
4 minute read
Kompetizzjoni ta’ ĠEMMA €1,105 collected by the Ministry staff in aid of Dar Bjorn
Ta’ 14-il sena Matthea Grech tirbaħ kompetizzjoni ta’ ĠEMMA organizzata fost l-iskejjel ta’ Malta u Għawdex
I r i s C a m i l l e r i M i f s u d
Matthea Grech għandha 14-il sena u għeluq sninha tiċċelebrah kull 6 ta’ Jannar. Tgħix id-dar mal-ġenituri tagħha ġewwa Ħaż-Żabbar u għandha żewġ ħutha, waħda minnhom hi tewmija identika magħha. Flimkien għandhom ħuhom erba’ snin iżgħar minnhom. Matthea tattendi l-iskola Sekondarja St. Margaret College, Verdala. Tħobb ħafna l-iskola u l-qari għax, skont il-mamà tagħha, anke fi tmiem il-ġimgħa, ħlief skola ma ssemmiex. Però tħobb ukoll tiżfen u meta jkollha l-ħin, taħdem is-suf. Matthea hija tifla paċenzjuża ħafna, tħobb issajjar, kreattiva ħafna u dejjem tivvinta affarijiet sbieħ. Fi ftit kliem, għandha karattru dħuli, taf tmur man-nies, kwieta u brava fl-istess ħin. Bdejt din l-intervista billi staqsejtha tgħidilna... ____________________________________ Xi ħaġa dwarek Matthea. Tħobbha l-iskola? U x’tagħmel fil-ħin liberu tiegħek?
____________________________________ Jien inħobb ħafna mmur l-iskola għax minn hemm dejjem nitgħallem affarijiiet ġodda. Inħobb ukoll naqra l-kotba speċjalment bil-Malti u ħin l-istudju ma jdejjaqniex. Fil-ħin liberu tiegħi ġeneralment naqra xi rumanz jew nisma’ ftit mużika biex nirrilassa, inkella nara xi films b’lingwi differenti.

____________________________________ X'tixtieq issir la tikber, u għaliex?
____________________________________ La nikber nixtieq insir għalliema tal-Malti għaliex il-lingwa Maltija hi tagħna, sabiħa u rridu ngħożżuha. Għandna għax inkunu tassew kburin bil-lingwa tagħna. Però jekk mhux għalliema tal-Malti nixtieq insir għalliema tal-Ispanjol. Il-lingwi nħobbhom ħafna speċjalment l-Ispanjol. Xi drabi iżda jgħaddieli l-ħsieb li nilħaq traduttur tal-lingwi fejn forsi wkoll ikolli l-opportunità li nsiefer barra.
____________________________________ Ħa nitkellmu ftit dwar il-kompetizzjoni ĠEMMA. X’kien il-kunċett tal-proġett?
____________________________________ Jiena kelli nikteb komponiment ta’ madwar 400 kelma dwar play li kien hemm fil-video interattiv ta’ ĠEMMA. Din kienet titratta dwar kif nimmaniġġja l-flus sew, kif nagħraf bejn bżonn u kapriċċ, u l-importanza li persuna tfaddal għal meta tiġi bżonn. Ix-xogħol kien jinkludi wkoll nitkellem dwar l-aspirazzjonijiet tiegħi lejn karriera futura, kif ukoll dwar il-valur li għandhom il-flus fil-ħajja tal-bniedem.
____________________________________ Kif sirt taf b'din il-kompetizzjoni ta' ĠEMMA?
____________________________________ L-għalliema tal-Business Studies qaltilna li kienet qed tiġi mnedija din il-kompetizzjoni u xtaqet li aħna nieħdu sehem fiha.
____________________________________ Għaliex interessatek biex tipparteċipa fiha?
____________________________________ Interessajt ruħi biex nieħu sehem għax kont naf li b’hekk se nkun qed nitgħallem affarijiet ġodda. It-tieni, għax għidt bejni u bejn ruħi, billi nieħu sehem ma jien se nitlef xejn, anzi kont se nkun qed nara kif persuna għandha tfaddal, tħaddem flusha sewwa u jkollha dak il-kontroll li mhux tispiċċa tixtri kull ma trid.
____________________________________ X'kien jinvolvi l-proċess biex bdejt u temmejt il-kompetizzjoni?
____________________________________ L-ewwel rajt il-filmat sew u fhimtu. Wara bdejt nippjana dwar kif se nikteb. Bdejt nikteb u l-filmat ispirani biex nirrifletti dwar kemm ħafna nies għadhom ma jafux jagħżlu bejn bżonn u kapriċċ, u din inħoss li hi ħaġa tassew importanti. Ma jistax ikun li kif ikollok xi ħaġa tal-flus f’idejk trid tara kif se tonfoqha mill-ewwel! Naħseb aħna rridu nidraw naħsbu għal quddiem għax ħadd ma jaf x’jista’ jinqala’ fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. ____________________________________ X'qalu sħabek tal-klassi meta saru jafu li int rebbieħa?

____________________________________ Awgurawli u tgħidx kemm ħadu gost. Anke l-għalliema ġew jgħiduli prosit.
____________________________________ X’kienet ir-reazzjoni tal-kap tal-iskola meta sar jaf bis-suċċess tiegħek?
____________________________________ Il-kap tal-iskola fejn nattendi hu Mr. J. Ellul. Xħin sar jaf li rbaħt jien kien kburi ħafna għax hu wkoll ta’ unur għall-iskola riżultat bħal dan. Awgurali u feraħli. Ħa pjaċir ukoll għax tfisser ħafna għalih li studenta li tattendi din l-iskola kienet rebbieħa għax b’hekk issa qed jitħeġġu aktar tfal mill-iskola fejn nattendi biex jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet bħal dawn. Waqt il-kelmtejn ta’ bejnietna qalli li jien studenta brava, intelliġenti u eżemplari ħafna. Jien fil-fatt ma tantx infalli skola lanqas, ħlief għal bżonn. Din l-iskola issa drajtha, mal-għalliema tiegħi immur tajjeb ħafna u sa fejn stajt dejjem ħadt sehem fl-attivitajiet differenti li jorganizzawlna. Ta’ dan ngħid grazzi kbira, kemm lill-istess għalliema kollha tal-iskola u mhux b’anqas il-familja tiegħi li dejjem appoġġjawni f’kull inizjattiva li ħadt.
____________________________________ U x’tgħid omm Matthea dwar is-suċċess li kisbet bintha?
____________________________________ Jiena fraħt ħafna xħin sirt naf li t-tifla rebħet din il-kompetizzjoni. Ma stajtx nemmen u tgħidx kemm awgurajtilha għax qatt ma bsart li minn l-iskejjel ta’ Malta u Għawdex kollha hi setgħet tkun ir-rebbieħa!

€1,105 collected by the Ministry staff in aid of Dar Bjorn

Ms Daniela Xuereb and Mr Peter Miceli Saydon recently represented the Ministry for Social Policy and Children’s Rights in presenting the sum collected in aid of DarBjorn. The sum was collected during the Dress in Blue Day in aid of ALS and the DSS & ISCD Staff Day 2022, both held during the Social Justice Month of May 2022 to mark the 66th Anniversary since the first Social Security legislation in Malta.

The contributing entities within the Ministry included Income Support and Compliance Division (ISCD), The Foundation for Social Welfare Services (FSWS), the Contributory Pensions, Data Audit Management and Processing Unit (DAMP), the Operations Directorate, the Research, Policy and Operations Division (RPOD), the Customer Care Unit, the Children Allowance Unit, the Policy Development and Programme Implementation Directorate as well as the Office of the Permanent Secretary. The sum collected and presented was that of €1,105.