7 minute read

Diamonds are a girl’s best friend Gamification Awards in Financial Literacy

Diamonds are a girl’s best friend....

“Wearing jewels is a way to express the woman you are... without saying a word.” Anon.

D o r i s Z a m m i t (q o r m i j a @ g m a i l . c o m)

Djamanti, perli, deheb, fidda... Kemm tafu dwar dawk l-oġġetti li ħafna drabi jġegħlu lil qalbna tħabbat mija mija, lir-rejiet jiġġieldu gwerer u rġejjen jitilfu rashom warajhom. Deheb, djamanti, ħaġar prezzjuż, perli u aktar metall prezzjuż u ħaġar - għalkemm il-flus inbidlu ħafna matul iż-żmien, dan il-materjal u l-valur tagħhom nbidlu ftit li xejn. Il-ħaġar prezzjuż kellhom sehem kbir fi ħrejjef u leġġendi ta’ diversi kulturi matul l-istorja dinjija. Uħud minnhom jirrakkuntaw jew hemm min jemmen li għandhom poteri speċjali, imma kollha għandhom ġmiel komuni. Kull ħaġra prezzjuża tiġi b’kulur speċjali, minn pajjiż uniku u għandha storja. Dawn il-ħaġar prezzjuż insibuhom f’kull kulur tal-qawsalla u jinġabru minn kull rokna tad-dinja, b’kull ħaġra kkulurita għandha kulur uniku mill-isbaħ. Uħud mill-ħaġar ilhom magħrufa snin twal u oħrajn ġew skoperti reċentement Aħna nassoċjaw il-ħaġar prezzjuż ma’ xi xhur tas-sena. Il-kuluri tal-ħaġar prezzjuż xi darba kienu l-aktar fattur importanti fil-ħaġra, u dan kien ifisser li missirijietna ma kinux jiddistingwu bejn rubin (ruby) u granata (garnet) pereżempju. Il-ħaġar li kienu oriġinarjament abbinati ma’ kull xahar kienu relatati mal-ħaġriet li nsibu fuq sider il-qassis il-Kbir tal-Lhud. Jingħad li dawk li jilbsu l-ħaġar prezzjuż ikollhom xorti tajba u s-saħħa. Ħafna żmien ilu l-astroloġi kienu jattribwixxu poteri sopranaturali lil xi ħaġar prezzjuż. Ingħaqdu miegħi llum filwaqt li nesploraw flimkien id-dinja tal-ħaġar prezzjuż xahar, xahar. Jannar, Granata (garnet) hija l-ħaġra prezzjuża marbuta ma’ dan ix-xahar. Insibuha f’diversi kuluri. Huwa maħsub li min jilbes din il-ħaġra jkollu vjaġġi trankwilli. Ingħatat dan l-isem wara ż-żerriegħa tar-rummien. Frar, Ametista (Amethyst) jingħad li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet u tagħti lil min jilbisha ħafna kuraġġ. Kien hemm żmien fejn dawk irjali biss setgħu jilbsu din il-ħaġra. Il-Griegi tal-qedem kienu jaħsbu li l-ametista tħarishom minn intossifikazzjoni. Tabilħaqq l-ametista ġejja mill-kelma amethystos, li fil-Grieg tfisser serju. Marzu, Akwamarin (aquamarine): Kien jingħad li din il-ħaġra tfejjaq mard tal-qalb, fil-fwied u mard fl-istonku. Wieħed ried jixrob l-ilma li fih kienet ġiet mgħaddsa l-ħaġra. Anke xi baħrin kienu jemmnu li taliżman akwamarin, b’forma tal-alla tal-baħar Nettunu mnaqqax fuqu seta’ jipproteġihom mill-perikli fuq il-baħar. April, Djamanti (diamond): li barra li h ija simbolu tal-imħabba, kien hemm żmien fejn kien maħsub li ġġib ħafna kuraġġ. L-akbar djamant sal-lum li jinsab fl-Amerika, huwa magħruf bħala Uncle Sam. Għal kull miljun djamant li jiġu skavati, waħda biss tinħadem f’ġojjell.

kienet waħda mill-ħaġar prezzjuż favoriti ta’ Kleopatra. Ilha ħafna snin assoċjata mal-fertilità, mat-twelid mill-ġdid u l-imħabba. Ir-Rumani tal-Qedem saħansitra ddedikaw din il-ħaġra lil Venus, l-alla tal-imħabba u s-sbuħija. Illum huwa maħsub li l-iżmeraldi jfissru għerf, kobor u paċenzja. Ġunju, Perli j ew ġawhar u ilha ħafna żmien is-simbolu tal-purità. Il-Griegi tal-qedem kienu jemmnu li l-perli kienu d-dmugħ niexef ta’ ferħ ta’ Afrodite, l-alla tal-imħabba. Il-perla tieħu bejn sena u tliet snin biex tiġi kkultivata. U biex tiġi kkreata ġawhra waħda jinħtieġu mal-10,000 imħara. Hu dokumentat li l-akbar perla kienet tiżen 14-il libbra. Lulju, Rubini (ruby): kien m eqjus mill-Ħindu tal-qedem bħala “r-re tal-ħaġar prezzjuż.” Kienu jemmnu li jipproteġi lil dawk li jilbsuh mill-ħażen. Illum il-kulur aħmar jgħajjat ifisser imħabba u passjoni. Awwissu, Peridot jis simbo lizza s-saħħa. Kultant tissejjaħ ukoll l-iżmeralda ta’ filgħaxija minħabba l-kulur aħdar ċar tagħha. Xi żmien kien hemm min jemmen li l-kristalli tal-peridot aħdar li jinsabu fl-irmied tal-vulkani kienu d-dmugħ tal-vulkan alla mara, Pele. Meta din il-ħaġra tiġi mdawra bid-deheb kien jingħad li din tipproteġi lil min jilbisha mill-ħmar il-lejl. Settembru, Żafiri, kien maħsub li kien għassies kontra l-ħażen u l-avvelenament. Kienu jemmnu li serp velenuż kien imut jekk jitpoġġa f’kontenitur taż-żafir. Tradizzjonalment kienet il-ħaġra favorita tal-qassisin u r-rejiet. Iż-żafir jissimbolizza l-purità u l-għerf. Il-qalb tal-Oċean, mill-Film Titanic ta’ James Cameron mhuwiex għal kollox ivvintat. Jingħad li fil-verità żafira kbira ħafna għerqet mat-Titanic fl-1912. Waħda mill-akbar żafiri fid-dinja hija magħrufa bħala Star of Asia, illum tinsab fil-Mużew tal-istorja Naturali Smithsonian fl-Amerika. Ottubru, Opali, tissim bolizza l-lealtà u l-kunfidenza. Il-kelma ġejja mil-Latin Opalus, li tfisser ġojjell prezzjuż. Kullani bl-opali kienu jintlibsu biex ikeċċu l-ħażen u jipproteġu l-għajnejn. Jingħad ukoll li fil-Medju Evu n-nisa kienu jilbsu l-opali ħalli jipproteġu l-kulur ta’ xagħarhom li jkun blond.

l-imħabba u affezzjoni. Jingħad li min jilbes it-topazju tiżdiedlu s-saħħa u l-intellett. Diċembru, Turkina (turquois e) li h ija meqjusa bħala amulet tal-imħabba. Hija wkoll simbolu tal-fortuna u suċċess u hu mifhum li din tirrilassa l-moħħ u tipproteġi lil min jilbisha mill-perikli. Partikolarment iċ-ċrieket bit-turkina, jgħidu li jkeċċu l-ispirti ħżiena. Intant it-tnax-il ħaġra prezzjuża marbuta max-xhur tas-sena, ix-xhur tat-twelid, ġejjin mit-tnax-il tribù ta’ Iżrael.

Aktar kurżitajiet  Storikament jingħad li ħafna nies kienu jibilgħu perli sħaħ għax kienu jemmnu li dawn kienu sors ta’ purità u setgħu jbiegħdu l-ispirti ħżiena u l-influwenzi ħżiena tal-mard.  Lura fl-1896 ċurkett tal-għerusija tad-ditta Tiffany kien jiswa madwar erbgħin dollaru. Kemm inbidlu l-affarijiet! Mur ixtrih illum!!  Eliżabetta II, Reġina tal-Ingilterra, kellha kollezzjoni ta’ ġojjelli li hija stmata li tiswa, aktar minn 57 miljun dollaru.  Iċ-ċrieket tal-għerusija kienu dikjarati bħala mandat biex wieħed jiżżewweġ saħansitra lura fis-sena 860 wara Kristu mill-Papa Nikola I.  Il-ħaġar prezzjuż opali jistgħu kultant ikunu magħmula minn 30 fil-mija ta’ ilma.  Sal-1896 id-ditta Cartier kienet tuża l-platinum biex isiru l-ġojjelli.  Kuntrarju għal dak li jingħad, l-iżmeraldi jistgħu jkunu ta’ valur ħafna aktar mid-djamanti meta jkunu ta’ kwalità tajba ħafna.  Il-kulur proprju tad-deheb huwa isfar u jekk ikun kulur ieħor ifisser li d-deheb mhuwiex għal kollox pur.  Id-deheb kollu li ġie skavat matul l-istorja tad-dinja jista’ jiġi kumpressat f’kaxxa kubu ta’ 18-il jarda, bejn wieħed u ieħor 1/10 tal-Monument Washington fl-Amerika. Madankollu fl-oċeani kollha, huwa stmat li hemm aktar minn 10 biljun tunnellata ta’ deheb.  Id-djamanti kollha jsiru grafit fuq perjodu twil ta’ żmien. Filwaqt li d-djamanti huma wieħed mill-aktar sustanzi iebsa ħafna di natura, insibu wkoll dawk id-djamanti li jsiru mill-bniedem, li huma sintetiċi li huma aktar iebsa. Minkejja dan, hu kemm hu iebes djamant mhux b’saħħtu ħafna u wieħed jista’ jkisser djamant b’martell. U jekk tagħtih daqqa b’martell jitfarrak.  L-Istati Uniti tal-Amerika hija l-akbar konsumatur tad-djamanti. Tlieta minn kull erba’ għarajjes Amerikani jingħataw ċrieket tal-għerusija tad-deheb u djamanti.  L-aktar biċċa ġojjellerija ta’ valur li ġiet ikkreata għal film kienet il-kullana ta’ Nicole Kidman fil-film Moulin Rouge. Huwa stmat li tista’ tinbiegħ għal miljun dollaru.  Għaliex għandna saba’ magħruf bħala s-saba’ taċ-ċurkett? Għaliex in-nies kienu jemmnu li dan is-saba’ kellu vina li kienet tingħaqad dritt mal-qalb. Romantiku hux?

Gamification Awards in Financial Literacy (Season 3)

Ġ E M M A T e a m

Season 3 in Digital Financial Education was officially awarded on the 13th of June at the Ministry for Social Policy & Children’s Rights. The winners who are University students in their final year of their AI course were awarded two cheques of €1,500 for the 1st and €1,250 for the 2nd prize. Both were presented by Mr Mark Musù, the Permanent Secretary for the Ministry for Social Policy and Children’s Rights who congratulated the winners in the presence of ĠEMMA team leader Helena Holland and Drs Charlie Abela and Joel Azzopardi from the Department of Artificial Intelligence within the University of Malta. All the speakers had words of encouragement to the winners who are Daniel Grech, Celine Suban and Mattaeo Farrugia with their design concept called Cash Target. They won first prize for their concept and design. It is expected that the prototype which is the 2nd phase of Cash Target will be developed in the coming months. The digital application called Karus were the winners of season 2 gamification prototype. The application devised by AI students Andrew Magri and Daniel Attard is focused on building the financial relationship between parents and children through understanding the value of money and setting goals. Karus is currently being tested amongst focus groups and will be ready to launch by October

2022. Both Andrew and Daniel were very pleased that their dream of Karus has finally materialised and were extremely enthusiastic when they received the award. Through the signing of the MOU in 2019, between ĠEMMA within the Office of the Permanent Secretary and the AI Unit within the University of Malta, three gamification applications have been developed; the first one was called Money Monster which following its upload on all the primary schools tablets has garnered popularity as it has been widely used by children to get familiar with the value of money and the importance of taking the right financial decisions. Thanks to the close partnership between ĠEMMA and the University of Malta together with the guidance of Drs Charlie Abela and Joel Azzopardi who have mentored and encouraged students to participate in this gamification competition, more tools are now available to support the importance of financial education amongst the Maltese community.

This article is from: