadin jappella kontra deċiżjonijiet meħuda mid Dipartiment tas Sigurtà Soċjali jew mid-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza. Dan isir billi jitressqu appelli lill Uffiċċju tal Arbitru fi żmien 30 jum minn meta toħroġ in-notifika tad-deċizjoni. Il proċess tal appell kien xi ftit jew wisq burokratiku tant li l-partijiet involuti kienu jħossuhom frustrati bil proċeduri fit tul, b’mod partikolari minħabba mezzi ta’ komunikazzjoni bbażati l-aktar fuq il-karta.
Bis saħħa ta’ proġett ta’ diġitalizzazzjoni li tnieda din is-sena, il-proċess tħaffef u
l appellant, barra li jressaq l appell onlajn flimkien ma’ dokumentazzjoni meħtieġa, ikun jista’ jissorvelja l progress tal appell onlajn mill kumdità ta’ daru. Dan sar possibbli bl-eliminazzjoni tal-proċessi kollha bbażati fuq il-karta, bl-eċċezzjoni tad-deċiżjoni finali li tintbagħat bil posta reġistrata skont kif titlob il liġi.
Ħolqien ta’ pjattaforma ta’ Business Intelligence
Inizjattiva ferm importanti għall-Ministeru tinsab fl aħħar stadju ta’ twettiq. Din taħseb għall ħolqien ta’ pjattaforma li taħżen id data kollha dwar benefiċċji soċjali u dawk li jkunu intitolati għalihom kif ukoll tagħrif ieħor dwar pensjonijiet tas servizz. Lil hinn minn rapporti statiċi u retrospettivi li jistgħu jinkisbu minn sistemi eżistenti, din il pjattaforma ser tipprovdi livell għoli ta’ viżibilità u tixpruna l ipproċessar u l analiżi ta’ data f’ħin reali. Fid dinja tal lum ħidma analitika u rapida ta’ din ix-xorta hija imprezzabbli biex tkun font ta’ deċiżjonijiet infurmati u ta’ aġġornament ħaj tal politika soċjali tal pajjiż. Dan jgħinna wkoll biex naqdu l missjoni tagħna li mhux biss inħallsu l benefiċċji u nagħtu s servizzi tagħna bl aktar mod effiċjenti u fil ħin, iżda fuq kollox nipprovduhom lil min verament ħaqqu u għandu bżonnhom.
Dawn l iżviluppi jsegwu ħidma simili li saret fl-aħħar snin fil-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali li biha sar aġġornament u modernizzar tas sistema tal informatika tagħha sabiex id-data tagħha tkun maħżuna b’mod aktar strutturat, ikkordinat u tkun aċċessibbli aħjar f’post wieħed għall professjonisti tagħha. Inħossni verament grat lejn kull min ta u qed jagħti s-sehem tiegħu biex id-dipartimenti u l-entitajiet tagħna jkunu f’qagħda li jagħtu s sehem tagħhom biex inkunu ta’ servizz u sostenn aħjar u aktar professjonali għall-klijenti tagħna tal-lum u tal-ġejjieni.
familja.media@gov.mt 7
Għaliex għandna ngħożżu l-ħbiberiji tagħna?
Vince Tonna M.Ger; Dip.Appl.Social Studies (Social Worker)
Nisimgħu ħafna dwar il problema tas solitudni li jesperjenzaw numru sostanzjali ta’ persuni speċjalment l-anzjani. Meta wieħed jindaga r raġunijiet għaliex dawn il persuni huma f’dan l istat, ħafna drabi ssib li dawn in nies għandhom ftit jew xejn ħbieb. Għaldaqstant, huwa imperattiv li lkoll kemm aħna nibnu ħbiberija ma’ numru ta’ persuni u nippruvaw nibżgħu għal dawn ir-relazzjonijiet ta’
Mhuxbejnietna.biżżejjed
li jkollna l ħbieb. Irridu, minn żmien għal żmien, b’mod regolari, naraw li dawn ir relazzjonijiet tagħna ta’ bejn xulxin hux qed iħallu impatt pożittiv jew negattiv f’ħajjitna.
Skont it terapista Ursula James, aħjar li naqtgħu relazzjoni jekk din tkun waħda negattiva sabiex nagħmlu spazju għal ħbieb tajba għax kull relazzjoni negattiva iġġiegħelna nsofru emozzjonalment. Numru ta’ esperti jissuġġerulna diversi punti biex verament ikollna relazzjoni tajba mal ħbieb tagħna:
L ewwel pass li jissuġġerixxu huwa li niċċekkjaw kif inġibu ruħna aħna stess waqt il-ħbiberija tagħna ma’ persuni oħra. Skont Philip Underwood fil ktieb tiegħu, ‘Change your thinking’ jissuġġerilna li rridu nisimgħu b’intenzjoni li flimkien niftehmu b’qalbna u mhux b’moħħna!
It tieni pass huwa li mal ħbieb tagħna rridu nkunu paċenzjużi, anke meta jistgħu jdejquna għax żgur li se jkun hemm okkażjonijiet fejn se nkunu aħna stess li, forsi anke bla ma rridu, se ndejquhom!
Ritratt: Helena Lopes
familja.media@gov.mt 8
Pass ieħor li rridu nagħmlu hu sforz, xi kultant kbir biex inżommu l ħbiberija u biex nibżgħu għaliha! Irridu nibqgħu pożittivi u nkunu ottimisti minkejja li kultant ikollna ħafna diffikultajiet f’ħajjitna.
Skont Hannah Hutley, it-tnejn li aħna għandu jkollna l ispazju (ħin) biex nesprimu l feelings tagħna. F’każ li jinqalgħu xi ntoppi bejnietna, hemm bżonn li niddiskutuhom mill ewwel b’mod kalm u mhux inħallu kollox jinġemgħa fina.
Żgur sejrin niltaqgħu ma’ każijiet fejn se jkollna nwaqqfu l ħbiberija tagħna, b’mod speċjali meta aħna nirrealizzaw li l ħbiberija tagħna li għandna ma’ xi persuna oħra qed tikkrea regolarment aktar ħsara milli ġid! Ma nibżgħux niffaċċjaw din id deċiżjoni diffiċli.
Sfortunatament hemm persuni li jevitaw li jieħdu din id deċiżjoni u jkomplu jkaxkru saqajhom speċjalment jekk il persuna l oħra tkun ħabib magħha jew tagħha għal ħafna żmien.
Dwar dan, Ms Liz Pryor kitbet fil ktieb tagħha ‘What did I do wrong?’ fejn issuġġeriet li f’każijiet bħal dawn huma għandhom jieqfu ftit minn din ir relazzjoni biex jaraw x’hemm li sejjer tajjeb u x’hemm li sejjer ħażin, u jagħmlu analiżi ta’ x’jista’ jsir aħjar.
Minkejja li jista’ jkollna ħbieb mhux daqstant tajbin għalina, inħoss li hemm bżonn li ngħożżu dawk il-ħbieb l-oħra li qed jgħinuna f’ħajjitna basta din tkun ħbiberija ta’ veru.
Nispiċċa biex nirrakkonta min huma l ħbieb ta’ veru. William Pitt li kien Prim Ministru tal Ingilterra darba staqsewh għaliex huwa kien dejjem iżomm miegħu lil wieħed Skoċċiż li kien jismu Dundas u li dan inzerta ma kienx ta’ skola. Hu weġibhom: ‘Dundas jibqa’ miegħi għax ħabib tassew. Xita, xemx, borra, riħ, silġ u ksieħ. Ħafna oħrajn tarahom biss meta tkun qed tiżreġ ix xemx!’
familja.media@gov.mt
Tim tal-IMU
Ritratt: Marek Levak
Huwa meħtieġ kont tal-e-ID biex wieħed jissottometti dokumenti mitluba mid Dipartiment tas Sigurtà Soċjali?
Kont tal e ID maħruġ minn Identity Malta huwa meħtieġ biex wieħed jissottometti dokumenti mitluba mid Dipartiment tas Sigurtà Soċjali. Ikklikkja hawn dwar kif toħloq il kont tal e ID tiegħek. Intant, jekk tippreferi li ma tawtentikax bil-e-ID, int xorta tista’ tissottometti dokumenti billi tipprovdi n Numru tad Dokument hekk kif imniżżel fl Ittra ta’ Sejħa mibgħuta mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Għalxiex jintuża s-servizz online ta’ Issottometti Dokumenti?
Is servizz online ta’ Issottometti Dokumenti jipprovdilek faċilità biex ittellgħa dokumenti online mitluba b’ittra tas-Sejħa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Issottometti Dokumenti mitluba mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
familja.media@gov.mt 10
Għaliex id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jitlob li jiġu sottomessi dokumenti?
Id Dipartiment tas Sigurtà Soċjali jkun jeħtieġ li jiġu sottomessi dokumenti f’każijiet meta tkun ġiet sottomessa applikazzjoni għal xi benefiċċju u waqt l istadju ta’ verifika mid Dipartiment tas Sigurtà Soċjali, jinstab li jista’ jkun hemm dokumenti neqsin mehmuża, dokumenti skennjati mhux ċari jew aktar dokumenti meħtieġa bħala prova għall istadju ta’ approvazzjoni. Dan is-servizz jippermetti liċ ċittadin itella’ kopji online ta' dawn id dokumenti meħtieġa.
Kif nista’ niżgura li s-sottomessjoni ta’ dokumenti minn dan is servizz sar sewwa?
Dan is servizz inħoloq b’tali mod li jkun faċli għall utent kemm jista’ jkun u jmexxik pass pass fuq dak li għandek bżonn tagħmel matul il proċess kollu. Malli tissottometti d dokumenti kollha mitluba, tirċievi notifika bl email biex tinfurmak li s-sottomissjoni kienet ta’ suċċess. Sadanittant, tista' tkompli tara wkoll it talba tiegħek għall benefiċċju taħt is servizz ta’ Monitoraġġ tal-Applikazzjoni. Minn dan is servizz tista’ tara talbiet tiegħek ta’ dawn l aħħar 12 il xahar.
X’se nibbenifika aktar jekk nuża dan is servizz online, milli noqgħod nibgħat id dokumenti bil-posta jew immur f’xi ċentru ta’ servizz.gov?
Meta tuża s-servizz online ta’ Issottometti Dokumenti mitluba mid Dipartiment tas Sigurtà Soċjali, tkun qed tissottometti d-dokumenti fil-ħin preferut tiegħek. Is sottomissjonijiet se jkunu immedjatament irrekordjati fis sistema u xorta tirċievi notifika bl-email tas-sottomissjoni. Mhux bilfors ukoll il bżonn li jkollok e ID biex tissottometti dokumenti. Hekk tkun qed tiffranka l ħin biex ikollok tattendi f’wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov waqt li tistenna fil kju, filwaqt li s sottomissjoni tad dokumenti ma jkunux irrekordjati instantanjament fis-sistema, anke fil każ meta jintbagħtu d dokumenti bil posta.
Kif nista’ naċċess dan is-servizz?
Tista’ taċċessa dan is-servizz billi tmur fis servizz ta’ Issottometti Dokumenti.
familja.media@gov.mt 11
JumImfakkarid -Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
Tonio Bonello
Ta’ kull sena l impjegati fi ħdan il Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ikollhom jum dedikat għalihom f’dik li tissejjaħ DSS Day. Dan hu l jum li fih ikun iċċelebrat Jum id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Dawn l aħħar sentejn kienu eċċezzjoni u dan l appuntament annwali ma kienx qed isir minħabba fil miżuri li kienu fis seħħ kawża tal-Covid-19. Din is-sena għalhekk dan kien avveniment mistenni ħafna u l 25 ta’ Mejju ta’ din is sena reġa’ fetaħ il bibien beraħ biex attivitajiet tal-massa fuq ġewwa setgħu jerġgħu jibdew ikunu organizzati.
L avveniment li sar f’lukanda ewlenija fetaħ b’indirizz mill Onorevoli Michael Falzon, Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat Tfal. Warajh segwa diskors mis Sur Mark Musù, Segretarju Permanenti, kif l istess għamlu d-Diretturi Ġenerali Grazio Barbara responsabbli mis Sigurtà Soċjali u Raymond Chetcuti, responsabbli mill Income Support & Compliance Division rispettivament.
familja.media@gov.mt 12 DSS + ISCD
Kelliema oħra kienu s Sinjura Josette Ciappara li tkellmet dwar kif għandu jinstab bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol, il-familja u l kura tal persuna nfisha, kif ukoll minn Dr Nicholas Briffa li t tema li qasam mal udjenza quddiemu trattat is-sesswalità! Minn Venere għal Mars Definizzjoni, realtajiet u opportunitajiet.
Fi tmiem l attività dawk preżenti kienu mistiedna għal ikla fl istess stabbiliment fejn kienu akkumpanjati minn grupp mużikali li ħoloq atmosfera tant sabiħa.
Ta’ min jgħid li din kienet attività waħda fost oħrajn li l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d Drittijiet tat Tfal organizza matul ix xahar ta’ NharMejju.il
-5 ta’ Mejju kienet organizzata Themed Dress Day b’risq l-ALS waqt li fil-11 ta’ Mejju saret Blood Drive bil kollaborazzjoni tal Kamra tar Rappreżentanti fejn dakinhar il Blood Donation Mobile Unit kienet disponibbli proprju quddiem il bini tal Parlament fil Belt. Konferenza dwar Kitba Ċara organizzata mill RPOD kienet organizzata disat ijiem wara, jiġifieri fl 20 ta’ Mejju waqt li fil lukanda Excelsior, kif spjegat aktar ’il fuq saret id-DSS & ISCD Day. L attivitajiet ġew fi tmiem permezz ta’ Webinar imtella’ mill Kampanja Nazzjonali ĠEMMA.
familja.media@gov.mt 13
Karen InternationalManagerFarrugiaII(Research)Affairs
In the previous articles, we focused on the practical implementation of the EU Social Security coordination rules. In this Article we will provide you with more information about the main actors involved in the coordination rules at a European level.
The European Labour Authority (ELA) has been created to help Member States and the European Commission to ensure that EU rules on labour mobility and social security coordination are enforced in a fair, simple and effective way. ELA also has an important role to play in facilitating and ensuring effective
labour mobility in Europe, in particular by activities of European Employment Services
To(EURES).date,about
13.5 million EU citizens live or work in another Member State and mobility within the EU continues to grow. The free movement of workers and services is a pillar of the European Union and seen as one of the main achievements of EU integration. It provides workers and companies with the opportunity to seek work and provide services across the EU.
To ensure that the fundamental freedom of free movement works in practice and brings a fair mobility to individuals and companies, there is a set of legislations on EU labour mobility and it is necessary that the agreed rules are properly enforced. Their effective enforcement in the Member States requires structured cooperation and exchange of information between competent national authorities and executing common activities
What are the EU Social Security Coordination rules and how do these apply to me?
Photo: Karolina Grabowska
familja.media@gov.mt 14
such as joint labour inspections or the training of national staff on cross border mobility rules.
To tackle these issues, former European Commission President Jean-Claude Juncker announced the creation of a European Labour Authority in September 2017, in his State of the European Union address: “
In a Union of equals, there can be no second-class workers. Workers should earn the same pay for the same work in the same place. This is why the Commission proposed new rules on posting of workers. We should make sure that all EU rules on labour mobility are enforced in a fair, simple and effective way by a new European inspection and enforcement body.”
ELA was established on 31 July 2019 and since September 2021 has its permanent seat in Bratislava, Slovakia. ELA is established to help strengthen fairness and trust in the internal market by assisting Member States and the European Commission to ensure that EU rules on
labour mobility and social security coordination are fairly and effectively enforced and by making it easier for citizens and businesses to obtain the benefits of the internal market.
ELA does this by performing the following Facilitatingtasks: access to information for individuals and employers on labour mobility Supporting Member States in promoting cross-border job matching and coordination of FacilitatingEURES; cooperation and the exchange of information between Member States; Coordinating and supporting concerted and joint inspections; Carrying out analyses and risk assessment on issues related to cross-border labour mobility; Supporting Member States with capacity building in the field of labour mobility; Supporting Member States in tackling undeclared work; Mediate disputes between Member States on the application of relevant Union law.
What’s inflation and how to make the right choices
Team ĠEMMA
Inflation is a recent buzzword used by many people who may not necessarily know what it means to show how smart they are. You become wiser by not only knowing what it is but how it affects you in your daily life and how to make the right choices.
Upon closer inspection, you discover that the goods you usually buy have increased their price. You’ll notice the increase in price not just for one item but all items in general. That’s Inflationinflation.means that you need more money to buy the same goods. If you’re on a tight budget, you can buy fewer goods with the same amount of money, as they’re
What is inflation?
Inflation is the general increase in the prices of goods or services. For example, one day, you go to a supermarket and buy the same goods as the last time you went, but the total on the bill would be higher. Your first instinct would be to check whether there’s a product that you may have bought by mistake. However, you realize that you didn’t buy anything besides your usual shopping list.
Inunaffordable.simpleterms,
your money would have lost its purchasing power.
The European Central Bank targets around 2% inflation per year to maintain economic stability. For example, if you spent Euro 100 last year, you’ll need Euro 102 to be able to purchase the same Governmentsgoods.
try to compensate for these increases through instruments such as cost of
Photo: Pavel Danilyuk
familja.media@gov.mt 16
living adjustments as announced in budget speeches. The private sector bears all the cost of the increases for its employees. While 2% can be considered normal, lately, the inflation around the European Union was high as 8%. For example, you’ll need Euro 108 instead of Euro 100 or Euro 8 more to buy the same goods as one year ago.
Surviving inflation
The average consumer can’t control inflation as geopolitics is a complex subject that only superpower countries can attempt to influence. Nonetheless, you can at least try to reduce or limit the impacts of inflation on your hard earned money.
Like anything in life, good and bad times pass. We don’t want good times to pass, yet no one knows how long bad times last. Ideally, you’ll be well prepared to pass through unfavourable situations like inflation with minimal impact.
As a consumer, your goal should be to preserve your money. The less you spend, the better. However, bills need to get paid, and food needs to get on the table.
The trick is to be frugal or economical. To be economical means to be moderate in your Dospending.youneed to splash money out on designer clothes, or will beautiful unbranded clothes serve the same need? Do you need to buy the last smartphone that came out last month, or will it cost more than your average salary?
You have to distinguish between a need and a want. Needs are essential items, so you’ll still need to buy them regardless of your financial state. These include consumer essentials like food, healthcare and utilities.
On the other hand, wants are non-essential items or things that you can survive without them. Wants are consumer discretionary as buying a car, appliances, entertainment and Articleinvesting.reposted with permission from https:// zero.com.mt/ By Andy
For more information visit gemma.gov.mt
familja.media@gov.mt 17
Ikteb Ċar
Konferenza dwar kitba ċara fis-Servizz Pubbliku minn dimensjoni soċjali
Tonio Bonello
“Aħna responsabbli u nirrispondu għall parti l-kbira tal-benefiċċji u servizzi soċjali b’risq is soċjetà u allura jinħtieġ nimpenjaw ruħħna biex il kitba tagħna f’kull materjal li ngħaddu u f’kull korrispondenza mal-pubbliku tkun ċara u sempliċi. Dan jgħodd, kemm meta qed nikkomunikaw mal kbar, però b’mod speċjali mat-tfal.” Dan kien id-diskors ta’ introduzzjoni li wassal l Onor. Michael Falzon, Ministru għall Politika Soċjali u Drittijiet tat Tfal meta fetaħ konferenza ta’ jum dwar Kitba Ċara. Il Ministru spjega kif din l inizjattiva, l ewwel tax xorta tagħha fis servizz pubbliku, qed issir b’kollaborazzjoni mal Kummissjoni Ewropea. Kompla li dan il Ministeru qed jagħti importanza kbira lejn it twassil tal messaġġ u l-metodu tiegħu u għal dan il-għan spjega kif matul dawn is snin, l istess Ministeru investa bi sħiħ f’numru ta’ riżorsi konnessi mal Media. Tkellem ukoll is Segretarju Permanenti, is Sur Mark Musù, li qal kif din il konferenza qed issir ukoll fi żmien fejn il-Ministeru qed ifakkar ix xahar dwar il Ġustizzja Soċjali kif ukoll għeluq is 66 sena tat tnedija tas Sigurtà Soċjali f’pajjiżna.
Is Sur Musù kompla kif illum, aktar minn qatt qabel, il-klijenti tagħna m’għadhomx biss Maltin u Għawdxin imma jinkludu wkoll persuni barranin li għażlu li jiġu joqgoħdu f’dawn il-gżejjer. Sostna li hemm żewġ fatturi fejn il Ministeru jinħtieġ jissaħħaħ dwar kif jikkomunika aħjar: l ewwel meta l-komunikazzjoni tkun qed isir f’ġeneru legali it tieni, meta qed nikkomunikaw mat tfal li dawn jagħmlu parti integrali mis soċjetà. Fost kelliema oħra kien hemm Dr. Helga Zahra, Kap tad Dipartiment tal Lingwa Maltija li tkellmet fuq il kampanja dwar Kitba Ċara mid-dimensjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Dr. Zahra qalet kif waqt li bħalissa l membri sieħba jgħoddu 27, dan jinvolvi ħidma ta’ traduzzjoni f’24 lingwa differenti. Semmiet kif fost l inizjattivi li ttieħdu qed ikunu organizzati Clear Writing Awards waqt li temmet li biex messaġġ jasal tassew għal min hu indirizzat u jinħtieġu, qabel xejn irridu niftakru fil KISS li t tifsira tagħha hi, Keep It Short and Simple. Personalità oħra kienet Prof. Laura Lundy, Professur fi Queen’s University f’Belfast u fil University College ta’ Cork fl Irlanda.
familja.media@gov.mt 18
Prof. Lundy saħħqet dwar l importanza li jkollna verżjonijiet child friendly ta’ Liġijiet u Policies. Qalet kif kull tifel u tifla għandhom id dritt ifittxu u jsibu informazzjoni li huma jistgħu jifhmu, kif ukoll li b’hekk ikunu jistgħu jesprimu tħassib jew reazzjonijiet li jolqtuhom Sostnietdirettament.dan b’mod speċjali meta l-messaġġ tagħna nkunu rridu nwassluh lil tfal b’diżabilità. Qalet kif bħala regola, it tfal ma jeħdux gost jaqraw kontenut ta’ aktar minn 4 paġni. Lanqas ma jattirawhom paġni bojod u suwed, waqt li immaġini kuluriti jgħinu fit twassil tal-messaġġ.
Prof. Lundy saħħqet dwar il prinċipju fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem u temmet li jekk it tfal ma jkollhomx aċċess għal kontenut miktub bħala child friendly għalihom, allura qatt ma jistgħu jkunu jafu eżatt x’inhuma d drittijiet tagħhom!
Dr Joseph Izzo Clarke, Kap tat Taqsima tat Traduzzjoni tal Malti fil Qrati tal Ġustizzja tal Unjoni Ewropea spjega kif kliemna għandu jkun ċar, konċiż, sempliċi, bir referenzi meħtieġa, miktub bi grammatika tajba u bl idjomi rispettivament.
Sostna li fid-djalogar tagħna mal-pubbliku jinħtieġ nibdew nevitaw kliem tekniku waqt li għadda biex semma ċerti eżempji bħal nużaw il-kelma dmirijiet flok doveri, il-kelma inkella flok altrimenti. Saħaq li qabel dokument jintbagħat għall konsum pubbliku hu dmir tagħna li qabel xejn naqrawh mill-ġdid, naraw hux kollox jinftiehem u fejn hemm żbalji dawn għandhom ikunu koreġġuti. Bejn dawn il kelliema u oħrajn fit tieni parti ta’ din il konferenza, panel ta’ esperti ddiskuta t tema, Reducing frustration out of the public administration is clear writing for all, a solution? Din id diskussjoni evolviet dwar jekk il kitba ċara hijiex soluzzjoni biex titnaqqas il-frustrazzjoni mill-amministrazzjoni pubblika. Dan għaliex il komunikazzjoni hija parti kbira mit twassil tas servizz tal amministrazzjoni
pubblika. B’hekk jeħtieġ li l-komunikazzjoni tkun b’mod ċar u b’mod li l pubbliku jkun jista’ jifhem u juża permezz ta’ lingwaġġ ċar, utli u li jinftiehem, tant li l-pubbliku jista’ jifhimha fl ewwel qari.
Il-panel inkluda l-parteċipazzjoni tas-Sur Mark Musù, (Segretarju Permanenti MSPC u MSAA) is Sinj. Anya Mehr (mid DĠ Traduzzjoni, Kummissjoni Ewropea), is-Sur Lodewijk van Noort (Membru tal Bord PLAIN International and Project Leader Plain Language fil-Belt ta’ The Hague) is-Sur Alfred Grixti (Kap Uffiċjal Eżekuttiv, FSWS) u s Sinj. Antoinette Vassallo (Kummissarju għat Tfal). Kien imbagħad il-ħin li Sinj. Anya Mehr, DG Translation tal Kummissjoni Ewropea, tindirizza lil dawk preżenti u ħafna oħrajn li attendew b’mod virtwali. Hawn spjegat is sitwazzjoni tal istess Kummissjoni fejn fil professjoni tal lingwa bħalissa timpjega 18-il editur li għalkemm jidhru ħafna, dawn ta’ kull sena jkollhom jittraduċu volumi kbar ta’ komunikazzjoni u korrispondenzi speċjalment meta wieħed jirrealizza li kull materjal irid ikun tradott f’24 lingwa differenti. Waqt li spjegat l-inizjattiva tagħhom biex ħejjew il ktejjeb, ‘How to Write Clearly’ is Sinj. Mehr semmiet it tema dwar l użu tal-abbrevjazzjonijiet jew aħjar, tal-kliem fil-qosor u temmet li l-użu ta’ dawn bosta drabi qed itellef milli jitwassal messaġġ li fih innifsu jkun jinftiehem. F’dan is sens għandha tintuża kawtela dwar ċerti terminoloġiji għandhomx
familja.media@gov.mt 19
jitqassru jew jitħallewx fil kliem proprju li Kelliemjiddefinihom.ieħor
kien is Sur David Schembri mir rappreżentanza tal Kummissjoni Ewropea f’Malta. Hu enfasizza kif fejn hemm kitba ċara, dan ifisser użu għaqli tal ħin għax ma jkunx hemm talbiet għal kjarifiċi wara, kif ukoll infieq bil-għaqal ta’ flus it-taxxi tal-poplu għax l effiċjenzja tkun akbar. Il-kelliem imbagħad għadda biex tkellem dwar il lingwa preferuta tal Maltin u qal li meta l pubbliku kien mistoqsi dwar dan, kien hemm maġġoranza assoluta ta’ 97% li qalu li jippreferu l lingwa Maltija. Fuq l istess linja sostna li r reklamar f’pajjiżna hu aktar effettiv meta jkun bil Malti milli bl Ingliż, għalkemm emfasizza l importanza li siti elettroniċi tal Gvern għandhom ikunu kemm bil Malti kif ukoll bl Ingliż. Kien imiss issa d diskors tas Sur Lodewijk van Noort, membru fil Bord PLAIN International u Project Leader dwar Plain Language fil-kapitali the Hague fin Netherlands. Hu beda biex stqarr l esperjenza ta’ art twelidu stess fejn semma kif 30 fil-mija tal-popolazzjoni f’The Hague għandhom problema ta’ litteriżmu. Saħaq dwar tlett fatturi ewlenin fundamentali fil kitba ċara (1) Analiżi tat test. Dan jista’ jsir
permezz ta’ gwida dwar il kitba, kif ukoll check lists. (2) Ġudizzju espert tal-kollegi tal-awtur. Dawn jgħinu biex ikun hemm aktar fehmiet dwar il lingwaġġ użat waqt li jaraw li dak li qed jingħad filfatt jinftiehem. (3) Ir-riċerka li għandu jagħmel kull awtur, is sens ta’ kollaborazzjoni mal iskejjel u bl istess qies ma’ persuni mill-pubbliku b’għarfien anqas tal litteriżmu. Dan, sostna, speċjalment meta t test ikun ta’ ġeneru legali. Temmet il konferenza b’kelmtejn qosra is Sinj. Denise Fiorentino, id Direttur Ġenerali (Riċerka, Politika u Operat) tal Ministeru li kienet il moħħ wara din l inizjattiva. Hi saħqet dwar l importanza li kemm jista’ jkun, kull test ikun konċiż u miktub b’mod li jinftiehem. Enfassizat ukoll dwar il-famuża KISS li tfisser Keep It Short and Simple.
Il-konferenza dwar Kitba Ċara saret il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju 2022 fil Lukanda Phoenicia u għaliha attendew impjegati tal Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, kemm b’mod fiżiku, kif ukoll virtwali.
familja.media@gov.mt 20
Skema ġdida għal żgħażagħ b’diffikultajiet soċjali biex dawn ikunu integrati lura fis-soċjetà permezz tal-volontarjat
familja.gov.mt
Il Ministru għall Politika Soċjali u d Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon u l-Ministru għall Inklużjoni, il Volontarjat u d Drittijiet tal Konsumatur Julia Farrugia Portelli nedew skema ġdida bl-isem ta’ Youth Engage Scheme, li din se tifforma parti mill Youth Volunteer Scheme.
Din l iskema mmexxija mill Kunsill Malti għas-Settur Volontarju (MCVS) flimkien mas Servizzi taż Żgħażagħ fi ħdan l FSWS se toffri esperjenza ta’ xogħol ma’ għaqdiet volontarji lil żgħażagħ b’diffikultajiet soċjali biex ikunu integrati lura fis soċjetà.
Il Ministru Michael Falzon faħħar din l-inizjattiva u fissirha bħala tarġa biex tindirizza faxex soċjali li jistgħu jkunu iktar vulnerabbli minn oħrajn. “Se noffru taħriġ, se nintegraw liż żgħażagħ u se ngħinuhom jesploraw kwalitajiet pożittivi li kienu moħbija. Nemmnu li jekk nagħtu sens ta’ empowerment u gwida ċara, dawn iż żgħażagħ kapaċi jiżviluppaw karriera u futur sabiħ”, qal il-Ministru Falzon
Ritratt: Dipartiment tal Informazzjoni
familja.media@gov.mt 21
Il Ministru Julia Farrugia Portelli qalet li din l-iskema ġdida hija inklużjoni fil-prattika u se toffri pjattaforma ugwali fid dinja tax xogħol għal dawn iż żgħażagħ. Il ministru semmiet li dawn iż-żgħażagħ se jkunu qed jingħataw ukoll stipendju fix xahar.
Permezz ta’ 6 għaqdiet volontarji, 15-il żagħżugħ ser ikunu megħjuna biex ikunu integrati fis-soċjetà. Il-Ministru enfasizzat li din l iskema hija proċess immirat biex jipprovdi ambjent sigur lill parteċipanti ħalli jtejbu l-esperjenzi tax-xogħol tagħhom filwaqt li fl istess waqt jemmnu aktar fihom infushom u fit talenti tagħhom. Fissret li din l iskema hija opportunità għal dawn iż-żgħażagħ biex jibdew jifhmu sens ta’ tmexxija kemm fix xogħol kif ukoll fuq livell personali.
Il-Ministru Farrugia Portelli kkonkludiet li, “Permezz tas sabiħ tal volontarjat, dawn iż żgħażagħ ser ikunu qed joffru l id tas-solidarjetà, u din l-istess solidarjetà se tkun qed tgħinhom jerġgħu jintegraw fis soċjetà”.
Il-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandolo qal li l għan tal kunsill kien dejjem li jagħti sostenn lis settur tal volontarjat fil-ħidma tiegħu fil-komunità. Spjega li permezz ta’ din l-iskema, “Ser inkunu qed nintegraw, permezz ta’ esperjenza fil volontarjat, żgħażagħ b’diffikultajiet soċjali sabiex ikunu integrati aħjar fis-soċjetà”.
Il Kap Eżekuttiv tal FSWS Alfred Grixti qal li din l inizjattiva kienet opportunità għal żgħażagħ li għandhom bosta sfidi biex jemmnu fihom infushom u jaħdmu f’qasam li se jagħtihom il ħiliet meħtieġa għad dinja tax xogħol.
Fi tmiem il konferenza kien ffirmat Memorandum ta’ Ftehim bejn l MCVS u l-FSWS li se jara li din l-iskema sseħħ.
familja.media@gov.mt 22
Il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm 2022 Tony DonorMicallefLiaison Nurse
Ħarsa lejn dan il Jum fuq livell mondjali
Il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm, kull sena jiġi ċċelebrat madwar id dinja kollha fl 14 ta’ Ġunju. Fil fatt din is sena qed jiġi kkomemorat għad-19-il darba wara li l-ewwel kommemorazzjoni tiegħu seħħet fl 14 ta’ Ġunju tal 2004 fil Belt ta’ Johannesburg, fl-Afrika t’Isfel. Minn dik is-sena ’l hawn għadd ta’ pajjiżi minn madwar id dinja, inkluż Malta, bdew u baqgħu jikkommemoraw dan il Jum.
Ta’ kull sena l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tagħżel post biex fih tospita dan l avveniment dinji, li din is sena seħħ fil Belt Kapitali Messikana Mexico City.
Tiġi magħżula wkoll tema, din is-sena kienet:
“Li tagħti d demm hu att ta’ solidarjetà. Ingħaqad m’oħrajn u salva ħajjet in-nies”
li permezz tagħha jasal il-messaġġ tal-bżonn kontinwu tad donazzjonijiet tad demm u fl istess ħin ikun rikonoxxut il ġest nobbli tad-donaturi tad-demm. L-għan prinċipali ta’ dan jibqa’ li d donazzjonijiet tad demm li jsiru mad dinja kollha jsiru fuq bażi volontarja, altruwista u naturalment mingħajr pretenzjoni ta’ ħlas lura.
Il Jum Dinji tad Donaturi tad Demm 2022 f’ Strutturi,Malta binjiet u monumenti mixgħula bl Għalaħmardarba
oħra l-kommemorazzjoni tal-Jum Dinji tad Donaturi tad Demm 2022 f’Malta saret billi għadd ta’ strutturi, binjiet u monumenti madwar Malta u Għawdex ġew mixgħula bi dwal ħomor. Dan sar kemm mill Istat, kif ukoll minn entitajiet mhux governativi, ekkleżjastiċi u kummerċjali. Filfatt wieħed mill-parteċipanti ewlenin f’din l inizjattiva kien il Ministeru għall Politika Soċjali u Drittijiet tat Tfal billi bħal ma għamel
familja.media@gov.mt 23
f’dawn l aħħar snin xegħel il galleriji ta’ Palazzo Ferreria bl aħmar.
Naturalment din l inizjattiva kellha skop ewlieni li l eluf ta’ d donaturi li ta’ kull sena jagħtu d demm fuq bażi volontarja u mingħajr pretenzjoni ta’ ħlas lura jiġu murija rikonoxximent b’mod apert. Dan għax grazzi għalihom, is Servizz Nazzjonali tas Saħħa baqa’ għaddej sena wara l oħra.
Skop ieħor kien li d-donaturi eżistenti jagħmlu kuraġġ u jikkommettu ruħhom li jagħtu d demm b’mod iktar regolari. Apparti hekk, permezz ta’ dawn il-mixgħeliet jikber l-għarfien tal bżonn kontinwu tad donazzjonijiet tad demm u l ġest nobbli tad donaturi eżistenti jservi biex iktar nies f’saħħithom, partikolarment żgħażagħ, jikkonvinċu ruħhom li jibdew jagħtu d demm huma wkoll.
Iċ-ċerimonja tal-għoti tar-rikonoxximent Ħajr għad Donaturi tad Demm
Nhar it Tieta, 14 ta’ Ġunju fil Palazz Verdala saret iċ-ċerimonja tal-għoti tar-rikonoxximent Ħajr għad Donaturi tad Demm. Din iċ ċerimonja tant mistennija wara assenza ta’ sentejn minħabba l pandemija kienet is sitt
waħda tax-xorta tagħha minn meta saret għall ewwel dabra fl 2015. F’din iċ ċerimonja taħt il patroċinju tal Eċċellenza Tiegħu l President Dott. George Vella ġew rikonoxxuti 25 donatur, 10 nisa li taw tal inqas 50 donazzjoni tad demm, u 15 il raġel li tal inqas taw 100 donazzjoni tad demm.
Kelma tal aħħar
Bħal ma hu konxju kulħadd, il bżonn tad-demm f’pajjiżna hu wieħed kontinwu u li spiss qed jiġi aggravat minn aċċidenti ma jaqtgħu xejn, kemm fuq il postijiet tax xogħol u iktar minn hekk fit toroq ta’ Malta u xejn inqas f’Għawdex. Quddiem dan xenarju s-Servizz Nazzjonali tat Trasfużjoni tad Demm apparti li jkompli jappella għad donazzjonijiet tad-demm, jappella wkoll għal prudenza u attenzjoni massima fuq il postijiet tax xogħol u fit toroq tagħna.
Tagħrif dwar l-għoti tad-demm jinkiseb minn www.facebook.com/bloodmaltawww.blood.gov.mt 79307307 jew 80074313.
familja.media@gov.mt 24
255 voluntiera ħadu
Mit-twaqqaf tal-Mission Fund fl-1984, ilfingħatawmissjunarji€7,669,102 ’għajnuna
Tonio Bonello
Il Mission Fund twaqqaf fis 16 ta’ April 1984 mill-mibki Ian Azzopardi u l-mara tiegħu Rita. L iskop tiegħu hu biex iservi ta’ spalla għall missjunarji Maltin u Għawdxin li qed ixandru l-Kelma t’Alla f’madwar 40 pajjiż tad dinja. Il Mission Fund hija rreġistrata bħala għaqda filantropika mal Kummissarjat għall-Għaqdiet Volontarji (V0/0015) u hija approvata mill-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta. Biex insir naf aktar dwar dan tkellimt mas Sur John Sammut, Segretarju tal Mission Fund u bdejt biex staqsejtu...
X’inhuma l-inizjattivi li twettqu (fejn imorru l flus mill ġbir) u min jibbenifika minnhom?
Il Mission Fund iżomm kuntatt ma’ madwar 9,000 benefattur permezz tal-pubblikazzjoni tan newletter kull tlett xhur, li min naħa tagħhom jibgħatu donazzjonijiet b’risq dawn il-
Jintbagħtumissjunarji.wkoll
fuljetti fir residenzi kollha ta’ Malta u Għawdex. Barra minn hekk, jiġu organizzati wkoll attivitajiet soċjali għall-ġbir ta’ fondi, li dejjem jibdew biċ ċelebrazzjoni tal Ewkaristija.
Kull sena, madwar 100 missjunarju jibbenefikaw minn donazzjonijiet ta’ €2,000 kull wieħed. Fil-każ ta’ 5 isqfijiet, tintbagħat is-somma ta’ €4,000 peress li ħtiġijiet tagħhom huma akbar. Lill missjunarji saċerdoti, kemm djoċesani kif ukoll reliġjużi, tintbagħat ukoll is-somma ta’ €1,000 oħra bħala offerti għall quddies b’suffraġju għall benefatturi mejta. F’dawn l aħħar sentejn, ingħatat is-somma ta’ €500 addizzjonali lill missjunarji kollha sabiex jkunu jistgħu jipproteġu lilhom infushom u lill familji foqra mill-pandemija.
Liema huma l-pajjiżi li jibbenifikaw mill għajnuna tagħkom?
Il missjunarji li bbenefikaw mill Mission Fund matul is-snin li ilu mwaqqaf huma mxerrda ma’ diversi nħawi tad dinja, fosthom l Afrika t'Isfel, Albanija, Alġerija, Bolivja, Brażil, Eġittu, Etjopja, Filippini, Ġorġja, Guam, Gwatemala, Ħonduras, Indja, Iżrael, Kamerun, Kenja, Kolombja, Kuba, Latvja, Lebanon, Libja, Pakistan, Perù, Sudan t'Isfel, Tajwan, Tanzanija, Turkija u Żambja.
familja.media@gov.mt 25 Intervista ma’ John Sammut
sehem fl-esperjenzi missjunarji
Bħalissa għandkom Proġett Tama. Tista’ tgħidilna ftit aktar dwar dan; meta beda, x’inhu l iskop u fejn irid jasal?
Sa mill 1992 kull sena grupp ta’ madwar 20 voluntiera flimkien ma’ direttur spiritwali jitħarrġu permezz ta’ laqgħat kull ġimgħa, għal perjodu ta’ 7 xhur. Dawn il voluntiera jsegwu programm ta’ tilqim u pilloli skont il-pajjiż fejn ikun ser isir il volontarjat. Kull membru jħallas l ispejjeż kollha inkluż il passaġġ bl ajru u xi spejjeż tal-ikel u l-akkomodazzjoni. Il-perjodu ta’ volontarjat ikun ta’ madwar xahar. Dawn l esperjenzi missjunarji dejjem isiru fejn hemm missjunarji Maltin.
Dan il volontarjat sar fl Alġerija, fit Tuneżija, fil Kenja, fit Tanzanija, fil Gwatemala, fil Perù, fl Indja u fil Filippini. Il proposti għall proġetti li jkunu sottometti mill missjunarji Maltin jiġu milqugħa minn sottokumitat Proġett Tama li ġie mwaqqaf apposta fi ħdan il-Mission Fund għal dan il għan. Wara li ssir l evalwazzjoni,
jintgħażel proġett partikolari kull sena. Dawn il proposti normalment jikkonċernaw estensjoni jew bini ta’ skejjel, kliniċi, ċentri tas-saħħa u sptarijiet. Saru ukoll diversi proġetti biex jiġi provdut ilma nadif u oħrajn għal sistema ta’ reċiklaġġ tal iskart biex jiġi ffurmat biogas li jservi bħala mezz ta’ enerġija. Matul iż-żmien, inbnew ukoll djar żgħar għal foqra u ngħatat għajnuna għal bini ta’ fish
Uħudfarm. minn dawn il proġetti jiġu finanzjati totalment mill Mission Fund waqt li fil każ ta’ proġetti kbar tiġi finanzjata parti mill-proġett. Meta l voluntiera jirritornaw Malta, huma jġorru magħhom l-esperjenza missjunarja matul ħajjithom kollha. Jitkellmu fuq il ħidma tal missjunarji biex itejbu l ħajja ta’ persuni li qed jgħixu ħajja diffiċli, speċjalment fejn tidħol l edukazzjoni, is saħħa u l kwalità tal ħajja. Mill banda l oħra, il preżenza tal voluntiera tkun ta’ kuraġġ kbir għall missjunarji li ta’ kuljum iħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet diffiċli u mumenti ta’ solitudni.
Mit twaqqif tal Mission Fund sal lum, kemm hi s somma sħiħa li lħaqtu, u jekk tibagħtu voluntiera, mit twaqqif sal lum kemm bgħattu voluntiera b’kollox?
Minn mindu twaqqaf il Mission Fund fl 1984, il-missjunarji b’kollox ingħataw €7,669,102. In numru ta’ voluntiera li ħadu sehem fl esperjenzi missjunarji jammontaw għal 255. Uħud minn dawn il-voluntiera jirrepetu l esperjenza kull sena, hekk li kien hemm min ħa sehem f’25 esperjenza missjunarja.
Il voluntiera li ħadu sehem f’dawn l esperjenzi missjunarji huma ġejjin minn diversi klassijiet tal-ħajja u jinkludu imħallfin, tobba, spiżjara, għalliema, professjonisti oħra, bennejja, ħaddiema tal id u nisa tad dar.
Ritratti : Mission Fund
familja.media@gov.mt 26
Il-Ħolma tiegħi
George Zammit Gwida
Waħda mill-isbaħ esperjenzi tiegħi f’ħajti kull darba li kont imsiefer hi l inżul bl ajruplan fuq din il ġawhra fil baħar Mediterran bl isem ta’ Malta. Id-dilettanti tal-ivvjaġġar qatt m’għandhom iwarrbu mit tieqa tal ajruplan dawn ix xeni sbieħ tal gżejjer ta’ Malta u Għawdex, tal-baħar ikħal, tal-ħdura u l-kuluri kollha li għandha x’toffri din il-gżira sabiħa, hekk qabel il wasla fl ajruport.
Kemm nifraħ meta’ b’widnejja stess nisma kummenti sbieħ u l ewwel espressjonijiet pożittivi ta’ turisti li jkunu bilqiegħda ħdejja jirrakkontaw is-sbuħija mill-ajru ta’ din il-blata iżolata mdawra mill-kosta, b’art agrikola u tal Port il Kbir iħares lejn it tlett ibliet ta’ Bormla, il Birgu u l Isla flimkien mad daħla tal-Kalkara.
B’wiċċi min quddiem ngħid pubblikament li kburi li jien Malti, kburi b’pajjiżi, kburi bil-poplu tagħna u ta’ dan għandi ħolma.
Martin Luther King baqa’ magħruf għal dik il frażi li darba kien qal waqt manifestazzjoni quddiem folla nies: “I have a dream” Jien għandi ħolma.
Għalkemm ħolma hija tip ta’ storja li sseħħ f’moħħna matul il-lejl, però tista’ wkoll tindika pass fil ħajja tagħna għal tama aħjar. Il ħajja u l ħolm huma folji tal istess ktieb. Li taqrahom fl-ordni jsiru avventura ħajja u li taqrahom bl addoċċ jibqgħu ħolm li jtiru mal ewwel żiffa ta’ filgħodu.
Ritratt: Joslyn Pickens
familja.media@gov.mt 27
Ninħtieġu li nibqgħu noħolmu, inkella l ħajja tagħna tmut. L ewwel oħlom bil proġetti tiegħek, imbagħad wettaq il-ħolm tagħhom. Aħseb għal ftit ħin li qed tgħix f’dinja tal ħolm fejn dak li tixtieq iseħħ. Għalhekk il ħolma tiegħi f’pajjiżi jekk verament isseħħ, wieħed jista’ jibda jgħix ħajja aħjar bil ferħ u l Filkuntentizza.ħolmatiegħi
nixtieq li ħadd ma jgħid kontra ħadd, li kulħadd jieħu lill-oħrajn bil-ħlewwa u bis sabar, li ħadd ma jittradixxi lil ħadd f’xejn.
Wasal iż żmien li ma nibqgħux aktar narmu fliexken tal-plastik ma’ kullimkien. Wasal iż żmien li nitgħallmu ngħidu grazzi, skużi, u jekk jogħġbok. Wasal iż żmien li nibdew nisimgħu l-ideat tal-oħrajn.
Wasal iż żmien li nżommu l karozza f’kundizzjoni tajba u b’dawk lanqas emissjonijiet possibbli. Li l-ħorn jintuża waqt il bżonn biss. Wasal iż żmien li ma nħallux aktar boroż tal iskart fuq xtajtiet, u li nżommu l-volum tal-mużika baxx. Wasal ukoll iż-żmien li nibdew insegwu l ordnijiet tas sigurtà, li naħdmu mhux għall paga biss, li l messaġġi tagħna fuq Facebook jibdew isiru aktar pożittivi, li l ġirien ikunu tassew ħbieb ta’
Jekkxulxin.nagħsru
ftit dawn ix xewqat sbieħ tal-ħolma tiegħi taħt forma jew oħra, il-ħajja ta’ kuljum li fil preżent tinsab mimlija ġenn u tensjonijiet tista’ tinbidel f’qawsalla bi tbissima, b’arja ta’ pożittività, b’laqgħat t’imħabba meta niltaqgħu flimkien. Dan hu proġett li iva jista’ jsir. Proġett ta’ ferħ, ta’ ħsieb nobbli lejn saħħitna, lejn dawk ta’ madwarna fejn nistgħu ngħixu tassew bħala poplu wieħed, f’armonija, paċi u serenità. Ħolma sabiħa li jekk ngħixuha b’daqsxejn ta’ sagrifiċċju ma jkunx hawn aktar infern fid dinja
ta’ gwerer, vjolenza u mibgħeda imma ġenna tal art.
Fil veru sens tal kelma, nerġgħu mmorru lura għas snin meta konna nħallu ċ ċavetta fil bieb ta’ barra bla biża’ ta’ xejn.
Nibdew illum stess u flimkien naslu biex jirnexxielna nħallu lil uliedna teżor ta’ gżira perfetta li tkun l-għira tal-barranin.
Personalment inwiegħed li ser nibda nara kif ser inwettaq din il ħolma tiegħi jien stess, billi naħdem aktar biex ħaddiehor jara l-eżempji sbieħ tiegħi ta’ ċittadin veru u jibda jagħmel hekk hu wkoll. Bla tgergir, bla piki u bil fatti naslu. L aqwa interpretu tal ħolm huwa dak li jagħmilhom u jwettaqhom, fit-tajjeb.
familja.media@gov.mt 28
An interview with a personality Dr Victoria Borg from Victoria, AustraliaMelbourne
Tonio Bonello
Dr. Victoria Borg lives in St Albans, Victoria in Melbourne, Australia. She has been in Australia for almost 50 years now and as soon as she arrived there, she was determined to proceed with her tertiary education to become what she is today.
She studied Psychology at the Victoria University and for this interview I was pleased to meet her online to talk about her life story and what led her to come up with the idea of writing a book which she describes as “a memoir about a particular period of my life”.
The book title is Power over Darkness A journey of self discovery, trauma and healing.
First of all where are you from in Malta and can you give our readers a little bit of background about your family?
I was born in Xaghra, Gozo in 1952. My parents were Giuseppa and Mikeli Bajada. I had 2 brothers and 2 sisters. One of my sisters, Carmen died in 1963. My father did not have a paid job. We lived off the land. Later on, my mother started washing clothes for a couple of families, thereby earning a few shillings a week.
In short what was your story about how you left Malta and how many years you’ve been in Australia now?
In 1971 I met Louie who came to Malta for a holiday after he served in the Vietnam War. We got married and migrated to Australia to join his family. It has been 50 years since we arrived together.
Where did you get your education?
I completed my secondary education in Gozo including Form VI. When I came to Australia I always hoped that I would resume my education at some stage later on in life. Indeed, in 1990, I decided to return to study as a mature age student at Western Institute, later known as Victoria University. After winning the Australian Post Graduate Award in 1996, I started my doctorate which I completed successfully. My thesis was entitled “Life satisfaction of Adolescents: A Study in Malta and Australia”.
familja.media@gov.mt 29
You have recently launched an English language literary work, called ‘Power Over Darkness’. What inspired you to write such a book and what is its genre?
In 1987, as I was doing some short courses as a preparation for tertiary studies, I had an insight relating to the underlying causes of my mental illness. I discovered that I was carrying a highly traumatised inner child that was hidden from my consciousness. I felt a strong need to look backwards and see who I really was and where I was coming from.
I embarked on a very painful journey of self discovery riddled with acute bouts of depression and full blown panic attacks. Many times I felt I was losing not only the battle but also the war against mental illness. This went on for quite a few years. I started recording what I was going through in my diary in minute details. I always wanted to write a book about it. However, I could not bear to face those painful experiences.
In the year 2020, I felt an urge to revisit my diary entries and my journey of self-discovery and write a book about it no matter how painful it was going to be. I could not put it off any
Thislonger.bookis
a memoir about a particular period of my life. It focuses on my selfdiscovery, related traumas from my childhood and healing. The diary entries that are included in the book give an insight to the reader not only into the intensive pain and suffering that I endured, but also reflect inspiration, courage, strength and resilience among other things.
What is the ultimate message you want to convey through this book?
Mental health related problems can be quite debilitating and serve as an impediment to achieving one’s goals no matter how small or big they are. However, with the right support a person cannot only survive, but thrive and achieve his/her dreams.
The book is for sale on line through Amazon.
familja.media@gov.mt 30
Attivitajiet 2022SettembruKulturalisaDiċembru
Mary Anne Zammit
Wara li l ħajja qed terġa’ lura għan normal, hekk ukoll qed jerġgħu jibdew l attivitajiet kulturali f’dawn il gżejjer. Dawn huma wħud mill avvenimenti li se jkunu qed jiġu mnedija matul dawn it tlett xhur li ġejjin.
8 ta’ Settembru 2022
Jum il Vittorja :
SkontRegattait
tradizzjoni, nhar it 8 ta’ Settembru ta’ kull sena ssir ir-regatta fejn qaddiefa jikkompetu bejniethom. Ir regatta ssir fil madwar ta’ sitt ibliet li huma mdawra mal-Port il-Kbir. Dan hu spettaklu kbir li jmur lura fiż żmien is sena 1878.
Avveniment: Mużika
Bejn il 15 u l 20 ta’ Settembru 2022 il banda famuża tekno Drumcode se tkun f’Malta għall-ewwel darba fejn ser jippreżentaw mużika partikolari ta’ ġeneru elettroniku. L attività ser issir ġewwa l Belt Valletta.
Wirja ta’ Arti: Soċjetà tal Arti
Bejn id 9 ta’ Settembru 2022 u l 4 ta’ Ottubru ġewwa s Soċjetà tal Arti, Valletta se tkun qed tittellgħa wirja mill artist Anthony Lucian Cauchi, bit tema Thunder Art.
Notte Bianca: Valletta
Nhar l 1 ta’ Ottubru 2022 ser terġa’ tittellgħa edizzjoni oħra tan Notte Bianca ġewwa l Belt Valletta. Dakinhar, il-palazzi u l-mużewijiet ser ikunu miftuħa sa tard bil lejl. Fit toroq ser ikun hemm ukoll wirjiet ta’ arti viżiva, drama u mużika, u ma jonqosx il-varjetà ta’ ikel offrut minn kafeteriji u restoranti.
familja.media@gov.mt 31
familja.media@gov.mt 32 Birgu Festival Bejn is 7 u d 9 ta’ Ottubru 2022 il belt medjevali tal-Birgu ser tkompli tieħu l-ħajja billi ser tiddawwal b’xemgħat għal jumejn sħaħ. Din ix xena ser toħloq atmosfera romantika bħas-soltu mżewqa ma’ ikel tradizzjonali Malti u mużika live. Festival Mediterranea : Għawdex Nhar il 25 ta’ Ottubru 2022 ġewwa l gżira ta’ Għawdex ser jiftaħ l-istaġun teatrali tal Festival Mediterranju, b’opra, mużika klassika, folklor u ikel tradizzjonali Għawdxi. Ritratt: Betlehem, Għajnsielem Il Villaġġ tan Natività : Għajnsielem Bejn l-20 ta’ Diċembru 2022 sas-7 ta’ Jannar 2023 ġewwa Għajnsielem f’Għawdex ser tittellgħa edizzjoni oħra ta’ Betlehem f’Għajnsielem. Dan hu villaġġ uniku u spettakolari jiddeskrivi pass pass in natività u li lejh ta’ kull sena jiġbed eluf ta’ spettaturi. Lejlet l Ewwel tas Sena: Valletta L aħħar tas sena hija avveniment popolari ħafna fejn il pjazez tal Belt Valletta jimtlew b’mużika u żfin, live bands u madwar 300 logħob tan nar sa nofs il lejl, jiġifieri sa meta jasal il mument li se nkunu bdejna sena ġdida.
Word Search Precious Stones
AGATE, AMBER, AMETHYST, AQUAMARINE, BERYL, CITRINE, CUPRITE, DIAMOND, EMERALD, GARNET, HESSONITE, JASPER, MOONSTONE, ONYX, OPAL, PEARL, PERIDOT, RHODALITE, RUBY, SAPPHIRE, TANZANITE, TOPAZ, TOURMALINE, ZIRCONIA
S H G A Q U A M A R I N E E
A H A C L E N A M U I S M T
P E R I D O T T B B H E E O
P S N T B E S B E Y E T R U
H S E R N O W E R R T T A R
I O T I R T P R H S A O L M
R N A N H O E Y U O G D D A
E I N E O P A L T H A I E L
E T Z J D A R A S T M A W I
T E A A A Z L E S T E M A N
I M N S L M O O N S T O N E
R S I P I T E N R D H N A M
P I T E T S T Y H E Y D B E
U S E R E T R X E D S L I G C G H T A I N O C R t Z S X
Sudoku
The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section contain all of the digits between 1 and 9.
I have an exam about gemstones. I don’t think I’m going topaz.
What did the gemstone say when it missed the IGarnet!bus?toldmy
wife that I will buy her a diamond necklace for her birthday. She said nothing will please her more. So I bought her nothing instead.
What's the easiest way to cut a diamond's value in half? Buy Boughtit.
my wife a beautiful big diamond ring. She asked, "Why didn't you buy me a new car ?"
I told her, "They don't make fake cars."
Marriage is like playing a card game. In the beginning, two hearts and a diamond are more than enough. By the end, though, you want a club and a Myspade.wife's
birthday is in two days, and she told me that she would be happy as long as I get her something with a lot of diamonds in it. She's gonna love this pack of playing cards.
familja.media@gov.mt 33 6 5 2 7 3 1 7 8 4 9 8 4 5 1 9 6 3 2 5 8 6 7 4 5 9 8 1 2 7 4
Children as rights holders!
Suzanne Garcia Imbernon Task OfficeManageroftheCommissioner for Children
We are all familiar with the term human rights, the basic rights and freedoms we are all entitled to in order to live with dignity, equality and fairness. We sometimes forget that children themselves also have rights. Children’s rights are the same as human rights but also include special provisions to protect them in every way. Children have a right to develop and reach their full potential, to be nurtured and cared for as well as to receive an education. Children’s rights are listed in the United Nations Convention on the Rights of the Child.
The Convention is the most widely ratified treaty which was ratified by Malta in 1990. One of the Convention’s general principles is child participation, a right which is also outlined in Article 12 of the Convention. Children have the right to share their views freely in matters that affect them whether directly or indirectly. It is not enough to hear what children have to say but we must really listen to them and act on what they are telling
Childus. participation is not only a right but also contributes positively to their development and also has a positive impact on community development and active citizenship. Children’s insights, experiences and opinions should contribute to decisions being taken in their
regard. This should be the case on various levels such as when developing law and policy, taking decisions within the family, within the education, health and justice systems, and also within Local Government. Child Participation should be safe, ethical, inclusive and impactful. Adults should create safe spaces for children to feel comfortable to express their views. Children should be provided with age appropriate information when participating in decision-making and it is the role of adults to support children to express their views. Children do not always express their views through words or written feedback and it is up to adults to create the right mediums for children to express Childrenthemselves.often tell us that they feel demotivated when expressing their ideas and concerns as they feel that not much action is taken and that change is very slow. We must ensure that children’s views are being heard by the people who have the authority to act on those views. Children should always be provided with clear feedback on how their participation has influenced any outcomes and why decisions have been made.
Meaningful child participation is a process which requires preparation and planning. It is also important to keep in mind that participation should be voluntary and therefore it is not only the consent of the parents that should be sought but also the consent of children themselves. Children should be informed that they can stop their involvement at any point within the process. The Office of the Commissioner for Children prioritises child participation when carrying out its function. We cannot advocate for children’s rights without listening to what they have to say. The Office continuously advocates for the mainstreaming of child participation and the adoption of a process which is accessible to all children including young children, children with disabilities and migrant children.
Photo: Vanessa Loring
familja.media@gov.mt 34
Intervista ma’ Paul Galea Tieqa lejn il-Pajsaġġ Malti
Mary Anne Zammit
Nistgħu ngħidu li għalkemm ngħixu ġewwa gżira żgħira, ninsabu mdawra b’pajsaġġi mill isbaħ u li huma karatteristiċi tal lokal. Fuq din l istess tema, nhar l 14 ta’ Mejju 2022 ġiet inawgurata esebizzjoni tal Arti ġewwa r Razzett tal Markiż, il Mosta u l artist kien Paul Galea. F’din il wirja kienu jispikkaw l aktar pitturi mill ifjen u verament sbieħ fil-biċċa l-kbira tagħhom kienu jkopru proprju l pajsaġġ Malti. Biex insir naf aktar dwar dan iltqajt mal artist innifsu biex spjegali aħjar dwar l-arti tiegħu.
Paul Galea twieled nhar it 28 ta’ Settembru 1946 ġewwa r-Rabat, Malta fejn qatta’ l-biċċa l kbira ta’ tfulitu u żgħożitu. Sewwasew, Paul jiftakar li kemm quddiem id dar tiegħu u kemm wara kien miżgħud bl għelieqi. Bini kważi xejn. Hekk kien iqatta’ l ħin tiegħu fuq il bejt jammira l veduti sbieħ u naturali. Kienu dawn il-mumenti li ispirawh jibda jħażżeż l-ewwel disinni tiegħu.
“L imħabba għall Arti minn dejjem kienet fija. Niftakar sewwa, meta kont għadni l-iskola Primarja, l Għalliem tal Arti kien jagħmlilna ħafna kuraġġ u darba għamlilna kompetizzjoni li min ipinġi l-aħjar bandiera Maltija jieħu lapes.
Bdejt nirsisti u rnexxieli nirbaħ.” Minn hemm Paul ma ħarisx lura. Peress li kien jgħix viċin il kampanja u anke l Imtarfa, beda jpinġi xenarji, pajsaġġi u saħansitra knejjes.
“Niftakar, warajja kien hemm ukoll kamra tan nar u ftit bogħod kien hemm mitħna tar riħ. L imħabba għal kampanja bdiet minn hemm. Kont naprezza s-sbuħija tal-kampanja u dejjem kont infittex xenarji Maltin.” Dan kellu jkun l istil ta’ Arti ta’ Paul fejn sal lum għadu jagħmel kommissjonijiet għan-nies. Waqt li tkun qed tħares lejn il pittura ta’ Paul donnok tħossok qisek qiegħed hemmhekk. Paul spjegali li hu jqatta’ sigħat twal josserva d dellijiet u d direzzjoni tad dawl fuq il bini jew il-pajsaġġ. Hemm żmien fis-sena fejn ix-xemx titla’ minn direzzjoni oħra u dan jiddependi wkoll mis suġġett li jkollu. Min naħa tiegħu, Paul iħobb ikun realistiku u jidħol fid-dettal iżda mhux iżżejjed għax skont hu l pittura tiġi aktar qisha Sadanittant,ritratt.kienhemm perjodu fejn Paul fittex li jagħmel xogħol artistiku ieħor, il bogħod mill kampanja u aktar kontemporarju. Iżda l-akbar passjoni baqgħet hemm, dik għal
familja.media@gov.mt 35
pajsaġġ Malti. Għal Paul, l-Arti hi bħal ġnien fejn hu jidħol bil mod, jiftaħ il bieb u jidħol ’il ġewwa ħalli jimmarka aktar dettalji. Aktar ma’ jidħol ’il ġewwa aktar iżid fid-dettalji tal pittura. Deskrizzjoni tassew sabiħa!
“Meta tkun qed tpinġi tħossok qisek qed tniżżel dak li qed tesperjenza b’mod viżiv, dak il ħsieb li jkun għaddej minnek f’dak il mument.” Staqsejt lil Paul dwar kemm jieħu ħin sabiex ilesti pittura. Spjega kif dan jiddependi skont il-ħin tal-ġurnata, it-temp, is-suġġett u d-dettal li jirrikjedi. Paul iħobb jaħdem fid dawl tax xemx.
Minn barra l pittura, Paul pinġa wkoll xenarji għal palk. Dan għaliex ġewwa Fleur de Lys kienu jttellgħu drammi għal udjenza lokali. Bid daħka fuq fommu Paul qal kif jiftakar li kien juża l immaġinazzjoni tiegħu. Kull min ra dawn ix-xeni beda jgħidlu hemmhekk hawn u hawn imma fil verità hu biss kien ikun jaf eżattament fejn kien ikun il post. Jgħid kif Fr. Louis Bajada darba kien talbu jagħmillu linja iżda hu spiċċa għamel ix xeni kollha u minn xi ħaġa żgħira ta’ ftit sigħat, Paul dam għal madwar għaxar snin għaddej. “Inħoss sodisfazzjon meta tinfetaħ il purtiera u tibda tidher ix xena. Imbagħad tara n nies iċapċpu u bla ma trid tħossok emozzjonat.” Paul ħa sehem f’madwar 250 esebizzjoni b’mod kolletiv u kellu l-ewwel esebizzjoni
waħdu fl-1986 ġewwa Art College Wignacourt Museum, fir-Rabat. Kellu wkoll esebizzjoni konġunta mal artist Fredrich Borrett ġewwa Gallarija, Fgura u dik reċenti ġewwa r Razzett tal Markiż, fil Mosta. Paul, kellu wkoll pittura li kienet ġiet ppublikata f’katalgu internazzjonali fis sena 2000. Għal futur Paul jixtieq li jkompli fuq dan ix xogħol lokali. B’hekk jemmen li qed jagħti l-ħajja lil pajsaġġi Maltin u li meta jgħaddi ż żmien, il pubbliku għad jerġa’ jmur għalihom u jiftakar kif kienet originarjament il ħajja f’dawn il-gżejjer.
Ritratti: Paul Galea
familja.media@gov.mt 36
familja.gov.mt
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat Tfal nieda l Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Garanzija tat-Tfal. L-għan ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni huwa li jipprevjeni l esklużjoni soċjali ta’ tfal fil bżonn billi jiggarantixxi aċċess għal numru ta’ servizzi essenzjali. Dan iwassal sabiex jitkissru ċ-ċikli tal-faqar interġenerazzjonali filwaqt li jitrawmu opportunitajiet ugwali.
Il-Garanzija Ewropea għat-Tfal (ECG) ġiet adottata f’Ġunju tal 2021 sabiex kull stat membru jkollu strutturi soċjali sabiex jipprevjenu l-faqar u l-esklużjoni soċjali, speċjalment fost it tfal. Għaldaqstant kull pajjiż membru, inkluż Malta, kien imħeġġeġ jiżviluppa pjan ta’ azzjoni nazzjonali sabiex jindirizza realtajiet soċjali diversi.
Speċifikament, il Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall Garanzija tat Tfal se jwassal għal titjib fl aċċess ta’ numru ta’ servizzi diġà stabbiliti edukazzjonibħal: u kura bikrija fit-tfulija, attivitajiet edukattivi bbażati fl iskola, kura tas saħħa u nutrizzjoni tajba, u akkomodazzjoni adegwata.
Kien spjegat ukoll li t tfal vulnerabbli għandhom bżonn aktar attenzjoni, għalhekk dan il pjan se jkun għodda oħra sabiex jassisti lit tfal li jistgħu jkunu aktar żvantaġġati minn oħrajn.
Waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza tal aħbarijiet, il Ministru għall Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon enfasizza li dan il-pjan ta’ azzjoni huwa strument li għandu l għan li jikkontribwixxi għal titjib fil kwalità tal ħajja tat tfal, partikolarment dawk vulnerabbli. Il-pjan ikompli jibni fuq politiki eżistenti sabiex it tfal kollha jimmassimmizzaw il potenzjal kollu tagħhom.
Il-Ministru Michael Falzon identifika numru ta’ miżuri bħal l in work benefit, it tapering of benefits u ż żidiet fiċ children’s allowance, fost dawk l-aktar miżuri li diġà għamlu differenza pożittiva fil ħajja tat tfal.
“Il gvern kommess li jiżgura li t tfal kollha jingħataw opportunità ugwali ta’ suċċess u jtejbu l esperjenza tat tfulija tagħhom. Għal dan l għan, il Gvern wiegħed li jinvesti €145 miljun matul il-ħames snin li ġejjin f’miżuri u inizjattivi sabiex jiżgura li l ebda tifel jew tifla ma jitħallew lura”, temm jgħid il Ministru Falzon.
Tnedija ’ Pjan Ta’ Azzjoni Nazzjonali għall Garanzija Tat Tfal
Investiment ta’ €145 miljun fil-5 snin li ġejjin se jiżgura li l-ebda tifel jew tifla ma jitħallew lura
Ritratt: Alexander Dummer
familja.media@gov.mt 37
ta
-
-
Ġemma : the all round perspective
ĠEMMA Team
ĠEMMA Know Plan Act is the independent and credible financial capability portal falling under the office of the Permanent Secretary within the Ministry for Social Policy and Children’s Rights. ĠEMMA’s aim is to educate and equip the Maltese with financial capability
Oneskills.of
the cornerstones of ĠEMMA’s work, fundamental to its ethos and role is that of training. ĠEMMA has sought to provide bespoke training in the area of financial capability to different cohorts and plans to continue to do so in the future. This so as to continue to equip persons, service providers and businesses with the particular knowledge and skills they need in financial capability according to their needs.
The trainers engaged to do this are experienced and knowledgeable team members, staff from our strategic partners who are also committed to disseminating knowledge in financial capability and external trained service providers.
To date ĠEMMA has already carried out bespoke training on financial literacy to service users of the Paulo Freire Institute in partnership with HSBC Foundation Malta.
HSBC Foundation Malta have also worked
with ĠEMMA EY and Inland Revenue Department to provide training to Small and Medium Enterprises last November. Another session aimed at SMEs in collaboration HSBC Foundation with the Chamber was also carried out this February.
The Mental Health Department together with HSBC Foundation have also collaborated with ĠEMMA on train-the-trainer sessions for their staff who can then pass on knowledge and skills in financial capability to their clients. ĠEMMA has also provided specially created training packs to the Mental Health Department for use during their client training
Oncesessions.again
together with HSBC Foundation Malta, ĠEMMA embarked on financial capability drive this February where over 52 CARITAS volunteers who work within the community were given train the trainer training. These volunteers aim to deliver educational sessions on various financial topics through sessions in parish churches to students from schools across the Maltese
HSBCislands.Foundation
Malta who are supporting JAYE Malta’s ‘Building a Financially Capable Generation’ course have facilitated the collaboration of ĠEMMA and JAYE whereby a team member and trainer has also provided a train the trainer session to the administrators of St Augustine College. This same team member has also worked on an info/training session for teachers during Money Week
This2022.is
an annual global awareness raising campaign on the importance of ensuring that young people, from an early age, are
familja.media@gov.mt 38
financially aware, and are gradually acquiring the knowledge, skills, attitudes and behaviours necessary to make sound financial decisions and ultimately achieve financial well being and financial resilience. In this way and through other training, competitions and events, ĠEMMA specifically aims to target students.
Currently as part of its campaign, ĠEMMA is in the process of holding training sessions, in collaboration with EMCS, on the importance of the Vocational, Occupational, Retirement and Pension Scheme (VORPS). These sessions will be delivered by professionals to head of companies and are intended to focus on the financial benefits (tax and incentives) to both the employer and employee through employee’s enrolment.
As part of its VORPS programme, ĠEMMA would also be organising webinars with renowned speakers as part of the panel to discuss further the importance of VORPS whereby participants would be given the opportunity to put forward any questions that they might have.
ĠEMMA plans to continue to collaborate with its strategic partners to continue to offer training to existing partners and to create and adapt its material to provide training to other organisations and cohorts so as to continue its journey towards its goal of a financially capable society.
Visit gemma.gov.mt for more information
Photo: Mikhail Nilov
familja.media@gov.mt 39
ta’ Malta u Għawdex
Iris Camilleri Mifsud
Matthea Grech għandha 14-il sena u għeluq sninha tiċċelebrah kull 6 ta’ Jannar. Tgħix id dar mal ġenituri tagħha ġewwa Ħaż Żabbar u għandha żewġ ħutha, waħda minnhom hi tewmija identika magħha. Flimkien għandhom ħuhom erba’ snin iżgħar minnhom. Matthea tattendi l-iskola Sekondarja St. Margaret College, Verdala. Tħobb ħafna l iskola u l qari għax, skont il mamà tagħha, anke fi tmiem il ġimgħa, ħlief skola ma ssemmiex. Però tħobb ukoll tiżfen u meta jkollha l ħin, taħdem is suf. Matthea hija tifla paċenzjuża ħafna, tħobb issajjar, kreattiva ħafna u dejjem tivvinta affarijiet sbieħ. Fi ftit kliem, għandha karattru dħuli, taf tmur man-nies, kwieta u brava fl-istess ħin. Bdejt din l intervista billi staqsejtha tgħidilna...
hemm dejjem nitgħallem affarijiiet ġodda. Inħobb ukoll naqra l kotba speċjalment bil Malti u ħin l istudju ma jdejjaqniex. Fil ħin liberu tiegħi ġeneralment naqra xi rumanz jew nisma’ ftit mużika biex nirrilassa, inkella nara xi films b’lingwi differenti.
X'tixtieq issir la tikber, u għaliex?
La nikber nixtieq insir għalliema tal Malti għaliex il lingwa Maltija hi tagħna, sabiħa u rridu ngħożżuha. Għandna għax inkunu tassew kburin bil lingwa tagħna. Però jekk mhux għalliema tal Malti nixtieq insir għalliema tal-Ispanjol. Il-lingwi nħobbhom ħafna speċjalment l Ispanjol. Xi drabi iżda jgħaddieli l ħsieb li nilħaq traduttur tal lingwi fejn forsi wkoll ikolli l-opportunità li nsiefer barra.
familja.media@gov.mt 40
Ħa nitkellmu ftit dwar il kompetizzjoni ĠEMMA. X’kien il kunċett tal proġett?
Jiena kelli nikteb komponiment ta’ madwar 400 kelma dwar play li kien hemm fil video interattiv ta’ ĠEMMA. Din kienet titratta dwar kif nimmaniġġja l flus sew, kif nagħraf bejn bżonn u kapriċċ, u l importanza li persuna tfaddal għal meta tiġi bżonn. Ix xogħol kien jinkludi wkoll nitkellem dwar l aspirazzjonijiet tiegħi lejn karriera futura, kif ukoll dwar il-valur li għandhom il flus fil ħajja tal bniedem.
Kif sirt taf b'din il kompetizzjoni ta' ĠEMMA?
L għalliema tal Business Studies qaltilna li kienet qed tiġi mnedija din il kompetizzjoni u xtaqet li aħna nieħdu sehem fiha.
Għaliex interessatek biex tipparteċipa fiha?
Interessajt ruħi biex nieħu sehem għax kont naf li b’hekk se nkun qed nitgħallem affarijiet ġodda. It-tieni, għax għidt bejni u bejn ruħi, billi nieħu sehem ma jien se nitlef xejn, anzi kont se nkun qed nara kif persuna għandha tfaddal, tħaddem flusha sewwa u jkollha dak il kontroll li mhux tispiċċa tixtri kull ma trid
X'kien jinvolvi l proċess biex bdejt u temmejt il-kompetizzjoni?
L ewwel rajt il filmat sew u fhimtu. Wara bdejt nippjana dwar kif se nikteb. Bdejt nikteb u l-filmat ispirani biex nirrifletti dwar kemm ħafna nies għadhom ma jafux jagħżlu bejn bżonn u kapriċċ, u din inħoss li hi ħaġa tassew importanti. Ma jistax ikun li kif ikollok xi ħaġa tal flus f’idejk trid tara kif se tonfoqha mill ewwel! Naħseb aħna rridu nidraw naħsbu għal quddiem għax ħadd ma jaf x’jista’ jinqala’ fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna.
X'qalu sħabek tal klassi meta saru jafu li int rebbieħa?
Awgurawli u tgħidx kemm ħadu gost. Anke l għalliema ġew jgħiduli prosit.
X’kienet ir reazzjoni tal kap tal iskola meta sar jaf bis-suċċess tiegħek?
Il kap tal iskola fejn nattendi hu Mr. J. Ellul. Xħin sar jaf li rbaħt jien kien kburi ħafna għax hu wkoll ta’ unur għall-iskola riżultat bħal dan. Awgurali u feraħli. Ħa pjaċir ukoll għax tfisser ħafna għalih li studenta li tattendi din l iskola kienet rebbieħa għax b’hekk issa qed jitħeġġu aktar tfal mill iskola fejn nattendi biex jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet bħal dawn. Waqt il kelmtejn ta’ bejnietna qalli li jien studenta brava, intelliġenti u eżemplari ħafna. Jien fil fatt ma tantx infalli skola lanqas, ħlief għal bżonn. Din l-iskola issa drajtha, mal għalliema tiegħi immur tajjeb ħafna u sa fejn stajt dejjem ħadt sehem fl attivitajiet differenti li jorganizzawlna. Ta’ dan ngħid grazzi kbira, kemm lill istess għalliema kollha tal iskola u mhux b’anqas il familja tiegħi li dejjem appoġġjawni f’kull inizjattiva li ħadt.
U x’tgħid omm Matthea dwar is suċċess li kisbet bintha?
Jiena fraħt ħafna xħin sirt naf li t tifla rebħet din il kompetizzjoni. Ma stajtx nemmen u tgħidx kemm awgurajtilha għax qatt ma bsart li minn l-iskejjel ta’ Malta u Għawdex kollha hi setgħet tkun ir-rebbieħa!
familja.media@gov.mt 41
Ms Daniela Xuereb and Mr Peter Miceli Saydon recently represented the Ministry for Social Policy and Children’s Rights in presenting the sum collected in aid of DarBjorn. The sum was collected during the Dress in Blue Day in aid of ALS and the DSS & ISCD Staff Day 2022, both held during the Social Justice Month of May 2022 to mark the 66th Anniversary since the first Social Security legislation in Malta.
The contributing entities within the Ministry included Income Support and Compliance Division (ISCD), The Foundation for Social
Welfare Services (FSWS), the Contributory Pensions, Data Audit Management and Processing Unit (DAMP), the Operations Directorate, the Research, Policy and Operations Division (RPOD), the Customer Care Unit, the Children Allowance Unit, the Policy Development and Programme Implementation Directorate as well as the Office of the Permanent Secretary. The sum collected and presented was that of €1,105.
€1,105 collected by the Ministry staff in aid of Dar Bjorn
familja.media@gov.mt 42
Diamonds are a girl’s best friend....
“Wearing jewels is a way to express the woman you are... without saying a word.” Anon.
Doris Zammit (qormija@gmail.com)
Djamanti, perli, deheb, fidda... Kemm tafu dwar dawk l oġġetti li ħafna drabi jġegħlu lil qalbna tħabbat mija mija, lir rejiet jiġġieldu gwerer u rġejjen jitilfu rashom warajhom. Deheb, djamanti, ħaġar prezzjuż, perli u aktar metall prezzjuż u ħaġar għalkemm il-flus inbidlu ħafna matul iż-żmien, dan il materjal u l valur tagħhom nbidlu ftit li xejn. Il ħaġar prezzjuż kellhom sehem kbir fi ħrejjef u leġġendi ta’ diversi kulturi matul l istorja dinjija. Uħud minnhom jirrakkuntaw jew hemm min jemmen li għandhom poteri speċjali, imma kollha għandhom ġmiel komuni. Kull ħaġra prezzjuża tiġi b’kulur speċjali, minn pajjiż uniku u għandha storja. Dawn il ħaġar prezzjuż insibuhom f’kull kulur tal qawsalla u jinġabru minn kull rokna tad-dinja, b’kull ħaġra kkulurita għandha kulur uniku mill isbaħ. Uħud mill ħaġar ilhom magħrufa snin twal u oħrajn ġew skoperti
Aħnareċentementnassoċjaw il ħaġar prezzjuż ma’ xi xhur tas-sena. Il-kuluri tal-ħaġar prezzjuż xi darba kienu l aktar fattur importanti fil ħaġra, u dan kien ifisser li missirijietna ma kinux jiddistingwu bejn rubin (ruby) u granata (garnet) pereżempju.
Il-ħaġar li kienu oriġinarjament abbinati ma’ kull xahar kienu relatati mal ħaġriet li nsibu fuq sider il qassis il Kbir tal Lhud. Jingħad li dawk li jilbsu l ħaġar prezzjuż ikollhom xorti tajba u s-saħħa. Ħafna żmien ilu l-astroloġi kienu jattribwixxu poteri sopranaturali lil xi ħaġar prezzjuż. Ingħaqdu miegħi llum filwaqt li nesploraw flimkien id-dinja tal-ħaġar
prezzjuż xahar, xahar. Jannar, Granata (garnet) hija l ħaġra prezzjuża marbuta ma’ dan ix xahar. Insibuha f’diversi kuluri. Huwa maħsub li min jilbes din il ħaġra jkollu vjaġġi trankwilli. Ingħatat dan l isem wara ż żerriegħa tar rummien. Frar, Ametista (Amethyst) jingħad li ssaħħaħ ir relazzjonijiet u tagħti lil min jilbisha ħafna kuraġġ. Kien hemm żmien fejn dawk irjali biss setgħu jilbsu din il ħaġra. Il Griegi tal qedem kienu jaħsbu li l ametista tħarishom minn intossifikazzjoni. Tabilħaqq l ametista ġejja mill kelma amethystos, li fil Grieg tfisser serju.
Marzu, Akwamarin (aquamarine): Kien jingħad li din il ħaġra tfejjaq mard tal qalb, fil fwied u mard fl istonku. Wieħed ried jixrob l-ilma li fih kienet ġiet mgħaddsa l-ħaġra. Anke xi baħrin kienu jemmnu li taliżman akwamarin, b’forma tal alla tal baħar Nettunu mnaqqax fuqu seta’ jipproteġihom mill-perikli fuq il baħar. April, Djamanti (diamond): li barra li hija simbolu tal imħabba, kien hemm żmien fejn kien maħsub li ġġib ħafna kuraġġ. L akbar djamant sal-lum li jinsab fl-Amerika, huwa magħruf bħala Uncle Sam. Għal kull miljun djamant li jiġu skavati, waħda biss tinħadem f’ġojjell.
Mejju, Żmeraldi, (emerald): ħadra fil kulur,
familja.media@gov.mt 43
kienet waħda mill-ħaġar prezzjuż favoriti ta’ Kleopatra. Ilha ħafna snin assoċjata mal fertilità, mat twelid mill ġdid u l imħabba. Ir-Rumani tal-Qedem saħansitra ddedikaw din il ħaġra lil Venus, l alla tal imħabba u s sbuħija. Illum huwa maħsub li l iżmeraldi jfissru għerf, kobor u paċenzja.
Ġunju, Perli jew ġawhar u ilha ħafna żmien is simbolu tal purità. Il Griegi tal qedem kienu jemmnu li l-perli kienu d-dmugħ niexef ta’ ferħ ta’ Afrodite, l alla tal imħabba. Il perla tieħu bejn sena u tliet snin biex tiġi kkultivata. U biex tiġi kkreata ġawhra waħda jinħtieġu mal 10,000 imħara. Hu dokumentat li l akbar perla kienet tiżen 14 il libbra. Lulju, Rubini (ruby): kien meqjus mill Ħindu tal qedem bħala “r re tal ħaġar prezzjuż.” Kienu jemmnu li jipproteġi lil dawk li jilbsuh mill ħażen. Illum il kulur aħmar jgħajjat ifisser imħabba u passjoni. Awwissu, Peridot jissimbolizza s saħħa. Kultant tissejjaħ ukoll l iżmeralda ta’ filgħaxija minħabba l-kulur aħdar ċar tagħha. Xi żmien kien hemm min jemmen li l kristalli tal peridot aħdar li jinsabu fl irmied tal vulkani kienu
d dmugħ tal vulkan alla mara, Pele. Meta din il ħaġra tiġi mdawra bid deheb kien jingħad li din tipproteġi lil min jilbisha mill ħmar il lejl. Settembru, Żafiri, kien maħsub li kien għassies kontra l ħażen u l avvelenament. Kienu jemmnu li serp velenuż kien imut jekk jitpoġġa f’kontenitur taż żafir. Tradizzjonalment kienet il ħaġra favorita tal-qassisin u r-rejiet. Iż-żafir jissimbolizza l purità u l għerf. Il qalb tal Oċean, mill Film Titanic ta’ James Cameron mhuwiex għal kollox ivvintat. Jingħad li fil verità żafira kbira ħafna għerqet mat Titanic fl 1912. Waħda mill akbar żafiri fid dinja hija magħrufa bħala Star of Asia, illum tinsab fil Mużew tal istorja Naturali Smithsonian fl-Amerika. Ottubru, Opali, tissimbolizza l lealtà u l kunfidenza. Il kelma ġejja mil Latin Opalus, li tfisser ġojjell prezzjuż. Kullani bl opali kienu jintlibsu biex ikeċċu l ħażen u jipproteġu l-għajnejn. Jingħad ukoll li fil-Medju Evu n-nisa kienu jilbsu l opali ħalli jipproteġu l kulur ta’ xagħarhom li jkun blond.
Novembru, Topazju, jissimbolizza
familja.media@gov.mt 44
l imħabba u affezzjoni. Jingħad li min jilbes it topazju tiżdiedlu s saħħa u l intellett. Diċembru, Turkina (turquoise) li hija meqjusa bħala amulet tal imħabba. Hija wkoll simbolu tal-fortuna u suċċess u hu mifhum li din tirrilassa l moħħ u tipproteġi lil min jilbisha mill perikli. Partikolarment iċ ċrieket bit-turkina, jgħidu li jkeċċu l-ispirti ħżiena. Intant it tnax il ħaġra prezzjuża marbuta max-xhur tas-sena, ix-xhur tat-twelid, ġejjin mit tnax il tribù ta’ Iżrael.
Aktar kurżitajiet
Storikament jingħad li ħafna nies kienu jibilgħu perli sħaħ għax kienu jemmnu li dawn kienu sors ta’ purità u setgħu jbiegħdu l-ispirti ħżiena u l-influwenzi ħżiena tal mard.
kubu ta’ 18 il jarda, bejn wieħed u ieħor 1/10 tal Monument Washington fl Amerika. Madankollu fl oċeani kollha, huwa stmat li hemm aktar minn 10 biljun tunnellata ta’ deheb.
Id djamanti kollha jsiru grafit fuq perjodu twil ta’ żmien. Filwaqt li d djamanti huma wieħed mill aktar sustanzi iebsa ħafna di natura, insibu wkoll dawk id-djamanti li jsiru mill bniedem, li huma sintetiċi li huma aktar iebsa. Minkejja dan, hu kemm hu iebes djamant mhux b’saħħtu ħafna u wieħed jista’ jkisser djamant b’martell. U jekk tagħtih daqqa b’martell jitfarrak.
L Istati Uniti tal Amerika hija l akbar konsumatur tad-djamanti. Tlieta minn kull erba’ għarajjes Amerikani jingħataw ċrieket tal għerusija tad deheb u djamanti.
Lura fl 1896 ċurkett tal għerusija tad ditta Tiffany kien jiswa madwar erbgħin dollaru. Kemm inbidlu l affarijiet! Mur ixtrih illum!!
Eliżabetta II, Reġina tal Ingilterra, kellha kollezzjoni ta’ ġojjelli li hija stmata li tiswa, aktar minn 57 miljun dollaru.
Iċ ċrieket tal għerusija kienu dikjarati bħala mandat biex wieħed jiżżewweġ saħansitra lura fis sena 860 wara Kristu mill Papa Nikola I.
Il-ħaġar prezzjuż opali jistgħu kultant ikunu magħmula minn 30 fil mija ta’ ilma.
Sal-1896 id-ditta Cartier kienet tuża l platinum biex isiru l ġojjelli.
Kuntrarju għal dak li jingħad, l iżmeraldi jistgħu jkunu ta’ valur ħafna aktar mid-djamanti meta jkunu ta’ kwalità tajba ħafna.
Il kulur proprju tad deheb huwa isfar u jekk ikun kulur ieħor ifisser li d deheb mhuwiex għal kollox pur.
Id-deheb kollu li ġie skavat matul l-istorja tad dinja jista’ jiġi kumpressat f’kaxxa
L-aktar biċċa ġojjellerija ta’ valur li ġiet ikkreata għal film kienet il kullana ta’ Nicole Kidman fil-film Moulin Rouge. Huwa stmat li tista’ tinbiegħ għal miljun dollaru.
Għaliex għandna saba’ magħruf bħala s saba’ taċ ċurkett? Għaliex in nies kienu jemmnu li dan is-saba’ kellu vina li kienet tingħaqad dritt mal qalb. Romantiku hux?
familja.media@gov.mt 45
Gamification Awards in Financial Literacy
Season 3 in Digital Financial Education was officially awarded on the 13th of June at the Ministry for Social Policy & Children’s Rights.
The winners who are University students in their final year of their AI course were awarded two cheques of €1,500 for the 1st and €1,250 for the 2nd prize.
Both were presented by Mr Mark Musù, the Permanent Secretary for the Ministry for Social Policy and Children’s Rights who congratulated the winners in the presence of ĠEMMA team leader Helena Holland and Drs Charlie Abela and Joel Azzopardi from the Department of Artificial Intelligence within the University of Malta.
All the speakers had words of encouragement to the winners who are Daniel Grech, Celine Suban and Mattaeo Farrugia with their design concept called Cash Target. They won first prize for their concept and design. It is expected that the prototype which is the 2nd phase of Cash Target will be developed in the coming months.
The digital application called Karus were the winners of season 2 gamification prototype. The application devised by AI students
Andrew Magri and Daniel Attard is focused on building the financial relationship between parents and children through understanding
2022. Both Andrew and Daniel were very pleased that their dream of Karus has finally materialised and were extremely enthusiastic when they received the award.
Through the signing of the MOU in 2019, between ĠEMMA within the Office of the Permanent Secretary and the AI Unit within the University of Malta, three gamification applications have been developed; the first one was called Money Monster which following its upload on all the primary schools tablets has garnered popularity as it has been widely used by children to get familiar with the value of money and the importance of taking the right financial decisions.
Thanks to the close partnership between ĠEMMA and the University of Malta together with the guidance of Drs Charlie Abela and Joel Azzopardi who have mentored and encouraged students to participate in this gamification competition, more tools are now available to support the importance of financial education amongst the Maltese community.
familja.media@gov.mt 46
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal X’hemm ġdid? familja.media@gov.mt
Minn dawn il paġni nwasslu l aħħar ġrajjiet kurrenti tal-ħidma tal-Ministeru. Kull min jinħtieġ isir jaf aktar dwar għajnuna jew servizzi, inkella għandu xi domandi oħra, jista’ jagħmel kuntatt magħna fl indirizz elettroniku familja.media@gov.mt
Iċċelebrat il Jum Dinji għall Abbiltajiet taż-Żgħażagħ
Fil-Jum Dinji għall-Abbiltajiet taż-Żgħazagħ ittellgħet attività mill Aġenzija Żgħażagħ u l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), hekk kif tħejjew numru ta’ workshops għaż żgħażagħ fejn kellhom l opportunità li jagħmlu xogħol tal idejn, jitgħallmu ħiliet li jistgħu jużaw fid-dinja tax-xogħol, kif ukoll jiddiskutu suġġetti ta’ interess għalihom.
L għan ta’ dan il jum kien li jqajjem kuxjenza dwar diversi abbiltajiet li ż-żgħażagħ jistgħu jiżiluppaw sabiex jgħinuhom, kemm fil preżent u anke fil futur, speċjalment meta jkunu ser jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
L attività serviet bħala opportunità sabiex anke dawk l aktar żgħażagħ vulnerabbli
jingħataw iċ ċans jilħqu l milja tagħhom. L Aġenzija Żgħażagħ mhux biex tassisti fil -problemi li jiltaqgħu magħhom iż-żgħazagħ iżda tgħin sabiex jesploraw ħiliet u abbiltajiet
Ilmoħbija.
-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat Tfal Michael Falzon faħħar is sens ta’ rieda komuni bejn id diversi entitajiet, sabiex kull żagħżugħ jingħata ċ-ċans li jimmassimizza l potenzjal tiegħu. Il Ministru enfasizza li l Gvern se jkompli jappoġġja inizjattivi bħal dawn għaliex verament jemmen fis-sehem attiv tal adolexxenti u ż żgħażagħ.
Is Segretarju Parlamentari għaż Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti saħaq dwar l-importanza strateġika li ż żgħażagħ kollha jkunu inklużi biex jiksbu ħiliet li huma importanti għalihom ħalli fil futur isibu impjieg li jwassalhom fil-quċċata tal kapaċitajiet tagħhom jew anke li jkunu huma stess intraprendituri.
Imniedi rapport ta’ ħidma tat-Taskforce dwar Trobbija Pożittiva
Il Ministeru għall Politika Soċjali u d Drittijiet tat-Tfal nieda rapport ta’ ħidma li saret mit Taskforce tat Trobbija Pożittiva matul dawn l aħħar tliet snin. Dan it taskforce kien imwaqqaf sabiex joħloq aktar għarfien dwar dak li jagħmel trobbija pożittiva għat tfal u kif tista’ tingħata aktar stabbilità u ambjent xieraq lit-tfal.
F’konferenza tal aħbarijiet, ġew preżentati dettalji li ħarġu minn dan ir rapport t’evalwazzjoni. Ħareġ ċar kemm kien hemm il-bżonn t’aktar għarfien dwar l-intervezzjoni bikrija, li huwa dak il perjodu meta l omm toħrog tqila u sa sena wara.
Ritratt: Laurca Garcia
familja.media@gov.mt 47
Ritratt: Vlada Karpovich
F’din il fażi ntlaħqu ġenituri u ommijiet li kellhom bżonn għajnuna psikoloġika minħabba li t-tqala tkun ħalliet emozzjonijiet diversi u li f’ċerti każijiet ikun hemm bżonn għajnuna ta’ professjonisti. “Għalhekk komplejna nibnu fuq is-servizzi eżistenti li hemm f’Mater Dei u qed nagħtu servizz lil ommijiet u l missirijiet li jkollhom diffikultà ta’ saħħa mentali.”
Il Ministru Michael Falzon tkellem dwar kif dan it-taskforce kompla jsaħħaħ din il-ħidma f’dan il qasam delikat permezz tal kampanja Breaking the News fejn il professjonisti qed jingħataw taħriġ professjonali dwar kif għandhom iwasslu l aħbar f’każ li jkun hemm kumplikazzjonijiet fit tqala jew inkella diżabbiltà fit
Waqttfal.il
-konferenza tal-aħbarijiet tkellmet ukoll iċ Chairperson tal Positive Parenting Taskforce Ruth Sciberras. Hija tat elenku tax-xogħol kollu li sar, bil-parteċipazzjoni ta’ diversi professjonisti lokali u anke internazzjonali.
Kienu msemmija wkoll fatturi dwar l għażla tas sieħeb jew is sieħba, li jistgħu iħallu effetti fuq it tfal. “It trobbija tat tfal ġġib magħha ħafna responsabilità u hija indispensabbli li l-ulied iħossuhom siguri fihom nfushom u dan anke għall ġid tas soċjetà. Għaldaqstant, bħala gvern, aħna kommessi li nwieżnu
l ġenituri fid dmirijiet tagħhom. Speċjalment familji li minħabba diversi diffikultajiet, fosthom finanzjarji, għandhom bżonn iżjed għajnuna fit trobbija t’uliedhom.”
Il Ministru Michael Falzon temm jgħid kif matul dawn it-tliet snin saru kampanji favur it-trobbija ta’ tfal u l adoloxxenti kif ukoll dwar iż żmien ta’ tqala fejn dejjem qed joħroġ iktar ċar il bżonn ta’ kampanji nazzjonali bħal dawn.
It-Taqsima Komunikazzjoni tal-Ministeru b’uffiċċju ġdid
Matul ix-xahar ta’ Lulju saret il-migrazzjoni tal Uffiċċju tal Komunikazzjoni mill binja ta’ Palazzo Ferreria fi Triq l Ordinanza fil Belt għal Casa Depares fi Triq l-Ifran fil-Belt stess. Dan it trasferiment serva biex illum il funzjoni u l operat tal Komunikazzjoni għandhom spazju akbar fil-kuntest ta’ ħażna ta’ arkivji ta’ materjal stampat u tal apparat li jintuża waqt il qadi ta’ Fldmirijietna.
-istess waqt żdied ukoll l-ispazju li jaħseb biex jilqa’ fih kollegi ġejjin mill qasam tal Media, kollegi mill istess Ministeru u personalitajiet oħrajn li magħhom ikun qed isir xogħol, proġetti jew intervisti b’relevanza mal pubblikazzjonijiet tal marka FAMILJA li jkunu ppubblikati minn dan il-Ministeru.
Id direzzjoni tixtieq tirringrazzja lil numru ta’ persuni li kienu involuti biex dan il-pass seta’ jkun possibbli fosthom is Segretarju Permanenti s Sur Mark Musù, is Sinjura Alexia Vella, Direttur Relazzjonijiet Internazzjonali, kif ukoll lis Sinjura Claudia Mifsud, Assistent Direttur fl Uffiċċju tas Segretarju Permanenti. Infakkru li kull korrispondenza lill Editur tista’ tiġi indirizzata fl indirizz elettroniku: anthony.a.bonello@gov.mt jew familja.media@gov.mt
familja.media@gov.mt 48