
4 minute read
Għaliex għandna ngħożżu l-ħbiberiji tagħna? Issottometti Dokumenti mitluba mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
R i t r a t t : H e l e n a L o p e s
Għaliex għandna ngħożżu l-ħbiberiji tagħna?
V i n c e T o n n a M . G e r ; D i p . A p p l . S o c i a l S t u d i e s ( S o c i a l W o r k e r )
Nisimgħu ħafna dwar il-problema tas-solitudni li jesperjenzaw numru sostanzjali ta’ persuni speċjalment l-anzjani. Meta wieħed jindaga r-raġunijiet għaliex dawn il-persuni huma f’dan l-istat, ħafna drabi ssib li dawn in-nies għandhom ftit jew xejn ħbieb. Għaldaqstant, huwa imperattiv li lkoll kemm aħna nibnu ħbiberija ma’ numru ta’ persuni u nippruvaw nibżgħu għal dawn ir-relazzjonijiet ta’ bejnietna.
Mhux biżżejjed li jkollna l-ħbieb. Irridu, minn żmien għal żmien, b’mod regolari, naraw li dawn ir-relazzjonijiet tagħna ta’ bejn xulxin hux qed iħallu impatt pożittiv jew negattiv f’ħajjitna. Skont it-terapista Ursula James, aħjar li naqtgħu relazzjoni jekk din tkun waħda negattiva sabiex nagħmlu spazju għal ħbieb tajba għax kull relazzjoni negattiva iġġiegħelna nsofru emozzjonalment. Numru ta’ esperti jissuġġerulna diversi punti biex verament ikollna relazzjoni tajba mal-ħbieb tagħna:

L-ewwel pass li jissuġġerixxu huwa li niċċekkjaw kif inġibu ruħna aħna stess waqt il-ħbiberija tagħna ma’ persuni oħra. Skont Philip Underwood fil-ktieb tiegħu, ‘Change your thinking’ jissuġġerilna li rridu nisimgħu b’intenzjoni li flimkien niftehmu b’qalbna u mhux b’moħħna!
It-tieni pass huwa li mal-ħbieb tagħna rridu nkunu paċenzjużi, anke meta jistgħu jdejquna għax żgur li se jkun hemm okkażjonijiet fejn se nkunu aħna stess li, forsi anke bla ma rridu, se ndejquhom!
Pass ieħor li rridu nagħmlu hu sforz, xi kultant kbir biex inżommu l-ħbiberija u biex nibżgħu għaliha! Irridu nibqgħu pożittivi u nkunu ottimisti minkejja li kultant ikollna ħafna diffikultajiet f’ħajjitna.
Skont Hannah Hutley, it-tnejn li aħna għandu jkollna l-ispazju (ħin) biex nesprimu l-feelings tagħna. F’każ li jinqalgħu xi ntoppi bejnietna, hemm bżonn li niddiskutuhom mill-ewwel b’mod kalm u mhux inħallu kollox jinġemgħa fina.
Żgur sejrin niltaqgħu ma’ każijiet fejn se jkollna nwaqqfu l-ħbiberija tagħna, b’mod speċjali meta aħna nirrealizzaw li l-ħbiberija tagħna li għandna ma’ xi persuna oħra qed tikkrea regolarment aktar ħsara milli ġid! Ma nibżgħux niffaċċjaw din id-deċiżjoni diffiċli.
Sfortunatament hemm persuni li jevitaw li jieħdu din id-deċiżjoni u jkomplu jkaxkru saqajhom speċjalment jekk il-persuna loħra tkun ħabib magħha jew tagħha għal ħafna żmien. Dwar dan, Ms Liz Pryor kitbet fil-ktieb tagħha ‘What did I do wrong?’ fejn issuġġeriet li f’każijiet bħal dawn huma għandhom jieqfu ftit minn din ir-relazzjoni biex jaraw x’hemm li sejjer tajjeb u x’hemm li sejjer ħażin, u jagħmlu analiżi ta’ x’jista’ jsir aħjar.
Minkejja li jista’ jkollna ħbieb mhux daqstant tajbin għalina, inħoss li hemm bżonn li ngħożżu dawk il-ħbieb l-oħra li qed jgħinuna f’ħajjitna basta din tkun ħbiberija ta’ veru.
Nispiċċa biex nirrakkonta min huma l-ħbieb ta’ veru. William Pitt li kien Prim Ministru tal-Ingilterra darba staqsewh għaliex huwa kien dejjem iżomm miegħu lil wieħed Skoċċiż li kien jismu Dundas u li dan inzerta ma kienx ta’ skola. Hu weġibhom: ‘Dundas jibqa’ miegħi għax ħabib tassew. Xita, xemx, borra, riħ, silġ u ksieħ. Ħafna oħrajn tarahom biss meta tkun qed tiżreġ ix-xemx!’


T i m t a l-I M U

R i t r a t t : M a r e k L e v a k
____________________________________ Huwa meħtieġ kont tal-e-ID biex wieħed jissottometti dokumenti mitluba mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Kont tal-e-ID maħruġ minn Identity Malta huwa meħtieġ biex wieħed jissottometti dokumenti mitluba mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ikklikkja hawn dwar kif toħloq il-kont tal-e-ID tiegħek. Intant, jekk tippreferi li ma tawtentikax bil-e-ID, int xorta tista’ tissottometti dokumenti billi tipprovdi n-Numru tad-Dokument hekk kif imniżżel fl-Ittra ta’ Sejħa mibgħuta mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. ____________________________________ Għalxiex jintuża s-servizz online ta’ Issottometti Dokumenti?
Is-servizz online ta’ Issottometti Dokumenti jipprovdilek faċilità biex ittellgħa dokumenti online mitluba b’ittra tas-Sejħa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

____________________________________ Għaliex id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jitlob li jiġu sottomessi dokumenti?
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jkun jeħtieġ li jiġu sottomessi dokumenti f’każijiet meta tkun ġiet sottomessa applikazzjoni għal xi benefiċċju u waqt l-istadju ta’ verifika mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jinstab li jista’ jkun hemm dokumenti neqsin mehmuża, dokumenti skennjati mhux ċari jew aktar dokumenti meħtieġa bħala prova għall-istadju ta’ approvazzjoni. Dan is-servizz jippermetti liċ-ċittadin itella’ kopji online ta' dawn id-dokumenti meħtieġa.
____________________________________ X’se nibbenifika aktar jekk nuża dan is-servizz online, milli noqgħod nibgħat id-dokumenti bil-posta jew immur f’xi ċentru ta’ servizz.gov?
Meta tuża s-servizz online ta’ Issottometti Dokumenti mitluba mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, tkun qed tissottometti d-dokumenti fil-ħin preferut tiegħek. Is-sottomissjonijiet se jkunu immedjatament irrekordjati fis-sistema u xorta tirċievi notifika bl-email tas-sottomissjoni. Mhux bilfors ukoll il-bżonn li jkollok e-ID biex tissottometti dokumenti. Hekk tkun qed tiffranka l-ħin biex ikollok tattendi f’wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov waqt li tistenna fil-kju, filwaqt li s-sottomissjoni tad-dokumenti ma jkunux irrekordjati instantanjament fis-sistema, anke fil-każ meta jintbagħtu d-dokumenti bil-posta. _____________________________________ Kif nista’ niżgura li s-sottomessjoni ta’ dokumenti minn dan is-servizz sar sewwa?
Dan is-servizz inħoloq b’tali mod li jkun faċli għall-utent kemm jista’ jkun u jmexxik pass pass fuq dak li għandek bżonn tagħmel matul il-proċess kollu. Malli tissottometti d-dokumenti kollha mitluba, tirċievi notifika bl-email biex tinfurmak li s-sottomissjoni kienet ta’ suċċess. Sadanittant, tista' tkompli tara wkoll it-talba tiegħek għall-benefiċċju taħt is-servizz ta’ Monitoraġġ tal-Applikazzjoni. Minn dan is-servizz tista’ tara talbiet tiegħek ta’ dawn l-aħħar 12-il xahar.
____________________________________ Kif nista’ naċċess dan is-servizz?
Tista’ taċċessa dan is-servizz billi tmur fis-servizz ta’ Issottometti Dokumenti.

