2 minute read

Attivitajiet Kulturali Settembru sa Diċembru 2022

M a r y A n n e Z a m m i t

Wara li l-ħajja qed terġa’ lura għan-normal, hekk ukoll qed jerġgħu jibdew l-attivitajiet kulturali f’dawn il-gżejjer. Dawn huma wħud mill-avvenimenti li se jkunu qed jiġu mnedija matul dawn it-tlett xhur li ġejjin.

8 ta’ Settembru 2022 Jum il-Vittorja : Regatta

Skont it-tradizzjoni, nhar it-8 ta’ Settembru ta’ kull sena ssir ir-regatta fejn qaddiefa jikkompetu bejniethom. Ir-regatta ssir fil-madwar ta’ sitt ibliet li huma mdawra mal-Port il-Kbir. Dan hu spettaklu kbir li jmur lura fiż-żmien is-sena 1878.

Wirja ta’ Arti: Soċjetà tal-Arti Bejn id-9 ta’ Settembru 2022 u l-4 ta’ Ottubru ġewwa s-Soċjetà tal-Arti, Valletta se tkun qed tittellgħa wirja mill-artist Anthony Lucian Cauchi, bit-tema Thunder Art. Avveniment: Mużika Bejn il-15 u l-20 ta’ Settembru 2022 il-banda famuża tekno Drumcode se tkun f’Malta għall-ewwel darba fejn ser jippreżentaw mużika partikolari ta’ ġeneru elettroniku. L-attività ser issir ġewwa l-Belt Valletta.

Notte Bianca: Valletta Nhar l-1 ta’ Ottubru 2022 ser terġa’ tittellgħa edizzjoni oħra tan-Notte Bianca ġewwa l-Belt Valletta. Dakinhar, il-palazzi u l-mużewijiet ser ikunu miftuħa sa tard bil-lejl. Fit-toroq ser ikun hemm ukoll wirjiet ta’ arti viżiva, drama u mużika, u ma jonqosx il-varjetà ta’ ikel offrut minn kafeteriji u restoranti.

Birgu Festival Bejn is-7 u d-9 ta’ Ottubru 2022 il-belt medjevali tal-Birgu ser tkompli tieħu l-ħajja billi ser tiddawwal b’xemgħat għal jumejn sħaħ. Din ix-xena ser toħloq atmosfera romantika bħas-soltu mżewqa ma’ ikel tradizzjonali Malti u mużika live.

Festival Mediterranea : Għawdex Nhar il-25 ta’ Ottubru 2022 ġewwa l-gżira ta’ Għawdex ser jiftaħ l-istaġun teatrali tal-Festival Mediterranju, b’opra, mużika klassika, folklor u ikel tradizzjonali Għawdxi. R i t r a t t : B e t l e h e m , G ħ a j n s i e l e m

Il-Villaġġ tan-Natività : Għajnsielem Bejn l-20 ta’ Diċembru 2022 sas-7 ta’ Jannar 2023 ġewwa Għajnsielem f’Għawdex ser tittellgħa edizzjoni oħra ta’ Betlehem f’Għajnsielem. Dan hu villaġġ uniku u spettakolari jiddeskrivi pass pass in-natività u li lejh ta’ kull sena jiġbed eluf ta’ spettaturi.

Lejlet l-Ewwel tas-Sena: Valletta L-aħħar tas-sena hija avveniment popolari ħafna fejn il-pjazez tal-Belt Valletta jimtlew b’mużika u żfin, live bands u madwar 300 logħob tan-nar sa nofs il-lejl, jiġifieri sa meta jasal il-mument li se nkunu bdejna sena ġdida.

This article is from: