Familja Sajf 2023 numru 23

Page 1

SAJF 2023 NUMRU 23 L-Għoti ta’ Rikonoxximent għas-Servizz Pubbliku 2023 Tista’ ssegwi rapport f’paġna 11
familja

Familja qed tasal għandkom grazzi għall-kontributuri professjonali, volontiera u kollegi oħra li jaħdmu magħna.

Dan bl-għan li l-impenn

fl-istruttura korporattiva ta’ din l-entità jkompli jissaħħaħ

Rivista Familja

hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi uffiċjali ta’ dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas.

Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt

Biex tirċievi r-rivista Familja tista’ tiktbilna

fl-indirizz elettroniku jew bil-posta:

Tonio Bonello, MSPC

Taqsima tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

Nru 38

Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta.

Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti l-opinjoni Editorjali.

Tonio

Editur

familja.media@gov.mt

Debt Advice Development

Ħajr TAQSIMA TAL-IMU MSPC Clifford Schembri Chief Information Officer FSWS TAQSIMA TAL-KOMUNIKAZZJONI MSPC Peter Miceli Saydon Grafika Archibald Attard Distribuzzjoni
ĠEMMA Helena Holland Team Leader Assistent Direttur
SPEĊJALI Mark Musù Segretarju Permanenti MSPC Claudia Mifsud Assistent Direttur
Editorjal 4 Messaġġ mill-Onorevoli Dr Michael Falzon Ministru 6 Intervista mas-Sur Mark Musù Segretarju Permanenti It-tieni parti 7 Għoti ta’ Rikonoxximent għas-Servizz Pubbliku 2023 11 Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (It-Tieni Parti) 14 Imnedija l-Viżjoni Soċjali għat-13-il sena li ġejjin 18 Meħtieġa bidla neċessarja fil-mentalità tal-pajjiż biex nersqu bogħod mill-ansjetà tal-eżamijiet u napprezzaw aktar il-valur ta’ assessjar kontinwu 23 Porto 26 Qegħdin verament ingawdu lit-tfal tagħna? 28 Ommi ġiet bżonn id-demm u jien sirt donatur bla ħsieb 30 Fun page 31 Posting of workers 32 Lejn 30 sena ta’ xandir minn Campus FM 34 LIBBY, app ġdida li tipprovdi kotba elettroniċi mingħajr ħlas
to
of
mużika,
bejn żewġ
TAQSIMA
ĦAJR
Kontenut
The importance of keeping your Banking and Contact Details up-
-date with the Department
Social Security Arti,
storja, kultura, tradizzjonijiet miġbura
gżejjer
Jum l-Omm u Jum
-
67
tas
Mużika ispirata mill-ħajja 58 X’hemm ġdid? 60
The Public Service EXPO 2023
il
Missier
Sena mit-twaqqif
-Sigurtà Soċjali f’pajjiżna Many locals are crippled by a lack of financial literacy

Editorjal

Għeluq l-10 sena

tas-Sur Mark Musù

bħala Segretarju Permanenti

f’dan il-Ministeru

Ħajt ta’ kenn b’umiltà, sinċerità u ħafna imħabba

Tonio Bonello

Editur

Lejn tmiem Marzu kienet organizzata attività ta’ ħajr u apprezzament f’ġieħ l-10 anniversarju

tas-Sur Mark Musù bħala Segretarju

Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

Attività tassew f’waqtha, interessanti u oriġinali fl-istess ħin għaliex kienet tinkludi diversi preżentazzjonijiet qosra iżda sinifikanti dwar ħajtu. Fost dawn, intervisti mal-kollegi viċin tiegħu fl-Uffiċċju, diskorsi qosra spontanji ta’ rikonoxximent, dokumentarju dwar ħidmietu, vox pop mal-pubbliku u ikla bejnietna. Oriġinali daqstant ieħor kien ktieb volum li ngħata minna l-impjegati fi ħdan l-uffiċċju tiegħu bħala tifkira tal-okkażjoni jirrakkonta ħidmietu testwalment akkumpanjat b’fotografija relatata mal-istess ħidma ta’ dawn l-aħħar 10 snin.

Fost ħafna mistiedna u kelliema, wassal il-kelmtejn tiegħu l-Eks Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Mario Cutajar li fost affarijiet oħra spjega kif bħalissa qed isir ħafna xogħol ta’ fejda u servizz għall-pubbliku inġenerali, iżda sostna biex ilkoll kemm aħna nibqgħu naħdmu speċjalment biex nilħqu lil dawk il-familji u individwi li jinsabu hemm isfel nett.

Ħajr ta’ dan kollu lil kollegi Vanessa Cauchi, Deborah Cassar u l-Assistent Direttur Claudia Mifsud fost oħrajn li għal ġimgħat sħaħ ħadmu minn wara l-kwinti biex din l-attività setgħet tkun suċċess u fuq kollox twassal verament turija ta’ apprezzament u rikonoxximent lejn bniedem li fil-ħajja tal-lum, nistqarr ftit għad hawn bħalu.

Kelmtejn b’ruħ umana tassew li jagħtuk it-tama u l-kuraġġ biex tqum u tkompli fil-mixja tal-ħajja bl-għan li lkoll kemm aħna, sakemm nistgħu nservu ta’ ħajt ta’ kenn għal dawk l-anqas ixxurtjati u vulnerabbli fostna. Mhux essenzjalment jew biss fejn jidħol id-dħul monetarju, imma anke fil-weġgħat li tant u tant nies qed iġarrbu minħabba f’ċirkostanzi emozzjonali bħad-dipressjoni, jew minħabba f’nuqqas ta’ xogħol, problemi matrimonjali u vizzji. Fuq kollox minħabba f’nuqqas ta’ mħabba.

familja.media@gov.mt

Jien u nixtarr dan kollu, mort lura fis snin u ħarist lejn ħajti u ħajjet dawk ta’ madwari kif konna u kif aħna llum. Dan għax nemmen li biex aħna nkunu kapaċi ngħinu lil ħaddieħor, qabel xejn ninħtieġu nkunu tajbin aħna. Li qed ngħixu ħajja serena, trankwilla, ta’ serħan il-moħħ, ta’ mħabba u apprezzament ta’ dak li nagħmlu.

L-istruttura ġerarkika ta’ kull Ministeru għandha taħseb (anke bi programmi u inizjattivi apposta) f’dawk l-individwi bil-familji tagħhom li jaħdmu fl-istess ministeru u li huma wkoll jistgħu jinsabu hemm isfel nett!

Veru, jeżisti l-Employment Support Programme b’nies dedikati u professjonali, dejjem hemm lesti biex jgħinu f’ċirkostanzi fejn forsi aħna waħedna ma naslux. Però ngħid ukoll, kemm aħna ixxurtjati, aħna limpjegati f’dan il-Ministeru li għandna fisSegretarju Permanenti tagħna, punt ta’ referenza, ħajt ta’ kenn, bniedem umli li lest jagħti minn ħinu biex jisma’ u jifhem iċ-ċirkustanzi ta’ kull impjegat u li dejjem issibu lest biex jieħu azzjoni bl-għan li jara l-ħajja ta’ dak li jkun tmur għall-aħjar u/jew tiġi lura għan-normal.

Mhux li kien li kull min jinsab f’xi pożizzjoni ta’ awtorità, jagħti bi kliemu u b’għemilu dak is-sens ta’ tama, faraġ u mħabba li tant nies (kollegi sħabna) u xi drabi jista’ jkun aħna stess, tant ikollna bżonn.

Grazzi Sur Musù ta’ dak kollu li tagħmel għalina biex il-ħajja tagħna fuq il-post tax-xogħol u tant ieħor fid-djar mal-familji tagħna tkun tixhed tassew id-dinjità li kull bniedem jixraqlu jgħix.

Fil-paġni ta’ ġewwa tista’ ssib it-tieni parti ta’ intervista li saret mas-Sur Mark Musù titratta l-ħajja tiegħu minn dimensjoni soċjali, privata u mal-istess familja tiegħu. L-ewwel parti ta’ din l-intervista kienet ippubblikata fil-ħarġa FAMILJA ta’ Marzu tiffoka dwar ħidmietu.

familja.media@gov.mt

Minn issa qed naħsbu x’hemm bżonn għas-sena finanzjarja li jmiss

 Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, diġà implimenta 20 minn 22 miżura għall-baġit għas-sena 2023

 Ħidma biex inkomplu namministraw l-akbar baġit soċjali ta’ kull żmien li din is-sena se jlaħħaq kważi żewġ biljun ewro.

L - Onor. Michael Falzon

Ministru għall - Politika Soċjali u d - Drittijiet tat - Tfal

Ħbieb, għandna tassew għalfejn inħossuna sodisfatti u kburin għall-mod, kif flimkien irnexxilna nkomplu nsaħħu l-benesseri u l-qagħda soċjali ta’ pajjiżna. Kull ħaddiem tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għandu responsabbilità kbira fuq spallejh. Bħala fatt, eluf ta’ benefiċċji jiġu pproċessati ta’ kull ġimgħa minn dawn l-uffiċini. Eluf ta’ persuni jiddependu fuq tali benefiċċji.

M’għadek tisma’ lil ħadd jgħid li ma rċeviex xi pagament fil-ħin, anzi qed jirnexxilna

nħaddmu sistema illi biha nibgħatu

l-pagamenti qabel iż-żmien, u f’ċertu każijiet anke minn ġimgħat qabel. Dan nagħmluh

għax nifhmu r-realtajiet tan-nies hemm barra, u nirrikonoxxu li hemm min għandu bżonn l-għajnuna.

Tagħna huwa tim magħqud, b’saħħtu, reżiljenti u li jiflaħ għall-pressjoni u li kapaċi jwettaq fil-ħin. Ser inkomplu dejjem niltaqgħu m’aktar sfidi u mhux eskluż illi x-xhur illi ġejjin iġibu magħhom bżonnijiet ġodda. Bħalissa l-Gvern ikun qed janalizza s-sitwazzjoni attwali, kemm dik tal-pajjiż, kif ukoll pressjonijiet esterni internazzjonali li qed ikomplu jħallu l-effett tagħhom mad-dinja kollha.

Minn issa wkoll, qegħdin naħsbu x’hemm bżonn isir għas-sena finanzjarja li jmiss. Mhux se tkun l-ewwel okkażjoni fejn ikollna xogħol li huwa addizzjonali minn dak diġà fdat lilna. Niftakru kif waqt il-pandemija, b’suċċess introduċejna benefiċċji ġodda, li minnhom gawdew eluf ta’ familji, ħaddiema u persuni b’diżabilità. L-istess għandna nkunu preparati issa, sabiex meta nintalbu nintervjenu, nagħmlu dan b’effiċjenza u b’empatija.

Kuntent b’kull wieħed u waħda minnkom. Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, diġà implimenta 20 minn 22 miżura għall-baġit għas-sena 2023. Dawn ir-riżultati għandhom ikomplu jmexxuna ’l quddiem sabiex inkomplu namministraw l-akbar baġit soċjali ta’ kull żmien, fejn din is-sena se jlaħħaq kważi żewġ biljun ewro.

Konxju ta’ dan kollu, nawguralkom aktar suċċess fil-ħidma tagħkom, filwaqt illi nixtiqilkom staġun sajfi mill-isbaħ, u li jservi sabiex tgawdu l-familjari tagħkom, flimkien ma’ ġranet twal, xemxin u sajfin!

familja.media@gov.mt

Intervista mas-Sur Mark Musu f’għeluq l-10 sena ta’ ħidmietu bħala Segretarju Permanenti

Għalija l-familja tfisser l-iskop għal xiex qed ngħix

Tonio Bonello

Editur

Fil-ħarġa ta’ Marzu ta’ FAMILJA kelli l-pjaċir

niltaqa’ mas-Sur Mark Musù, Segretarju

Permanenti biex tkellimna dwar ħidmietu

fil-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet

tat-Tfal, kemm għal dawn l-aħħar 10 snin bħala Segretarju Permanenti, kif ukoll dwar ħidmietu matul 36 sena li ilu jservi f’dan il-Ministeru.

Illum l-intervista se tkompli, iżda s-suġġett li qbadt mas-Sur Musù kien dwar il-familja u

l-ħajja privata tiegħu. Fid-dawl ta’ dan bdejt biex staqsejtu…

Apparti l-ħidma tiegħek bħala Segretarju Permanenti, inti wkoll raġel bil-familja u missier. X’tikkumenta dwar dan? Min inti inti wara l-ħin tax-xogħol u x’tgħidli dwar il-familja tiegħek?

Ħa nibda hekk, għalija l-familja tfisser l-iskop għal xiex qed ngħix. Jiena miżżewweġ, il-mara għandha l-karriera tagħha wkoll fis-sens li hi Direttur fis-servizz pubbliku. Għandna żewġt itfal. It-tifla għandha 27 sena u taħdem fis-servizz pubbliku wkoll u t-tifel għandu 21 u proprju dan ix-xahar (Ġunju) se jkun qed

jiggradwa fil-Multimedia Software

Development. M’għandu l-ebda ħajra li jaħdem fis-servizz pubbliku, għalkemm jien nipprova nħajru... Però m’għandix dubju li l-linja li qabad għandu baħar fejn jista’ jimrah fih, kemm mal-

familja.media@gov.mt

gvern u kemm mal-privat. Il-familja hi l-mimmi t’għajnejja u jalla nibqgħu sejrin hekk.

Issibkom taqblu bejnietkom f’kuntest ta’ ġenituri vs l-ulied? L-età tagħmel differenza fil-modi kif taħsbuha, tesprimu rwieħkom, taqblu jew ma taqblux?

Jekk nipprova nqabbel ma’ meta kont żgħir jien nara differenza kbira. Jien lil missieri tliftu żgħir u allura ma tantx kelli interazzjoni miegħu, dik ir-relazzjoni ta’ iben u missier. Ir-relazzjoni tal-iben mal-omm tkun differenti u dik nirringrazzja ’l Alla gawdejtha sew. Imma l-komunikattiva dak iż-żmien kienet wiċċ imb’wiċċ u verbali biss tista’ tgħid.

Naturalment il-mentalità tiegħi bħala ġenitur mhix ristretta bħalma kienet tal-ġenituri tiegħi. Jien miftuħ għal bidliet u nifhem li ż-żminijiet jinbidlu u allura naġġorna ruħi. Naturalment għandi l-limiti tiegħi ukoll, għax xorta m’għandix il-mentalità sħiħa li għandhom iż-żgħażagħ illum. Minkejja dan però ma narax li għandna xi problemi kbar f’din il-qabża ġenerazzjonali.

Problema li ġieli nsib hija fil-komunikattiva. Kultant il-lingwaġġ li bih jitkellmu ż-żgħażagħ tal-lum insib diffikultà biex nifhmu. Anke sempliċi messaġġ fuq il-mobile, jiktbuli xi ħaġa t-tfal kultant ikolli naqraha darbtejn, tlieta biex inkun ċert fhimtx sew.

Kif tispjega l-esperjenza tiegħek bħala missier bit-tfal, x’tgħallimt minnha u fejn tixtieq tara lil uliedek jaslu?

jitilqu mid-dar u jieħdu l-istat tagħhom. Naħseb li dak hu l-għan ta’ kull ġenitur hux, li mhux biss jara l-uliedu aħjar minnu imma ssetiljati u totalment indipendenti li jistgħu jkomplu jaqdfu għal rashom. U dwar uliedi m’għandhiex dubju minn dan li se jaslu.

X’inhuma d-delizzji jew passatempi tiegħek u kif tgħaddi l-jiem ta’ mistrieħ meta tkunu flimkien bħala familja?

Jien bniedem li nħobb il-football. Meta kont żgħir kont nilgħab fit-Third Division tal-Malta Football Association u anke f’xi leagues oħrajn tal-amateurs. Kont nilgħab ukoll mat-tim tad-dipartiment għax fil-passat kellna tim tal-football ukoll hawn.

Sa ftit taż-żmien ilu kont għadni nilgħab però imbagħad minħabba l-problema tal-piż li kelli kont waqaft. Issa f’din l-aħħar sena, grazzi

għal mara tiegħi u s-sapport tagħha għax fil-fatt kienet xi ħaġa li għamilniha flimkien, jien inqast 50 kilo u bis-saħħa t’hekk irnexxieli nerġa’ nibda nilgħab logħba football kull ġimgħa ma’ persuni tal-età tiegħi jew akbar minni. Dan qed iservini bħala eżerċizzju iżda wkoll ta’ rilassament. Inħobb ukoll insegwi l-logħob fuq it-tv.

Illum iżda sirt nippreferi li noqgħodu fuq sufan jiena u l-mara u naraw xi film jew serje. Jiġifieri jekk tgħidli biex naraw film, anke jekk ikun hemm partita football (sakemm ma tkunx xi logħba importanti), ngħidilha aktar iva milli le u naraw film flimkien. Inħobb nimxi wkoll. Jekk jista’ jkun jekk ikolli qadja, sakemm ma tkunx tinvolvi tqandil, nippreferi mmur bil-mixi biex kemm jista’ jkun inżomm ruħi attiv.

Nixtieq narahom issetiljati bil-familji rispettivi tagħhom, naturalment jekk dik tkun l-għażla tagħhom. Għandi xewqa kbira wkoll li jagħmluni nannu, imma naturalment għalija m’għandhomx assolutament għaġġla biex

familja.media@gov.mt

Tmiem il-ġimgħa għalik ifisser jiem bħal l-oħrajn, jiġifieri aktarx xogħol? Kif ikun weekend tipiku tiegħek?

Fil-weekend nipprova naqta’ ftit mill-istress tax-xogħol. Iva jekk ikollna xi attività tax-xogħol jew xi press event ikolli nattendi, imma s-Sibt tkun il-ġurnata li normalment inħalliha għalina u ma nagħmel xejn, lanqas nara emails. Ħalli mbagħad narahom il-Ħadd, imma s-Sibt normalment immur nagħmel ix-xirja għal familja jien u ma niddejjaqx li nagħmel dan.

Ħafna drabi mmur waħdi imma ġieli mmorru

jien u l-mara u xi darba kultant forsi jiġu xi ħadd mit-tfal tiegħi wkoll miegħi jew magħna. Filgħaxija jew noħorġu, inkella mmorru s’għand oħt il-mara jew huma jiġu għandna. Dak it-tip, sempliċi kemm jista’ jkun.

Il-Ħadd filgħodu d-dar ħafna drabi ngħadduh

għalkemm ġieli ħrieġna nieklu wkoll. Wara nofsinhar inħobbu mmorru daqsxejn

fil-kampanja u l-post favorit tiegħi huwa

Fomm ir-Riħ, post fejn il-baħar, fl-istess ħin hemm naqra kampanja wkoll u ngħaddu ftit ħin hemm għal kwiet. Il-Ħadd però nipprova nsib il-ħin ukoll biex nara l-emails li jkunu daħlu fil-weekend.

Inħobbu wkoll is-safar, kemm jien u anke l-familja. Insiefer mal-ħbieb ukoll, kollegi tax-xogħol stess. Nifthiemu, mhux xi wieħed li nagħmel xi 10 safriet matul is-sena ta. Probabbilment xi tlieta jew erba’ darbiet, iżda ġieli jkolli xi safar tax-xogħol ukoll. Il-fatt li qed tara ambjent differenti minn ta’ pajjiżek u tiltaqa’ ma kulturi oħrajn u tiskopri affarijiet ġodda huma affarijiet mill-isbaħ.

familja.media@gov.mt

X’jagħmel jew jagħmlu dawk l-aktar affarijiet fil-ħajja li lilek ituk il-kuraġġ biex tkompli, is-saħħa biex tibqa’ tisma’ lil kull min jiġi għandek bil-problemi, u t-tama li sa fejn tista’, tara lil kulħadd kuntent?

Il-Ministru Michael Falzon iħobb jgħid li min jaħdem f’dan il-Ministeru għandu vokazzjoni. Jien naħseb li hawnhekk kull persuna għandha dak id-don tal-empatija u li tipprova tgħin. L-iktar ħaġa li dejjem emfasizzajt, anke meta nkun qed nindirizza l-impjegati tagħna hi li ma nħarsux lejn ix-xogħol bħala files, iżda bħala nies.

Kull meta għandek lil xi ħadd quddiemek li ġie jitolbok l-għajnuna, trid titrattah daqs li kieku ġiet ommok, ġie missierek, ġie ħuk jew ġiet oħtok u għandhom bżonn l-għajnuna u allura trid timxi magħhom bl-istess mod kif timxi mal-familjari tiegħek stess. Mhux bi pjaċir jew favoritiżmu iżda b’ġustizzja.

Il-pern tal-ħidma tagħna fuq kollox hija l-ġustizzja soċjali. Naħseb dak hu li lili jixprunani ’l quddiem. Jien min-natura tiegħi, bniedem li nħobb ngħin u allura ġieli anke problemi li m’għandhomx x’jaqsmu mal-ministeru tagħna nipprova ngħin kif nista’. Jien x’ħa nitlef billi jekk ġie jkellimni xi ħadd, għandu bżonn xi ħaġa u naqbad it-telefown u nċempel lil kollega tiegħi f’dipartiment jew ministeru ieħor u nara jekk dak il-bniedem jew familja tistax tiġi mgħejjuna fil-problema tagħha. U bħali hawn ħafna ta f’dan il-Ministeru nassigurak.

tal-irtirar. Għalkemm l-età tal-irtirar tiegħi hi ta’ 65 sena, kif inhi l-liġi llum wieħed jista’ jirtira ta’ 61 sena.

Ħa nkun ċar, m’inhix qed ngħid li għandi xi pjan li nirtira ta’ 61 imma sa 10 snin oħra inkun anke għaddejt l-età tal-irtirar! Żgur li sa 10 snin oħra ma naranix bħala Segretarju Permanenti però nemmen li sakemm iħallini Alla għad baqgħali ħafna snin oħra x’nagħti u ovvjament jekk il-Gvern ikollu l-pjaċir iħallini nibqa’ nservi f’din il-kariga.

Nemmen iżda li meta jiġi l-mument biex inħalli s-siggu għal ħaddieħor, hemm persuni idoni li jistgħu jieħdu s-siġġu tiegħi u bħal ma jien komplejt nibni fuq li għamlu ta’ qabli, hekk ukoll huma jkunu jistgħu ikomplu jibnu fuq dak li għamilt jien bl-għajnuna ta’ sħabi l-kollegi. Għax wara kollox ix-xogħol isir mhux minn individwi waħidhom imma minn gruppi ta’ nies fi sforz kollettiv ta’ xogħol. Il-mertu ta’ min imexxi jkun li jgħaqqad lil kulħadd wara viżjoni u flimkien jaħdmu biex iwettquha.

Minkejja dan, f’dak iż-żmien, jekk il-Gvern ikun jogħġbu joffrili xi posizzjonijiet oħrajn jew xi mod ieħor kif inkun nista’ nagħti kontribut tiegħi f’dal-qasam jew xi qasam ieħor, jien inkun lest nikkunsidra dan meta jiġi l-waqt.

Il-ħolma li għandek dwarek u l-familja?

Ftit tax-xhur ilu fakkart l-10 anniversarju minn din il-ħatra tiegħek f’dan il-Ministeru. Fejn tarak 10 snin oħra?

F’April jien għalaqt 58 sena u dan ifisser li bil-mod il-mod, jien ukoll riesaq lejn l-età

Iva, kif diġà esprimejt, nixtieq nara lit-tfal ikunu ssetiljati u li possibbilment jagħmluni nannu. Imma fl-aħħar mill-aħħar nistqarr li mal-familja tiegħi kont dejjem kuntent u jalla ħajjitna tkompli għaddejja kif inhi u li nkunu b’saħħitna għax is-saħħa hija l-akbar rigal li jista’ jagħtik Alla.

familja.media@gov.mt

Nirrikonoxxu l-Eċċellenza

L-Għoti ta’ Rikonoxximent għas-Servizz Pubbliku

2023

Tim IMU

L-Għoti ta’ Rikonoxximent għas-Servizz Pubbliku jservu bħala pjattaforma biex jonoraw individwi u proġetti eċċezzjonali li għamlu kontributi notevoli lill-amministrazzjoni pubblika. Fost in-nominati stmati għall-Għoti ta’ Rikonoxximent għas-Servizz Pubbliku, l-App mySocialSecurity rebħet l-Aħjar Soluzzjoni Diġitali. Din l-inizjattiva, immexxija mill-Unità tal-Immaniġġjar tal-Informazzjoni

(IMU) tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal (MSPC), bidlet b’mod sinifikanti s-servizzi taċ-ċittadini billi ppromwoviet l-innovazzjoni, l-aċċessibbiltà, u

kbira lill-aċċessibilità, is-sigurtà u l-konvenjenza. L-App mySocialSecurity tippermetti liċ-ċittadini jinnavigaw bla xkiel f'servizzi personalizzati, inklużi kalkulaturi u għażliet self-service, u b'hekk tiffaċilita l-ġestjoni tad-dettalji personali kif ukoll l-istima tal-benefiċċji. Dan l-avvanz teknoloġiku mhux biss saħħaħ l-effiċjenza għaċ-ċittadini iżda ssimplifika wkoll l-operazzjonijiet għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Is-suċċess tal-App mySocialSecurity huwa evidenti fir-riżultati tanġibbli tagħha. Tejbet sostanzjalment il-kwalità u l-puntwalità tas-servizzi, li rriżultat f’ħinijiet ta’ stennija mnaqqsa u żieda fl-użu tas-servizzi online.

Iċ-ċittadini jistgħu jiffrankaw ħin prezzjuż u sforz billi jagħmlu użu minn firxa ta’ għażliet ta’ self-service, li jagħtuhom aċċess 24/7 għas-servizzi tas-sigurtà soċjali. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-awtentikazzjoni tal ID fi ħdan l-App saħħet il-miżuri ta’ sigurtà, u naqqset b’mod sinifikanti r-riskju ta’ frodi u serq tal-identità.

mySocialSecurity ippermettiet liċ-ċittadini jinteraġixxu mad-Dipartiment għas-Sigurtà mod aktar effiċjenti, billi offriet pjattaforma aċċessibbli u konvenjenti. Barra minn hekk, dan l-approċċ iċċentrat fuq ċittadini għall-għoti tas-servizz, rawwem ’ servizz pubbliku aktar effiċjenti, li ġġenerat impatt pożittiv fuq is-soċjetà kollha kemm permezz ta’ effiċjenza mtejba u l-għoti

App mySocialSecurity sfruttat b'suċċess potenzjal tad-data u t-teknoloġija biex tikseb riżultati pożittivi. Billi noffru servizzi komprensivi online u bl-użu tal-kalkulaturi, ċittadini issa huma mgħammra biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati sew dwar il-benefiċċji sigurtà soċjali tagħhom. Barra minn hekk, disinn responsiv tal-App jiżgura kompatibilità fuq diversi apparat.

pubbliku, billi pprijoritizzaw l-aċċessibbiltà, l-effiċjenza u l-innovazzjoni. Il-proġett

mySocialSecurity ta bidu għal bidla trasformattiva fis-servizzi taċ-ċittadini, li ħalla impatt dejjiemi fuq is-soċjetà. Ir-rikonoxximent bħala l-Aħjar Soluzzjoni Diġitali fil-Premjijiet tas-Servizz Pubbliku 2023 mhux biss jivvalida l-isforz tagħna, iżda jservi wkoll bħala ispirazzjoni għal oħrajn biex jadottaw approċċi simili, li jwassal għal aktar avvanzi fl-amministrazzjoni pubblika u l-benesseri taċ-ċittadini.

Xejn minn dan ma kien ikun possibbli mingħajr l-appoġġ imprezzabbli u l-għoti tas-setgħa li ngħataw mis-Segretarju Permanenti stmat tagħna, kif ukoll it-Tim eċċezzjonali tas-Sigurtà Soċjali fi ħdan il-MITA, li d-dedikazzjoni u l-kollaborazzjoni tagħhom kienu dejjem strumentali f’dan il-vjaġġ.

The Public Service Awards 2023

IMU TEAM

The Public Service Awards serve as a platform to honour exceptional individuals and projects that have made notable contributions to public administration. Among the esteemed nominees for the 2023 Public Service Awards, the mySocialSecurity App emerged as the Best Digital Solution. This initiative, led by the Information Management Unit (IMU) of the Ministry for Social Policy and Children's Rights (MSPC), has significantly transformed citizen services by promoting innovation, accessibility, and efficiency.

The mySocialSecurity App has elevated citizen services to new heights by placing utmost importance on accessibility, security, and convenience. The mySocialSecurity App seamlessly enables citizens to navigate personalised services, including calculators

familja.media@gov.mt

and self-service options, thereby facilitating the management of personal details and also benefits estimation. This technological advancement has not only enhanced efficiency for citizens but also streamlined operations for the Department of Social Security.

The success of the mySocialSecurity App is evident in its tangible results. It has substantially improved the quality and timeliness of services, resulting in reduced waiting times and increased utilisation of online services. Citizens can save valuable time and effort by making use of a range of self-service options, granting them 24/7 access to social security services. Additionally, the implementation of e-ID authentication within the App has bolstered security measures, significantly reducing the risk of fraud and identity theft.

By offering an accessible and convenient platform, mySocialSecurity has enabled citizens to engage with the Department for Social Security in a more efficient manner. Furthermore, this citizen-centric approach to

The mySocialSecurity App has successfully harnessed the potential of data and technology to achieve positive outcomes. By offering comprehensive online services and utilising calculators, citizens are now equipped to make well-informed decisions regarding their social security benefits. Furthermore, the responsive design of the App ensures compatibility across multiple devices. The mySocialSecurity project and the nominated unit have exemplified excellence in public service, by prioritising accessibility, efficiency and innovation. The mySocialSecurity project has initiated a transformative shift in citizen services, leaving an enduring impact on society. The recognition as the Best Digital Solution in the Public Service Awards 2023 not only validates our effort, but also serves as an inspiration for others to adopt similar approaches, leading to further advancements in public administration and citizen well-being.

None of this would have been possible without the invaluable support and empowerment provided by our esteemed Permanent Secretary, as well as the exceptional Social Security Team within MITA, whose dedication and collaboration have always been instrumental in this journey.

25 sena ta’ servizz (It-tieni parti)

Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali

Alfred Grixti

Kap Eżekuttiv, FSWS

Din is-sena l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS, tagħlaq 25 sena mindu twaqqfet. Għaldaqstant, f’dan it-tieni parti tal-artiklu tiegħi se nagħti ħarsa lejn l-investiment li bħala Fondazzjoni għamilna matul dawn l-aħħar snin.

Għas-sena li qegħdin fiha (2023) il-baġit tal-FSWS ilaħħaq €26,400,000 rikorrenti, €3,780,000 għall-Programmi u Inizjattivi tal-Ministeru fdati lill-FSWS u €430,000 għal infieq kapitali. Dan iġib total ta’ €30,610,000.

Investiment sostnut

Matul dawn l-aħħar snin l-FSWS rat żieda konsiderevoli fil-fondi allokati għaliha u anki fl-għadd ta’ mpjegati professjonisti li jaħdmu magħha. Fi kliem sempliċi, dan kien dovut għall-fatt li t-tkabbir ekonomiku li gawda minnu l-pajjiż kien ukoll tradott f’investiment akbar fl-FSWS. Li ġara huwa li l-finanzjament li l-Gvern jgħaddi lill-FSWS segwa l-istess xejra jew rata ta’ tkabbir tal-ekonomija Maltija.

Dan jidher miż-żewġ tabelli li qed nirriproduċi fil-paġna li jmiss. L-ewwel tabella turi kif kibret l-ekonomija, kif kiber il-baġit nazzjonali u kif kiber il-vot tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal (MSPC). It-tieni tabella turi kif żdied il-baġit tal-FSWS matul l-istess medda ta’ snin.

Meta wieħed iqis li fl-2012 ma kienx hemm investiment kapitali u jqabbel mbagħad in-nefqa rikorrenti u fuq Programmi u Inizjattivi tal-2012 ma’ dik tal-2023, isib li dawn żdiedu b’erba’ darbiet (3.9 biex inkun preċiż) minn €7,735,000 fl-2012 għal €30,180,000 fl-2023. Din iż-żieda ta’ 390% fil-finanzjament tal-FSWS intużat biex jiżdiedu s-servizzi.

familja.media@gov.mt
familja.media@gov.mt

Meta ngħidu nżidu s-servizzi jfisser primarjament li nżidu l-professjonisti li qed jagħtuhom, għax dawn is-servizzi huma servizzi li bilfors iridu jingħataw in person. Ma jistax ikollok robot jew avatar jagħmel ix-xogħol ta’ social worker, family therapist jew youth and community worker.

L-ewwel nett il-Proġett LEAP tkompla b’fondi

bħala parti mill-istrateġija kontra l-faqar. Dan issa ġie integrat fl-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità

familja.media@gov.mt
Erba’ oqsma ġodda fejn investejna f’aktar riżorsi umani
nazzjonali
for Therapeutic and YEAR 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 APPOGG 240 250 260 295 326 252 291 183 190 193 SEDQA 85 96 93 104 103 109 115 119 122 128 LEAP (ACTS) 0 0 0 0 62 109 132 114 129 130 ALTERNATIVE CARE 0 0 0 0 0 83 97 256 271 278 PROTECTION of MINORS 0 0 0 0 0 0 0 35 46 55 GOZO 0 0 0 0 0 0 19 19 22 27 HEAD OFFICE 23 24 31 40 36 45 63 82 96 101 MANAGEMENT 27 25 24 24 23 30 35 37 41 55 TOTALS 375 395 408 463 550 628 752 845 917 967
(ACTS – Agency

Community Services). Din l-Aġenzija timpjega terapisti tal-familja, social mentors u community development workers, fost professjonijiet oħrajn.

Impjegajna r-Risk Assessors tal-Vjolenza Domestika, kif rikjest mil-liġi relevanti. Saħħaħna s-servizz tal-179 (in-National Support Line) billi impjegajna responders full time 24 siegħa kuljum.

Għall-ewwel darba, it-tfal li qegħdin f’kura alternattiva għandhom konsulent pedjatra, impjegat tal-Fondazzjoni li jsegwi s-saħħa tagħhom bl-għajnuna ta’ żewġ infermiera (ukoll impjegati tal-FSWS). Dan barra li għall-ewwel darba wkoll, kif ġa aċċennajt, għandna servizzi fil-gżira Għawdxija li ma kellniex qabel. It-tabelli fil-paġna ta’ qabel din turi kif żdiedu l-impjegati fi ħdan l-FSWS matul dawn l-aħħar għaxar snin.

Dawn it-tabelli juru kif bejn l-2012 u l-2021 il-Fondazzjoni żiedet ir-riżorsi umani tagħha b’ 2.58-il darba jew 158%.

Importanti jkun emfasizzat li l-maġġoranza assoluta tal-impjegati tagħna huma professjonisti varji fil-qasam soċjali li jagħmlu xogħol direttament mas-service users tagħna. Dawn huma ’l hekk imsejħa mpjegati diretti (direct employees) li jwettqu l-ħidma ewlenija u ċentrali tagħna.

L-impjegati diretti jammontaw għal 78% tal-impjegati kollha tagħna u fost-oħrajn, jinkludu aktar minn 300 (tliet mitt) social worker. B’hekk l-FSWS hija l-akbar employer ta’ ħaddiema soċjali f’Malta. Il-bqija tal-impjegati li jammontaw għal 22% tat-total huma impjegati indiretti. Huma nies kwalifikati wkoll u huma l-back-office li jsostnu l-ħidma tal-frontliners tagħna. Fost dawn insibu n-nies fl-IT, maintenance, finanzi u payroll, riżorsi umani, riċerka u statistika.

25 sena ta’ suċċess

Suċċess mhux għax sar kollox perfett. Kif jgħidu, min ma jagħmel xejn ma jiżbaljax.

Imma suċċess għax:

(1) komplejna nkabbru l-għarfien fost il-pubbliku li hawn l-għajnuna għal min hu f'sitwazzjoni vulnerabbli u

(2) għax tant qed jasal dan il-messaġġ li aktar ma niftħu servizzi ġodda aktar qed ikun hemm nies ta’ kull sess jew ġeneru, età u nazzjonalità li jiġu jfittxu s-servizzi tagħna. Aħna ngħidu li, mqar niftħu kamra f’lokalità u jibdew ġejjin in-nies.

Fl-aħħar mill-aħħar dan huwa s-sodisfazzjon tagħna. Li nafu li qed nagħmlu differenza

għall-aħjar fil-ħajja tan-nies li jfittxu s-servizzi tagħna. U huwa għal din ir-raġuni li nħarsu ’l quddiem lejn 25 sena oħra ta’ servizz.

familja.media@gov.mt

Ritratt: Elina Fairytale

Is-Seminar dwar il-Miżuri tal-Budget 2023 (It-Tieni Parti)

Imnedija l-Viżjoni Soċjali għat-13-il sena li ġejjin

Fil-ħarġa preċedenti tajt ħarsa lejn budget seminar li jsir ta’ kull sena mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Fl-ewwel parti segwejna d-diskorsi tal-Onor.

Ministru Michael Falzon, tas-Segretarju

Permanenti Mark Musù u tad-Direttur Ġenerali għas-Sigurtà Soċjali Grazio Barbara.

Matul din it-tieni u l-aħħar parti se nkun qed inwassal sommarju ta’ rappurtaġġ tal-kelliema; Raymond Chetcuti, Direttur Income Support & Compliance Division - Alexia Vella u Fiona

Cilia Pulis, Direttur u Assistent Direttur għar-Relazzjonijiet Internazzjonali rispettivament - Martin Buhagiar, Assistent Direttur Għajnuna Finanzjarja u Investigazzjonijiet.

Raymond Chetcuti

Direttur Income Support & Compliance Division

Is-Sur Chetcuti beda biex tkellem dwar żewġ diviżjonijiet fi ħdan dan id-Direttorat, jiġifieri il-Business Intelligence Unit li bdiet taħdem formalment fl-2016, kif ukoll il-Benefits Compliance Unit.

Spjega kif permezz ta’ dawk imsejħa Tax Profiles issa qed ikunu jafu aħjar dwar minn tassew hu eliġibbli għal benefiċċju u min qed jabbuża mis-sistema. Ħabbar kif fid-dawl ta’ dan, matul l-2022 saru 400 spezzjoni li 211

familja.media@gov.mt 18

minnhom irriżultaw kienu in breach. Sostna li hu b’konsegwenza ta’ dawn ir-riżultati li aktar qed tippreżenta l-validità tagħha l-Business Intelligence Unit.

Il-kelliem kompla li f’dan l-aħħar żmien kienet introdotta s-sistema ta’ Virtual Files li din qed tiffranka minn ħafna files fiżiċi li kien ikollhom iżommu fil-passat. Dan waqt li s-sistema l-ġdida hi aktar effiċjenti u qed toħloq ukoll aktar spazju fejn l-impjegati jistgħu jaħdmu.

Fir-rigward tal-In-Work Benefit, is-Sur Raymond Chetcuti temm jgħid kif matul is-sena preċedenti (2022) il-benefiċjarji laħqu s-26,000, jiġifieri ntlaħħqu 39,000 tifel u tifla.

Alexia Vella u Fiona Cilia Pulis

Direttur u Assistent Direttur għar-Relazzjonijiet Internazzjonali

Is-sinjuri Vella u Cilia Pulis bdew biex spjegaw l-għan tat-Taqsima Relazzjonijiet

Internazzjonali fi ħdan il-Ministeru li, fi ftit kliem jinġabru f’erba’ punti ewlenin, jiġifieri:

(a) Bħala punt ta' referenza għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-UE u l-affarijiet internazzjonali

(b) Simplifikar tal-koordinazzjoni tar-regolamenti tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni Ewropea u fiż-żona ekonomika Ewropea

(c) It-tħaris ta’ konvenzjonijiet bilaterali li Malta għandha ma’ stati oħra u konvenzjonijiet li jista’ jkollha ma’ kwalunkwe stati oħra fil-futur b’sens ta’ korteżija u b’effiċjenza; u

(d) Il-Prattika ta’ komunikazzjoni tajba mal-istituzzjonijiet rilevanti tas-sigurtà soċjali b’impenn lejn il-klijent.

familja.media@gov.mt

Ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea

Din il-ħidma tkopri l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha fir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, 987/2009 u 1231/2010.

Din it-taqsima taġixxi bħala punt ta' referenza għall-kooperazzjoni internazzjonali fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali; Fi ġbir ta’ statistika u mili ta’ kwestjonarji; bħala segwitu ta' kawżi fil-qorti dwar ksur ta’ regolamenti relatati mas-sigurtà soċjali tal-UE, kif ukoll tagħti r-reazzjonijiet tagħha dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE li fiha dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

Ma’ dawn hemm it-tfassil ta' leġiżlazzjoni; aġġornamenti tad-Direttivi tal-UE; rappreżentanza ta’ Malta fil-Kummissjoni Amministrattiva, fil-Kumitat Konsultattiv u fil-Grupp ta' Ħidma għall-Kwistjonijiet Soċjali; it-trasferimenti tad-Drittijiet tal-Pensjoni u skambji elettroniċi ta' informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI).

Relazzjonijiet Bilaterali

It-taqsima dwar Relazzjonijiet Internazzjonali tidħol ukoll fil-qasam ta’ relazzjonijiet bilaterali ma’ Stati oħrajn minn dimensjoni ta’ sigurta’ soċjali. Fil-preżent Malta għandha Ftehimiet Bilaterali ma’ tlett pajjiżi, jiġifieri mal-Awstralja, il-Kanada u New Zealand.

L-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni

Ewropea

Wara l-Brexit, il-moviment ħieles tal-persuni bejn l-UE u r-Renju Unit ġie fi tmiem b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021. B’dan, dawk li kienu f'sitwazzjoni fil-konfini bejn l-UE u r-Renju Unit qabel id-data msemmija huma koperti taħt il-Ftehim tal-Irtirar. Il-ftehim jippermetti d-dritt tagħhom li jibqgħu jgħixu fejn qegħdin, jiżgura li ma ssirx diskriminazzjoni magħhom u fuq kollox, li jipproteġi d-drittijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom rispettivament.

Assigurabilità

Din hi l-ħidma dwar leġiżlazzjoni applikabbli għal barranin li jaħdmu f'Malta jew Maltin li jkunu stazzjonati barra minn Malta. Tinkludi: Ħruġ ta' formoli A1 għall-assigurabilità kontinwa; isservi bħala sors ta’ informazzjoni għal kumpaniji lokali li jixtiequ jistabbilixxu negozji f'Malta u jassiguraw lill-impjegati tagħhom f’Malta, kif ukoll koordinament ta’ kull ftehim bejn Malta u Stati Membri oħra dwar l-assigurazzjoni ta' ċerti persuni u/jew kategoriji ta' persuni.

Ħidma Operattiva

F’dan il-qasam is-servizz jinkludi ħidma dwar il-ħlas tal-benefiċċji; jilqa’ talbiet għal benefiċċji taħt Regolamenti tal-UE/Ftehimiet Bilaterali; il-koordinament meħtieġ ma' stati oħra biex tintlaħaq ir-rata korretta li għandha titħallas; l-eżaminar u l-kalkolu ta’ talbiet dwar benefiċċji u l-immaniġjar ta’ formoli elettroniċi.

Ma’ dawn, l-ipproċessar ta’ talbiet ta’ rkupru li jaslu minn istituzzjonijiet oħra tal-UE skont il-proċeduri tar-Regolamenti tal-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali tal-UE.

familja.media@gov.mt

Customer Care

Permezz ta’ dan is-servizz, ikunu indirizzati

mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku fir-rigward tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali meta jmorru

jgħixu barra u t-tlestija taċ-ċertifikati mitluba minn persuni qabel ma jmorru barra minn Malta fir-rigward tar-rekords tas-sigurtà soċjali tagħhom f'Malta.

Jittieħdu ħsieb ukoll notifiki dwar mewt u waqfien ta’ arretrati; ħidma ma’ persuni barranin li jaslu Malta b’ċertifikati ta’ benefiċċji barranin u assistenza sabiex tinkiseb informazzjoni f’isem il-klijenti ma’ Centrelink, Service Canada u l-istituzzjonijiet tal-UE dwar diversi materji kif ikun meħtieġ.

Ċertifikati ta’ Verifika tal-Intitolament

Iċ-Ċertifikati ta’ Verifika tal-Intitolament jintbagħtu annwalment lill-pensjonanti residenti

barra. Dawn jassistu sabiex ikunu investigati każijiet fejn iċ-ċertifikati tal-ħajja ma jintbagħtux lura fi żmien l-iskadenza. Din it-Taqsima twettaq ukoll skambju ta’ informazzjoni mar-Renju Unit.

Research and Policy

Tħejjija ta' dokumenti ta' politika/memoranda dwar diversi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà soċjali bħal dwar l-assigurazzjoni tal-baħħara; evalwazzjoni u analiżi ta’ policies fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali, kif ukoll konsultazzjoni Inter-Ministerjali u Intra-Ministerjali.

Quality Service Award

Konklussivament irid jingħad li fl-2022, it-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kienet ġiet rikonoxxuta għal ħidma kostanti tagħha bil-Quality Service Award.

Rikonoxximent mill-Assoċjazzjoni

Internazzjonali għas-Sigurtà Soċjali

L-Assoċjazzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà Soċjali (ISSA) rrikonoxxiet dil-ħidma mwettqa ta’ dan il-Ministeru fi sforz biex jassisti

lill-ġenituri li jaħdmu, u lill-ħaddiema b'diżabilità jew medikament vulnerabbli li ġew affettwati mill-effetti tal-pandemija fl-2020 u l-2021, kif ukoll dawk li kienu tilfu l-impjieg temporanjament minħabba fil-Covid.

Dan l-impenn Malti kiseb rikonoxximent

flimkien ma’ dawk ta’ istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mill-Iżrael, il-Ġermanja u Franza rispettivament. Iċ-Ċertifikati ta’ Eċċellenza

kienu ippreżentati waqt forum Ewropew li kien organizzat minn NOW fl-Estonja bejn it-2 u t-3 ta' Mejju 2022.

familja.media@gov.mt 21

F’isem il-Ministeru, u f’isem id-Diviżjoni

għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, irċevew iċ-ċertifikat ta’ mertu d-Direttur Ġenerali

tas-Sigurtà Soċjali Grazio Barbara u d-Direttur tar-Relazzjonijiet Internazzjonali Alexia Vella.

Martin Buhagiar

Assistent Direttur, Għajnuna Finanzjarja u Investigazzjonijiet

Is-Sur Buhagiar beda biex qal li dwar il-Pensjonanti qed tingħata żieda ta’ €9.90 bħala COLA minn barra ż-żieda ta’ €2.60 lill-pensjonanti tal-Pensjoni tal-Età; Pensjoni tal-Irtirar; Romol u Invalidità, kif ukoll persuni li jirċievu Assistenza għal Diżabilità Severa u Assistenza għal Persuni b’vista batuta li jilħqu l-eta ta’ sittin (60) sena.

Minn Jannar 2023, il-pagament tal-Għotja għal Carer telgħet minn €500 għal €4,500 fis-sena u l-pagament qed jinqasam kull tliet xhur. Dwar il-qasam tal-Assistenza Soċjali l-kelliem spjega kif minn Jannar 2022, dawk fuq l-Assistenza Soċjali (SA/UA/SUP) bdew jirċievu ż-żieda sħiħa għall-ogħli tal-ħajja flok żewġ terzi taż-żieda tal-ogħli tal-ħajja; Għaldaqstant iż-żieda minn Jannar 2023, issa saret ta’ €9.90 fil-ġimgħa.

Persuni singoli li jkunu jgħixu għal rashom fuq l-assistenza soċjali u jmorru jgħixu ma’ qarib anzjan biex jieħdu ħsiebu, jekk jikkwalifikaw għall-Allowance għal Carers mhux miżjuda, kien qed ikollhom tnaqqis fid-dħul tagħhom. Minn din is-sena qed jidħol tibdil li permezz tiegħu dawn il l-istess ammont ta qabel.

Allowance għal Carers u Allowance

Miżjuda għal Carers

Peress li jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet fejn persuni li jkunu jgħixu flimkien ikollhom restrizzjonijiet legali sabiex jirreġistraw il-koabitazzjoni tagħhom, issa qed jidħol fis-seħħ tibdil sabiex persuni li jkun ippruvat li ilhom jgħixu flimkien bħala koppja għal mill-anqas 10 snin, ikunu meqjusa bħala li jgħixu f’koabitazzjoni u għalhekk jistgħu jibdew jikkwalifikaw għall-Allowances għal Carers.

B’effett minn Jannar ta’ din is-sena wkoll, persuni li ma jkunux f’impjieg u li jkunu jirċievu l-benefiċċju kontributorju tal-Mard (SB) jew Qgħad (UB / SUB) jistgħu jkunu intitolati għall-Assitenza għal Mard (SKA) jekk jissodisfaw it-test tal-mezzi tal-SKA. F’dawn il-każijiet, id-dħul li jkun ġej mill-Benefiċċju tal-Mard jew tal-Qgħad se jkun qieħed jiġi njorat għall-finijiet ta’ test tal-mezzi fl-Għajnuna Medika.

Fi tmiem id-diskors tiegħu il-kelliem ħabbar kif minn Jannar 2023, l-inċentiv tat-Tapering tal-Benefiċċji li jgawdu minnu persuni li jkunu jirċievu Għajnuna Soċjali u jidħlu fid-dinja tax-xogħol, ser jiġi mtejjeb billi r-rati ser jiżdiedu b’10 fil-mija. B’hekk, fl-ewwel sena tax-xogħol il-benefiċjarju se jibqa jirċievi 75% tal-benefiċju, 55% tal-benefiċċju fit-tieni sena u 35% tal-benefiċċju fit-tielet sena rispettivament.

familja.media@gov.mt

Il-Kummissarju tat-Tfal

Antoinette Vassallo (It-Tielet Parti)

Fil-ħarġa ta’ Familja tax-xitwa 2022 kont ippubblikajt l-ewwel parti ta’ intervista li għamilt mas-Sinjura Antoinette Vassallo, il-Kummissarju tat-Tfal. F’dik l-ewwel parti kont staqsejtha dwar ir-rwol tagħha u x’qed taspira li se tagħmel bl-għan li ttejjeb il-kwalità

tal-ħajja tat-tfal Maltin u Għawdxin. Trattajna wkoll dwar x’inhuma l-inġustizzji u l-abbużi

fil-konfront tat-tfal illum.

Fit-tieni parti tal-intervista li dehret fil-ħarġa ta’

Familja tar-rebiegħa 2023 trattajna wkoll temi bħal bżonn ta’ postijiet xierqa tad-divertiment, kif ukoll l-importanza ta’ ħin ta’ kwalità li jinħtieġ ikun hemm bejn ġenituri u tfal meta dawn jirritornaw lura d-dar wara jum skola u xogħol rispettivament. Illum, f’din it-tielet u l-aħħar parti tal-intervista bdejt biex staqsejtha...

It-Tfal u l-użu tagħhom fil-Politika. Speċjalment fi żmien Elezzjoni Ġenerali; fotografija mat-tfal, billboards, fuljetti, intervisti magħhom. Ma taħsibx li dan għandu jieqaf?

Meta tasal Elezzjoni Ġenerali, it-tfal u l-użu tagħhom fil-politika sfortunatament baqa’ jidher. Dan m’għandux isir u proprju għal dan l-iskop l-Uffiċċju tiegħi ħdimna fuq manifest li wara li saru diversi focus groups mat-tfal, ressaqna l-ħsibijiet u l-proposti tagħhom stess lill-partiti politiċi. Huwa ħażin li t-tfal jibqgħu jintużaw b’dan il-mod u għalhekk hu dmir tagħna l-adulti li nħarsuhom minn dan l-abbuż u forsi nsaħħu aktar għarfien mal-ġenituri.

familja.media@gov.mt
Meħtieġa bidla neċessarja fil-mentalità tal-pajjiż biex nersqu bogħod mill-ansjetà tal-eżamijiet u napprezzaw aktar il-valur ta’ assessjar kontinwu
Ritratt: DOI

It-Tfal u d-dinja tal-Media Soċjali li saret bħal vizzju ieħor; Facebook, Twitter, Instagram, Tik-Tok, u aktar. Saru aktar jgħixu jikkomunikaw virtwalment milli b’kuntatt dirett. Forsi jkun tajjeb li jsir Gwida għat-Tfal u l-Ġenituri bl-għan li jqajjem għarfien dwar dan il-vizzju ġdid?

fl-edukazzjoni u naturalment f’oqsma oħra wkoll bħal saħħa, eċċ.

Huwa minnu li ċertu fatturi u realtajiet jeżistu fejn tidħol edukazzjoni, però aħna dejjem inħeġġu kemm lill-edukaturi kif ukoll lill-ġenituri li fejn tinħass li hemm xi problema għandhom jirrikorru mal-ewwel għall-għajnuna, speċjalment dik professjonali.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju flimkien mal-FSWS, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Korp tal-Pulizija għal dawn l-aħħar tnax-il sena ħdimna dwar proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea tal-BeSmartOnline. Dan joffri wkoll servizz ta’ helpline u hotline sabiex jgħin lit-tfal li jsibu ruħhom f’diffikultà onlajn.

B’dan il-programm inkunu qegħdin nagħtu aktar informazzjoni, kemm lill-edukaturi tagħna, kif ukoll lill-ġenituri flimkien mat-tfal biex ikun hemm aktar għarfien dwar kif għandhom jużaw it-teknoloġija. Hija realtà li llum il-ġurnata kemm l-adulti u aktar it-tfal, saru aktar jikkomunikaw virtwalment milli b’kuntatt dirett.

Sfortunatament, bis-saħħa ta’ din il-vizzju ġdid fil-ħajja tagħna, jista’ jagħti lok ukoll għal xi tip ta’ abbuż fil-konfront ta’ kull wieħed u waħda minna, speċjalment it-tfal tagħna. Għalhekk l-Uffiċċju tiegħi matul is-sena nagħmlu diversi focus groups u talks mat-tfal dwar temi differenti biex ikun hawn aktar għarfien.

It-Tfal u l-Edukazzjoni: Bħal donnu, jiġri x’jiġri baqgħet tiddomina l-ġirja għall-eżamijiet (jew aħjar, iċ-ċertifikati) li xi drabi din iġġib magħha dipressjoni, ansjetà u forsi aktar ukoll!

Aħna bħala Uffiċċju naħdmu ma’ kull entità u naturalment jekk jidħol xi lment fuq xi skola partikolari, nieħdu ħsieb li nikkomunikaw mill-ewwel u nieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ninfurmawhom bl-ilment ħalli azzjoni immedjata tkun tista’ tiġi attwata għall-ġid ta’ kulħadd.

Irridu wkoll inkomplu nsaħħu l-bidla neċessarja fil-mentalità tal-pajjiż biex nersqu ’l bogħod mill-ansjetà tal-eżamijiet u napprezzaw aktar il-valur ta’ assessjar kontinwu.

X’taħseb dwar it-Tfal Ommijiet (Single Mothers) li qed ikomplu jiżdiedu sena wara oħra? M’hawnx għarfien biżżejjed dwar is-sess u fejn jista’ jwassal? Dwar kif ġuvni u tfajla jippjanaw b’mod serju u gradwali lejn il-kumplament tal-ħajja tagħhom?

Il-fatt li hawn single mothers huwa fattur reali u Malta m’hiex l-uniku pajjiż fid-dinja. Dan ma jfissirx li m’hawnx biżżejjed tagħlim dwar is-sess u fejn jista’ jwassal fost iż-żgħażagħ tagħna.

Huwa d-dritt tat-tfal li jingħataw l-aħjar servizzi fl-edukazzjoni. Infatti, wieħed mill-funzjonijiet li jaqa’ taħt ir-responsabbilità tiegħi bħala

Kummissarju għat-Tfal huwa proprju li nippromwovu l-għola standards ta’ servizzi

Aħna meta nagħmlu focus groups maż-żgħażagħ nitkellmu dwar ħafna temi u naturalment dan is-suġġett ikun diskuss ukoll. Dejjem irridu nibqgħu nsostnu li fejn ikun hemm il-ħtieġa ta’ għajnuna, kemm il-ġenituri kif ukoll iż-żgħażagħ għandhom jitolbu għal għajnuna professjonali. M’għandhomx jibżgħu

familja.media@gov.mt

jew jiddejqu billi jistaqsu għall-għajnuna meħtieġa.

Il-problema tat-tfal li qed jispiċċaw jidħlu lura d-dar waħedhom, bla ma jsibu l-ġenituri, aħseb u ara platt sħun għax il-ġenituri jew separati, jew jaħdmu t-tnejn?

Aħna bħala Uffiċċju nipparteċipaw f’inizjattivi tal-Ministeru tal-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal u nagħmlu parti mill-Kumitat għat-Trobbija Pożittiva u t-Tisħiħ tal-Familja għax fuq kollox hija importanti li nkomplu nsaħħu l-familji għall-ġid tat-tfal tagħna.

Tispjega ftit dwar proġetti u inizjattivi oħra li l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal għandu għal kumplament ta’ din is-sena u għas-snin li ġejjin?

Qegħdin naħdmu wkoll biex aktar tard din is-sena nqassmu aktar riżorsi għat-tfal

Matul din is-sena jiena flimkien mal-Uffiċċju li jaqa’ taħti, qed naħdem fuq diversi proġetti u inizjattivi li jistgħu jkunu ta’ ġid, kemm għall-ġenituri kif ukoll għat-tfal inġenerali.

Ix-xogħol tagħna wkoll jikkonsisti billi nersqu eqreb it-tfal speċjalment, u niddiskutu diversi temi u nisimgħu l-fehmiet tagħhom biex imbagħad nieħdu l-azzjoni meħtieġa. Għalhekk isiru diversi focus groups u għandna wkoll il-Kunsill tat-Tfal. Dan ikun kumitat fejn it-tfal maħtura jagħtu l-fehmiet u l-opinjonijiet tagħhom.

Qegħdin naħdmu wkoll mal-kunsilli lokali ħalli naraw kif nistgħu ntejbu l-irħula u l-ibliet tagħna bl-aħjar mod ħalli t-tfal tagħna jkollhom aktar aċċessibiltà għal post kreattiv kif ukoll ikunu jistgħu jintegraw aktar mal-ġenituri tagħhom u tfal oħrajn.

fl-iskejjel f’Malta u Għawdex ħalli jkollhom aktar għarfien dwar id-drittijiet tagħhom. Irridu li t-tfal tagħna nintegrawhom aktar f’kumitati ħalli meta nkunu qed niddiskutu xi tema li tolqot direttament lilhom, nisimgħu aktar il-fehmiet u l-opinjonijiet tagħhom.

Naturalment imbagħad huwa dmir tagħna li nieħdu l-aħjar azzjoni biex naraw li t-tfal tibqa’ tingħatalhom l-aħjar attenzjoni ħalli jkollhom ħajja aktar sana u futur aħjar li jixraq lil kulħadd. Huwa fuq kollox id-dritt tat-tfal li jitilgħu f’ambjent tajjeb u xieraq, u li jgħixu f’ħajja trankwilla kif jixirqilhom.

familja.media@gov.mt
Ritratt: Max Fischer

Ritratt: Magda Ehlers

PORTO

Gwida u Lajk

Porto huwa port importanti ħafna fil-kuntest

tal-kummerċ bejn il-widien fertili

tat-Tramuntana tal-Portugal u l-bqija tad-dinja.

Fil-fatt, ix-xmara Duoro tinżel mill-muntanji fi Spanja, u tgħaddi mill-belt ta’ Porto ’l barra

fl-Oċean Atlantiku u storikament toħloq rwol

fl-ekonomija tal-belt u fl-istorja tal-pajjiż.

Għalkemm ħafna drabi tiġi mwarrba

mill-viżitaturi internazzjonali, din it-tieni l-akbar belt fil-Portugal ta’ min iżurha.

Porto magħruf bħala dar għal arkitettura ta’ sekli sħaħ, fejn nistgħu niskopru bini, knejjes u palazzi ta’ fama mondjali miksija b’madum

lokali kulurit bl-isem ta’ “Azulejos”.

Personalment jolqtuni ħafna l-pontijiet li nsibu fuq ix-xmara li tifred lil Porto f’żewġ partijiet. Madwar iċ-ċentru storiku ta’ Porto u fiż-żona tar-reġjun tal-inbid (Port wine) insibu l-Pont Dom Luis I li jgħaqqad il-parti ta’ Vila Nova De Gaia u Ribeira. Dan il-pont hu speċjalment rinomat minħabba li kien iddisinjat minn student ta’ Gustave Eiffel, il-moħħ wara t-Torri Eiffel f’Pariġi.

Apparti li fiż-żmien li tlesta fl-1886 kien l-itwal pont bħala arkata tal-ħadid fid-dinja, dan il-pont jaqsmu min fuqu ta’ kuljum eluf ta’ karozzi, trammijiet u passiġġieri. Fil-fatt iċ-ċittadini ta’ Porto jgħidulek li, li kieku ma jeżistix dan il-pont, il-belt tagħna hija mitlufa, mifruda u bla skop.

Ħuti, kemm tkun isbaħ ħajjitna kieku nibnu

pontijiet bħal dan ta’ Porto, mhux biex naqsmu min-naħa għall oħra, imma biex ningħaqdu, niltaqgħu u navviċinaw lil xulxin b’mod speċjali ma’ dawk li forsi bħalissa m’humiex imniżżla fil-lista tal-ħbieb tagħna!

familja.media@gov.mt
George Zammit

Ġietni din l-idea tal-pont biex fil-ħajja tagħna naħdmu aktar bl-għan li nibnu din l-esperjenza ġdida li ġġib il-paċi u l-għaqda bejnietna. Kultant nirrealizza kemm huwa ħażin l-ambjent li noħolqu bejnietna u għalħekk, jekk nibnu u mhux infarrku l-pont ta’ bejnietna, xi darba naslu għar-rikonċiljazzjoni żgur.

Noqgħodu attenti però għaliex il-vjolenza, l-għira, il-ġideb, il-malafama, il-mibgħeda u l-vendetta, dawn huma kollha bħal balal tal-gwerra biex l-għadu (ix-xitan) iwaqqalna dan il-pont li jgħaqqadna flimkien. Ejjew inħallu lil Marija l-Madonna tkun hi l-pont ta’ pajjiżna u tal-familji tagħna li tressaqna lejn xulxin.

familja.media@gov.mt

Qegħdin verament ingawdu lit-tfal tagħna?

Il-ħajja tal-lum hija mgħaġġla ħafna. Ikollna ħafna appuntamenti, impenji tax-xogħol, ix-xogħol tad-dar, irridu nlaħħqu wkoll mal-programm tat-tfal; min ikollu xi privat, min jagħmel xi sport jew idoqq xi strument u ħafna affarijiet oħra. Il-ġurnata tgħaddi malajr u l-ġranet isiru ġimgħat u mingħajr ma nindunaw nibdew xahar ġdid.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jagħmel diversi focus groups mat-tfal ta’ etajiet differenti u ħafna drabi t-tfal jgħidulna li jixtiequ li jkollhom iktar ħin mal-ġenituri tagħhom, jixtiequ jkollhom iktar ċans jilgħabu flimkien.

Il-ħin li verament ikollna mat-tfal qiegħed dejjem jonqos. Huwa vera li ħafna mill-affarijiet li nagħmlu huma għat-tfal stess imma fil-verità kemm qegħdin inqattgħu ħin ta’ kwalità mat-tfal? U l-ħin li nqattgħu magħhom qed inkunu verament preżenti?

Verament lit-tfal jilagħbu ħafna logħob diġitali imma xejn ma jwaqqafna milli nilagħbu dan it-tip ta’ logħob magħhom. Dan jista’ jservi ta’ ħafna ġid u nkunu qegħdin nolqtu ħafna affarijiet. Meta nużaw l-istess spazji tat-tfal, inkunu qed nifhmu iktar id-dinja tagħhom, jgħinna noħolqu iktar djalogu u kommunikazzjoni magħhom u jagħtina l-opportunità li ngħarfuhom dwar il-perikli li jistgħu jiffaċċjaw onlajn. M’għandniex nibżgħu mit-teknoloġija imma fl-istess ħin nistgħu nitgħallmu mit-tfal stess.

Ovvjament mhux dejjem ikollna ċ-ċans li nilgħabu mat-tfal però nistgħu noħolqu sitwazzjonijiet oħra, għaliex bħal ma jaf kulħadd il-komunikazzjoni mat-tfal hija kruċjali.

familja.media@gov.mt
Ritratt: Pavel Danilyuk

It-tfal ġieli jgħidulna li jippruvaw jgħinu fix-xogħol tad-dar sabiex jagħtu sehemhom u fl-istess ħin il-ġenituri jkollhom inqas x’jagħmlu li mbagħad isarraf f’iktar ħin għal magħhom.

Imma ġieli l-ġenituri ma jħalluhomx jagħmlu dawn il-faċendi għax forsi t-tfal ma jagħmlux l-affarijiet kif nagħmluhom aħna l-adulti jew għax ikollhom sistemi differenti. Għandna nippruvaw ninkoraġixxu t-tfal biex jgħinuna, għandna naħdmu flimkien sabiex jitgħallmu iktar u biex ikollna iktar ħin magħhom ukoll.

Iktar ma jikbru t-tfal hemm iktar probabilità li jonqos il-ħin magħhom, imma irridu nagħmlu sforz kbir għaliex l-adoloxxenza hija żmien diffiċli kemm għat-tfal kif ukoll għal min qed jieħu ħsiebhom. Irridu nuruhom li qegħdin hemm għalihom biex ngħinuhom jiffaċċjaw l-isfidi u jserrħu moħħhom li jekk ikollhom diffikultà jew problema jkunu jistgħu jiġu għandna għall-għajnuna u s-sapport. Bħala ġenituri mhux dejjem ikollna s-soluzzjonijiet imma nistgħu niggwidawhom għal servizzi fejn isibu l-għajnuna.

Mhux dejjem huwa faċli li nsibu ħin mat-tfal imma tajjeb li nżommu f’moħħna li t-tfal jikbru malajr u għandna npoġġuhom bħala l-prijorità tagħna. It-tfal huma tfal illum u għandna nagħtuhom l-imħabba, l-attenzjoni u s-sapport kollu għaliex għandhom id-dritt li jkunu maħbuba u li jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom. Għandna ukoll nassiguaraw li jipparteċipaw fid-deċiżjonijiet fi ħdan il-familja. It-tfal għandhom dritt li jiġu mismugħa.

It-tfal mhux dejjem ikunu jafu x’inhu fl-aħjar interess tagħhom għaliex m’għandhomx dik l-esperjenza tal-ħajja u għalhekk mhux dejjem jindunaw b’ċerti diffikultajiet jew perikli imma xorta għandna nisimgħuhom u nitkellmu magħhom!

Dak li niżirgħu llum mat-tfal tagħna, ikun jiswa ħafna għall-futur tagħhom!

familja.media@gov.mt

Jien mara tal-familja, għandi 55 sena, naħdem fil-qasam edukattiv u dan l-aħħar bdejt nagħti d-demm b’mod regolari.

Bdejt nagħti d-demm meta ommi, meta kellha 75 sena, bi żball ġenwin kienet ħadet doża ta’ mediċina aktar milli kien suppost. Dan irriżulta li fi ftit siegħat ommi spiċċat fl-ITU tissielet mal-mewt. Dan minħabba li kienet tilfet ammont kbir ta’ demm fi żmien qasir.

Naturalment, b’konsegwenza t’hekk spiċċat tirċievi ammonti kontinwi ta’ trasfużjonijiet ta’ prodotti tad-demm, prinċipalment boroż bil-konċentrat taċ-ċelloli ħomor, kif ukoll boroż tal-pjastrini f’attentat urġenti biex ma tibqax titlef demm b’mod massiv.

Kienu żminijiet ta’ qtugħ il-qalb li tulhom ommi għamlet erbat ijiem f’koma sakemm fl-aħħar bdiet ġejja lura f’sensiha b’tama qawwija ta’ rkupru u fejqan. Dan grazzi għall-kura tajba ferm li għandna fl-isptarijiet tagħna, iżda wkoll grazzi għad-donaturi tad-demm li b’tant ġenerożità kienu taw id-demm minn jiem qabel u li, grazzi għalihom ommi sabitu lest fuq l-ixkafef tal-Bank tad-Demm.

Għaddew il-ġimgħat u grazzi ’l Alla, ommi ħarġet mill-isptar qawwija u sħiħa. Kien propju dak iż-żmien li verament irrealizzajt kemm hu bżonjuż id-demm u kemm hu importanti li l-Bank tad-Demm ikollu riserva adekwata ta’ prodotti tad-demm għal dak kollu

li jista’ jinqala’, irrelevanti minn kemm wieħed ikollu età, jew x’tip ta’ mard għandu.

Issa li għaddew is-snin, u li minħabba l-età ommi m’għadiex magħna, jien xorta għadni grata għad-donaturi tad-demm, għax bis-saħħa tagħhom jien u l-familja kollha tiegħi gawdejniha ftit iktar snin mhux ħażin.

Il-pożittiv ta’ din il-ġrajja hu li bis-saħħa ta’ dan l-episodju, illum il-gurnata kemm jien, kif ukoll ir-raġel u t-tifel tiegħi nkunu qed nistennew bil-ħerqa jerġa’ jasal iż-żmien li jippermettilna nagħmlu dan il-gest nobbli li tant jgħin morda u jsalva ħajjiet.

Il-kelma tal-aħħar hi biex min qed jaqra din l-esperjenza jagħmel kuraġġ u jmur jagħti d-demm, għax id-demm ma jiġix mill-ajru. Illum naf inkun jien li niġi bżonnu u għada tista’ tkun int li tiġi bżonnu, bla mistenni!

Kuntatt ġenerali għal min jixtieq jagħti

d-demm:

Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm jinsab fi Pjazza San Luqa, (quddiem l-Isptar San Luqa) u jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd inkluż Festi Pubbliċi mit-8:00am sas-6:00pm.

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku: http://www.blood.gov.mt

jew il-paġna Facebook; National Blood Transfusion Service - Malta, www.facebook.com/bloodmalta

Jekk tkun tinħtieġ aktar assistenza, tista’

ċċempel fuq 79307307 jew freephone

80074313. Grazzi bil-quddiem tal-inizjattiva tiegħek.

familja.media@gov.mt Sfortuna u fortuna
Ommi ġiet bżonn id-demm u jien sirt donatur bla ħsieb
Ritratt: Frank Merino

Word Search Popular Beaches

BAMBURGH, BONDI, BORABORA, COBACABANA, COMILLAS, DRUIDSTONE, DURBAN, ELAFONISSI, FAKISTRA, GRAYTON, HODDEVIK, MORGAT, NUNGWI, OCATA. PINARELLO, RADHANAGAR, SABANG, SOTAVENTO, SUNJ, TEKEK, TORTUGA, WHITEHAVEN, YYTERI

Sudoku

The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section contain all of the digits between 1 and 9.

Why is the beach friendly? Because it waves.

What does Cinderella wear at the beach? Glass flippers.

Why do people swim at saltwater beaches? Because pepper beaches would make them sneeze.

Why did the police get called to the beach? There was something fishy going on.

Did you hear about the red ship that collided with the blue ship? All the sailors were marooned.

Why did the fish blush?

Because it saw the ocean’s bottom.

Pretend you are on a raft in the middle of the ocean surrounded by sharks. You only have a one-day supply of water and a harpoon.

What do you do? Stop pretending.

Why did the shark spit out the clown? Because he tasted funny.

What do you call a fish without eyes? Fsh.

What do whales eat for dinner?

Fish and ships

familja.media@gov.mt 6 7 9 4 5 4 8 3 4 6 9 7 5 8 3 9 1 6 8 7 1 2 9 9 8 3 7 5 6 1 E C O M I L L A S B O N D I L T S R J N U S L O I U T S A E A A D B A O H R L N O I F K B D U N O T Y A R G R J O E A H R K U A N B F W T I N K N A B H O V M O K I U W I H G N A A N E T R I T G P S G A A N T A N T A O P A I S R L G W H I T E H A V E N I U E A S S M O R G A T U A N B I R E T Y Y U D I B H R A M H O D D E V I K L G N E E A D R U I D S T O N E J L N B A R T S I K A F A N B L C O B A C A B A N A T A C O

Posting of workers

What is posting?

A "posted worker" is an employee who is sent by his employer to carry out a service in another EU Member State on a temporary basis, in the context of a contract of services, an intra-group posting or a hiring out through a temporary agency.

For example, a service provider may win a contract for the provision of services in another country and send his employees there to carry out the contract.

Employment rights and working conditions for posted workers

To guarantee that rights and working conditions for posted workers are protected throughout the EU and to ensure a level-playing field, the EU law defines a set of mandatory rules regarding the terms and conditions of employment to be applied to posted workers.

These rules are set out in the Posting of Workers Directive (PWD) which was adopted in 1996 and revised in 2018.

The starting point of the employment protection of posted workers is that posted workers remain employed by the sending company and are therefore subject to the law applicable to their employment contract, which most often is the law of their home Member State. However, the PWD provides core terms and conditions of employment, which are applied in accordance with the rules in place in

familja.media@gov.mt
Ritratt: Aleksey

the host Member State apply in so far as they are more favourable than the protection offered by the employment law of the home State (or the law applicable to the employment contract).

A posted worker can rely on the following terms and conditions of employment in the host Member state:

 remuneration, including overtime rates

 maximum work periods and minimum rest periods

 minimum paid annual leave

 the conditions of hiring-out workers in

particular the supply of workers by temporary employment undertakings

 health, safety and hygiene at work

 protective measures with regard to the terms and conditions of employment of pregnant women or women who have recently given birth, of children and of young people

 equal treatment between men and women and other provisions on nondiscrimination

 the conditions of workers’ accommodation where provided by the employer to workers away from their regular place of work

 allowances or reimbursement of expenditure to cover travel, board and lodging expenses for workers away from home for professional reasons.

A new provision on long-term posting provides that where the effective duration of posting exceeds 12 months (or 18 months in case a motivated notification is submitted), all the host Member State’s applicable terms and conditions of employment, laid down by law or by collective agreement within the meaning of Article 3(8), must be guaranteed. The only exceptions are the procedures, formalities and conditions of the conclusion and termination of the employment contract, including non-competition clauses

supplementary occupational retirement pension schemes.

Social security of posted workers

The social security of posted workers is regulated through Regulation no 883/2004 on the coordination of social security systems. A detailed guide explaining the applicable rules is available on the DSS website.

Lejn 30 sena ta’ xandir minn Campus FM

Fost ħafna minna t-tendenza (jew kultura) twassalna nsegwu dejjem l-istess stazzjonijiet, kemm tar-radju u anke tat-televiżjoni. Dan bla ma wħud qajla jippruvaw (almenu darba) jisimgħu x’joffru stazzjonijiet oħrajn.

Għalkemm illum b’sodisfazzjon jingħad, Campus FM igawdi minn udjenza numeruża, iżda hu fost dawk li (għal grazzja t’Alla) mhux fost dawk magħrufa bħala Music Stations, fejn l-udjenza ssegwi aktarx hi ferm akbar.

Qabel ma sar Campus FM, l-istazzjon kien jismu r-Radju tal-Università. Beda bħala stazzjon li joffri programmi ta’ tagħlim b’distanza. Jaf l-ewwel xandira tiegħu nhar il-15 t’Awwissu tal-1994, jiġifieri f’Awwissu tas-sena d-dieħla jkun qed jiġi mfakkar għeluq it-30 sena mit-twaqqif tiegħu. Minn dak iż-żmien ’l hawn għamel avvanzi kbar.

Fil-bidu l-istazzjon, li juża l-frekwenza ta’ 103.7 FM kien jaqsam il-ħin ta’ trasmissjoni ma’ stazzjon ieħor sakemm imbagħad beda jxandar b’mod awtonomu għal 24 siegħa sħaħ. Fost oħrajn kellu kontenut, anki ta’ trasmissjonijiet mill-BBC, mid-Deutche Welle u Radio France Internationale.

Illum ħadt ħsieb nagħmel intervista ma’

Celaine Buhagiar, l-iStation Manager tal-istazzjon li għal dawn l-aħħar tliet snin (mill-2020) qed tmexxi dan l-istazzjon. Celaine għad għandha 45 sena, hi mill-Isla u tifla waħedha. Sal-ħames sena tal-Primarja kienet

familja.media@gov.mt

tattendi l-iskola tal-Gvern tal-Isla sakemm imbagħad kompliet is-sekondarja St.Joseph f’Raħal Ġdid u fil-Blata l-Bajda. Segwiet l-istudji tagħha s-Sixth Form Gian Franġisk Abela, u kompliet l-Università B.Communications (Hons) flimkien mal-Malti fejn gradwat fis-sena 2000.

huwa viżwal. Bla dubju dan l-aspett jikkumplimenta ħafna x-xogħol tiegħi.

Qabel xejn tlabtha twassal ftit sfond dwarha, il-familja, impenji u delizzji.

Il-karriera tiegħek. Dejjem ħdimt f’dan il-qasam jew kellek impjiegi oħra qabel, u għaliex għażilt dan il-ġeneru ta’ xogħol?

Sa mill-età ta’ 3 snin iż-żfin minn dejjem kien għal qalbi u kien hawnhekk li bdejt nattendi skola taż-żfin lokali nistudja l-ballet, modern freestyle u tap. Aktar tard komplejt nistudja ż-żfin latin Amerikan u ballroom, anki permezz ta’ studju li għamilt għal xi żmien fir-Renju Unit.

Dan kien jinvolvi ħafna siegħat ta’ lezzjonijiet, taħrig u kompetizzjonijiet, wħud minnhom anki barra minn xtutna.

Minn dejjem xtaqt li din il-passjoni u mħabba għal dan il-ġeneru ngħaddiha lil ħaddiehor u kien għalhekk li fl-2005 ftaħt l-iskola taż-żfin Dancel Dance Studio fil-Fgura fejn illum tilqa’ fiha aktar minn 130 student. Illum il-ġurnata l-iskola hija involuta f’diversi proġetti u matul is-sena tkun impenjata b’numru ta’ performances f’diversi avvenimenti.

Delizzju ieħor għal qalbi immens huwa s-safar. Sa minn meta ltqajt mar-raġel Pierre Bugeja minn dejjem kien hemm l-imħabba għas-safar u kull naqra ħin li jkollna nieħdu l-opportunità biex induru l-globu. Fost il-pajjiżi li żorna

apparti bosta pajjiżi fl-Ewropa, morna ċ-Ċina, l-Indja, Kuba, it-Tajlandja, il-Kanada u l-Istati

Uniti .

Bħalissa qed inħejju għal mawra li jmiss li se teħodna Singapore u l-Vietnam. Inħossni

xxurtjata li Pierre ukoll huwa nvolut fil-qasam tad-divertiment għaliex jaħdem fil-qasam tad-dwal u huwa persuna artistika ħafna f’dak li

Kollox beda meta kont nistudja

għall-Baċellerat fil-Komunikazzjoni. Dan peress li parti sostanzjali tal-kors kienu jkunu l-credits prattiċi li kien ikollna. Kien proprju hawnhekk li doqt l-ewwel esperjenza fir-radju.

Bħala studenti konna niġu mħarrġa fl-arti tal-produzzjonijiet radjofoniċi, kif tipproduċi reklam, kif tagħmel muntaġġ (dak iż-żmien fuq il-makkinarju reel to reel), kif tuża l-vuċi għal skopijiet differenti u fuq kollox, kif tikteb għar-radju.

Għalkemm kelli credits prattiċi oħra fil-fotografija u fil-qasam televiżiv, madanakollu l-imħabba lejn id-dinja tar-radju kienet waħda li ġrat mill-ewwel u bħala studenta kont diġà ntlabt biex nibda naqra waqt xi programmi. Minn hemm sibt ruħi naħdem full-time bħala junior producer lura fis-sena 2000, sakemm aktar ’l quddiem sirt Kap tal-Programmi sas-sena 2020. Għaldaqstant ir-radju kien dejjem ix-xogħol li ħdimt fih.

X’ġeneri ta’ produzzjonijiet tipproduċu u lejn liema udjenza/i tiffukaw?

Il-produzzjonijiet tal-istazzjon huma varji. Hemm dawk li huma fil-ġeneru ta’ infotainment bħal Campus Breakfast, Campus Magazine u Campus Brunch. Insibu dawk mużikali; programmi ta’ mużika Jazz, mużika Maltija, Taljana, kif ukoll drive-time show, imbagħad hemm il-ġeneru ta’ programmi storiċi,

familja.media@gov.mt

edukattivi u kulturali. Huma proprju dawn il-programmi riċerkati b’esperti preżenti li jagħmlu dan l-istazzjon differenti mill-bqija. L-udjenza tagħna tfittex programmi ta’ ċertu portata u għalkemm tieħu gost bil-programmi light, madanakollu jinżlu tajjeb ħafna programmi li joffru sfida fil-ħsieb ta’ min qed jisma’.

issir ħidma biex proprju jitlesta anki t-tielet studio u hekk il-proġett li kien fdat lili sa mill-bidu tat-tmexxija tiegħi jkun komplut.

X’kienu dawk l-okkażjonijiet ta’ glorja ta’ dan l-istazzjon, f’kuntest ħollistiku?

Mument sabiħ ieħor kien hekk kif bdejna nżidu l-produzzjonijiet. Minn 7 produzzjonijiet fil-ġimgha issa tlajna għal 27, b’ammont kbir ta’ siegħat live, kif ukoll programmi live ta’ diskussjoni s-Sibt filgħodu. Dan filfatt kien rifless anki fin-numru fl-istħarriġ li tela’ wkoll. Bla dubju, mument inkoraġġanti għall-istazzjon li jagħtik il-grinta li tkompli taħdem u ttellgħa l-livell.

Lura fis-snin kienu jsiru l-awards li kienu jingħataw mill-Awtorità tax-Xandir fejn Campus

FM/Ir-Radju tal-Università dejjem kien jirnexxielu jakkwista diversi premjijiet inkluż dak tal-aqwa stazzjon.

Matul dawn l-aħħar sentejn sar kambjament strutturali kbir minħabba li l-istazzjon issa għandu żewg studios li huma state of the art, bl-aqwa makkinarju diġitali. Fil-mument qed

Ġrajja, episodju li esperjenzjat matul dawn is-snin ta’ ħidma tiegħek f’dan l-istazzjon li tibqa’ tgħożż? Xi ħaġa li lilek għamlitlek differenza fil-ħajja tiegħek?

Matul ix-xogħol tiegħi, speċjalment meta kont għadni nipproduċi l-programmi ħdimt ma’ bosta preżentaturi, però l-isbaħ esperjenzi

familja.media@gov.mt

kienu meta kont naħdem mal-producer veteran ċelebri Ġorġ Peresso.

Sa mill-bidu Ġorġ minn dejjem emmen fija u għal diversi snin produċejna bosta programmi u radju drammi flimkien. Il-pinna tiegħu hi waħda unika, versatili, mexxejja u li żżommok. U ma nistax ukoll ma nsemmix il-pariri tiegħu fl-użu tal-vuċi; kif naqra, l-istil, l-intonazzjoni u kif tuża din l-għodda b’għaqal. Għaldaqstant nibqa’ dejjem grata lejh li kien ta’ għajnuna kbira fil-karriera tiegħi. Illum jien nista’ ngħid li naħdem ukoll bħala professional voice over artist, fejn il-vuċi tiegħi tintuża fil-qasam televiżiv, waqt diversi dokumentarji u corporate advertising.

Kif tħares lejn Campus FM għall-10 snin li ġejjin? Pjanijiet, proġetti u x’tixtieq tara aktar/jew differenti minn dan l-istazzjon bl-għan li jkompli jilħaq aktar nies?

Inkomplu nsaħħu Campus FM billi nkomplu ntejbu l-produzzjonijiet f’diversi ġeneri u li nkomplu noffru xi ħaga differenti lissemmiegħa li qed ifittxu tip ta’ progammi li mhumiex offruti fuq stazzjonijiet oħra.

Insaħħu l-istruttura biex inżommu xandir ta’ kwalità u b’hekk naspiraw li nilħqu aktar semmiegħa li jingħaqdu magħna u jagħżlu lil 103.7 bħala l-istazzjon segwit tagħhom. Żgur li rridu nkomplu noffru s-servizz tagħna lill-Università, fejn inwasslu għand in-nies ir-riċerka li qed issir f’din l-istituzzjoni u kif is-soċjetà tagħna tista’ tibbenefika minnha filwaqt Ii nkomplu nħeġġu l-istudenti biex huma wkoll iħossuhom parti mill-istazzjon.

Servizz Pubbliku Diġitali LIBBY, app ġdida li tipprovdi kotba elettroniċi mingħajr ħlas

Libby hija app tal-qari b'xejn li tippermetti lill-pubbliku biex jissellef kotba mil-Libreriji ta' Malta li jkunu jistgħu jinqraw jew jinstemgħu b'mod diġitali. Libby tagħmilha faċli biex tippersonalizza kif wieħed jaqra bħal per eżempju l-kobor tal-font u għalhekk tagħmel qari possibbli għal aktar qarrejja b'abbiltajiet u preferenzi differenti.

Din l-app tospita firxa wiesgħa ta' kotba elettroniċi, Audiobooks u Magazines li l-maġġoranza tagħhom huma bl-Ingliż iżda lingwi oħra huma disponibbli wkoll. Il-materjal hu addattat kemm għaż-żgħar u żgħażagħ kif ukoll għall-qarrejja adulti. Aktar ġeneri, lingwi, titli u abbonamenti ġodda huma miżjuda regolarment mal-pjattaforma tal-Libreriji ta' Malta.

Biex tissellef b'xejn minn Libby wieħed irid l-ewwel jissieħeb f'Malta Libraries billi japplika online mill-maltalibraries.gov.mt jew iżur il-librerija pubblika lokali. Ladarba l-karta tas-sħubija b'numru uniku ta' membri tkun fl-idejn, wieħed irid sempliċiment iniżżel lil Libby fuq apparat magħżul u jilloggja bl-użu tad-dettalji tal-karta tas-sħubija tal-Libreriji ta' Malta biex tkun tista' tibda tissellef il-kotba.

Bl-istess card ta' sħubija tkun tista' taċċessa wkoll kotba u pubblikazzjonijiet mil-libreriji kollha.

L-App Libby kif ukoll aktar informazzjoni jistgħu jinkisbu minn hawn.

Sors: Ftit Noti – 12/04/23

familja.media@gov.mt

The importance of keeping your Banking and Contact Details up-to-date with the Department of Social Security

The IMU Team

The Department of Social Security is responsible for providing financial support to eligible individuals in the form of benefits and pensions. To ensure that these benefits are paid accurately and on time, it is essential for individuals to keep their banking and contact details up-to-date with the department.

When banking and contact information is outdated or incorrect, payments may be delayed, or in some cases, not received at all. This can cause unnecessary stress and financial hardship for those relying on these benefits. Furthermore, if the department is

unable to reach an individual due to outdated contact information, they may miss important information regarding changes to their benefits or other important updates.

Keeping banking and contact details up-todate with the Department of Social Security

Malta is essential for ensuring that benefits are paid accurately and on time. By taking a few minutes to update information, individuals can rest assured that they will receive their benefits without any issues.

It is a simple process to update the banking and contact information with the Department of Social Security Malta online through the related URLs into your web browser or simply scan the QR codes with your smartphone.or else attend personally at a servizz.gov hub.

familja.media@gov.mt
bankingdss.gov.mt contact-dss.gov.mt
Photo: Christina Morillo

L-Importanza li żżomm id-Dettalji Bankarji u ta' Kuntatt tiegħek aġġornati mad

-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa responsabbli biex jipprovdi appoġġ finanzjarju lil individwi eliġibbli fil-forma ta’ benefiċċji u pensjonijiet. Biex jiġi żgurat li dawn il jitħallsu b'mod preċiż u fil li l-individwi jżommu d kuntatt aġġornati mad

Meta l-informazzjoni bankarja u ta' kuntatt tkun skaduta jew mhux korretta, il jistgħu jiġu ttardjati, jew f'xi każijiet, ma jaslux. Dan jista' jikkawża stress bla bżonn u tbatija finanzjarja għal dawk li jiddependu fuq dawn il-benefiċċji. Barra minn hekk, jekk id-dipartiment ma jkunx jista' jilħaq individwu minħabba informazzjoni ta' kuntatt skaduta, jistgħu jitilfu informazzjoni importanti dwar bidliet fil-benefiċċji tagħhom jew aġġornamenti importanti oħra.

Iż-żamma tad-dettalji bankarji u ta' kuntatt aġġornati mad-Dipartiment tas

Malta hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-benefiċċji jitħallsu b'mod preċiż u fil tieħu ftit minuti biex taġġorna l

l-individwi jistgħu jibqgħu ċerti li se jirċievu l-benefiċċji tagħhom mingħajr ebda kwistjoni.

Huwa proċess sempliċi biex taġġorna

l-informazzjoni bankarja u ta

mad-Dipartiment tasonline billi ddaħħal ilbrowser jew sempliċiment tiskennja l QR bl-ismartphone jew billi tattendi personalment f’wieħed miċ servizz.gov.

familja.media@gov.mt

Attivitajiet Kulturali li ġejjin

Abode on the Rock

15 ta’Ġunju sa 19 ta’ Ġunju 2023

Għal min iħobb il-mużika rock, bejn il-15 u d-19 ta’ Ġunju 2023 ġewwa l-gżira ta’ Għawdex ser jittella’ Festival Party ta’ mużika elettronika bid-debutt ta’ promoturi barranin minn Londra.

Mary Anne Zammit

Artista u Awtriċi

Dawn huma ftit mill-attivitajiet kulturali li ser jiġu organizzati fix-xhur li ġejjin. Matul is-sajf wieħed jista’ jgawdi l-festi ġewwa l-irħula mferrxa madwar Malta u Għawdex fejn kull ġimgħa jkun hemm festa dedikata lil xi qaddis, fi sfond ta’ festi interni u dawk esterni bħal purċissjonijiet, marċi u logħob tan-nar.

Malta International Arts Festival

16 ta’Ġunju sa 2 ta’ Lulju 2023

Bħal kull sena jittella’ l-Festival Intenazzjonali tal-Art li joffri varjetà ta’ Arti bħal arti viżiva, teatru u żfin. L-artisti huma kemm dawk lokali u anke internazzjonali u r-rappreżentazzjonijiet se jsiru f’siti u binjiet bħalma huma; l-MITTP, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u fiċ-Ċentru għal kreattività San Ġakbu, Valletta.

familja.media@gov.mt
Arti, mużika, storja, kultura, tradizzjonijiet miġbura bejn żewġ gżejjer
Ritratt: Brett Sayles

Imnarja Summer Folk Festival 2023

Lejn tmiem Ġunju tkun organizzata l-festa tal-Imnarja li tmur lura fi żmien qabel il-Kavallieri ta’ Malta. F’dak il-perjodu kienet aktar magħrufa bħala l-Festival tad-Dawl. Ilum din l-attività ssir ġewwa l-Buskett fejn jittellgħu attivitajiet ta’ folklor u ikel tradizzjonali Malti, fosthom il-fenek u l-inbid. Din tkun attività għal familja kollha.

Malta Jazz Festival

10 ta’ Lulju sa 15 ta’ Lulju 2023

Il-Festival tal-Jazz jittella’ fi sfond ta’ ljieli Mediterranji, b’mużika Jazz mill-isbaħ minn artisti famuża, kemm lokali u anke Internazzjonali. Dan il-Festival jittella’ ġewwa l-Belt Valletta b’xenarju spettakulari tal-Port il-Kbir.

Għanafest 2023

Għanafest hu festival tal-folk mifrux fuq tlett ijiem u jittella’ fl-aħħar jiem ta’ Ġunju. Il-festival isir ġewwa l-ġonna tal-Argotti, Floriana u jkopri fih mużika folk u esebizzjonijiet ta’ xogħol maħdum bl-idejn.

Walking Home

21 ta’ Lulju 2023 sa t-23 Lulju 2023

Walking Home hu proġett ta’ drama li jesplora t-tensjonijiet politiċi li jeżistu madwar it-tema tal-vjolenza sesswali, ħafna drabi tkun immirata lejn nisa u nies emarġinati. Il-proġett jippreżenta elementi ta’ rabja, dulur u esperjenzi li huma kolletivi madwar id-dinja partikolarment b’reazzjoni għat-traġedji li ġraw fi spazji miftuħa bħal każ ta’ Sarah Everard, Sabina Nessa f’Londra u l-qtil reċenti f’Malta ta’ Paulina Dembska. Ix-xogħol hu bbażat fuq riċerka fil-kommunità u jinkludi, kemm it-teatru verbal u anke t-teatru fiżiku.

familja.media@gov.mt

European Network Conference Debt Advice Development

The European Consumer Debt Network (ECDN) held their first PEPPI conference in Malta last March. Peppi is a co-funded European Union project working with member states to establish and support existing services managing over-indebtedness.

The first PEPPI Conference was inaugurated by the Hon. Michael Falzon, Minister for Social Policy and Children’s Rights and it was the first European-wide only academy for debt advice and knowledge platform for overindebtedness, debt advice and financial education.

The event offered a unique opportunity for the concerned parties to hear the exciting developments and progress of debt advice services across the 10 participating member states. It also served as a great opportunity to exchange ideas, experiences and network with colleagues from across Europe.

Held in a prominent hotel at St.Paul’s Bay, the conference opening and welcome were addressed by Mr Dieter Korczak, ECDN President, followed by Ms Helena Holland, Malta National Coordinator, the Honourable Minister Michael Falzon and Mr Francesco Gaetano, EU DG Just.

Knowledge platform launch was introduced by Ms Pauline Dujardin, ECDN Vice President whilst the Academy launch was done by Ms Gwen Harris, ECDN Management Committee. Soon afterwards followed a discussion about the Debt Advice Situation by the Peppi

National Coordinators, namely Ms Helena Holland from Malta, Ms Germana Giombini from Italy, Ms Rodica Apan from Romania, Mr Igor Srgatic from Croatia, Mr Ladislav Suty and Mr Peter Daniel representing Slovakia and Mr Anastasios Kokougiannis from Greece respectively.

After the break, several other speakers included Mr Kestutis Kupsys from Lithuania, Mr Willy Pierre Abbal from Bulgaria, Mr Carlos Zarco from Spain and Mr Marios Droushiotis from Cyprus. Closing address was delivered by Mr Dieter Korczak, the ECDN President.

The PEPPI Conference was followed by a webinar held two months later were national experts from Germany, Finland and Malta spoke on the topic of target groups for debt advice. People experiencing overindebtedness may have specific concerns or additional needs requiring a more targeted approach to debt advice.

The webinar which was held on Wednesday 10th May included a number of presentations by various experts in the field including Ms Sally Peters from Germany who addressed the theme of Vulnerable Groups, Ms Aura Pylkkanen from Findland who presented the subject of People with gambling debts and Ms Rhoda Garland from Malta who delivered a talk on the subject of People with Disabilities.

Peppi, short for Provision of a European Platform for the Prevention of overindebtedness is a project funded by the European Commission under the Community Action Programme to combat Social Exclusion – 2002-2006. The project is possible with the collaboration of ECDN, the European Consumer Debt Network and co-funded by the European Union.

familja.media@gov.mt

The Public Service EXPO 2023

The Public Service launched its new identity with the vision that with more investment in technological infrastructure and digital skills, it can continue to modernize itself and the country.

The launch was made by the Head of Public Service Mr Tony Sultana, during the opening of the first edition of The Public Service Expo. This event served as a gathering for all the Public Administration under one roof, with the Expo being a showcase of the best digital tools that the Public Service makes use of in every sector and area of life.

The Principal Permanent Secretary said that the modernization the Public Service is going through does not stop with technology, as it is also a matter of mentality, with the introduction

of new practices, more relevant procedures, and innovative tools among others.

While addressing the heads of the Public Administration, Mr Sultana explained his vision of one public administration for one people, which does not distinguish between departments, agencies and entities, but is based on ambition to achieve greater results.

"Only this way will we be able to look forward and continue to modernize this country," concluded the Principal Permanent Secretary.

The Public Service Expo, actually, the first EXPO of its kind was held at the MFCC Ta' Qali and featured some of the most intelligent systems that are used on a daily basis in the Public Service. These included systems that facilitate local permits, benefits and social security, personal healthcare, application processing and parking systems among others.

familja.media@gov.mt
Photo: DOI

The general public was able to see digital systems of unique interest, including bomb disposal robot, digital kitchen, holograms of statues, passport system identifier, 3D Costume Scanning, various robots, eSports simulators and digital scanning of notarial archives as well.

Digital systems that assist the country on a national scale were also exhibited, including the Emergency Management Control Centre, Air Traffic Demos, the dashboard of the Malta Stock Exchange, a medicine testing laboratory, and the digital system which operates the Tritoni fountain among others.

Other exhibits presented digital tools used in diplomacy, in agriculture and natural resources, various virtual realities and virtual tours of attractions of interest. The Public Service EXPO 2023 was open from the 10th to the 12th of May.

This year's conference and expo was an opportunity for visitors to immerse in an experience combining new ideas, techniques, and strategies to elevate the place of work to the next level.

A fantastic line-up of speakers and panellists shared their insights, best practices, and practical solutions to the challenges faced every day. On the expo floor, one also had the chance to network with their peers, connect with industry leaders and gain valuable knowledge with the aim to help drive change and achieve goals.

Engaging stands and demos, spontaneous workshops, and interactive activities kept the audience motivated throughout the three days.

The Public Service launched its new identity, with the vision that with more investment in technological infrastructure and digital skills it can continue to modernize itself and the country.

The launch was made by the Head of Public Service Tony Sultana, during the opening of the first edition of The Public Service Expo. This event served as gathering of all the Public Administration under one roof, with the Expo being a showcase of the best digital tools that the Public Service makes use of in every sector and area of life.

While addressing the heads of the Public Administration, Mr Sultana explained his vision of one public administration for one people, which does not distinguish between departments, agencies and entities, but is based on ambition to achieve greater results.

"Only this way will we be able to look forward and continue to modernize this country,"

concluded the Principal Permanent Secretary.

Amongst other displays, the Ministry for Social Policy and Children’s Rights was also present with an in-house team who assisted the general public in any questions and queries they had. In the photo below are Ms Helena Holland, Ġemma Team Leader and Ms Daniela Xuereb, Manager along with Mr Archibald Attard and Mr Peter Miceli Saydon whom represents both Ġemma as well as the Events & Communications Office.

familja.media@gov.mt

Jum l-Omm u

Jum il-Missier

Doris Zammit

Xandara u Kittieba

Għeżież qarrejja,

Meta tiġi f’idejkom din ir-rivista, Jum l-Omm ikun għadda, madankollu xtaqt naqsam magħkom xi ftit ħsibijiet bħala messaġġ lil uliedna għal din is-sena.

Messaġġ lil uliedi f’Jum l-Omm 2023

Xi darba ngħidilkom għeżież uliedi x’jimmotiva lill-ġenituri...

Kont inħobbkom biżżejjed biex indejjaqkom biex tgħiduli fejn sejrin, ma’ min u fi x’ħin se terġgħu lura d-dar.

Kont inħobbkom biżżejjed biex ninkwieta dwar saħħitkom.

Kont inħobbkom biżżejjed biex inkun protettiva żżejjed.

Kont inħobbkom biżżejjed biex ma nġibx skużi għall-manjieri ħżiena tagħkom jew nuqqas ta’ rispett.

Kont inħobbkom biżżejjed biex nagħżel li nkun l-aħħar, kull jum.

Kont inħobbkom biżżejjed biex ninjora dak li kienu jagħmlu ġenituri oħra.

Kont inħobbkom biżżejjed biex inħallikom titfixklu, taqgħu u ma tirnexxux, biex titgħallmu tieqfu weħidkom. Imma l-aktar...,

Kont inħobbkom biżżejjed biex nirriskja li intom tobogħduni għad-deċiżjonijiet li ħadt bit-tama li kont qed nagħmel dak l-aktar tajjeb għalikom, dik kienet l-aktar parti diffiċli minn kollox.

Inħobbkom għeżież uliedi.

familja.media@gov.mt
Ritratt: George Dolgikh

Jum il-Missier

Li nagħtu unur lill-missirijiet huwa kunċett li jmur lura sal-għeruq taċ-ċivilizzazzjoni. Imma dil-ġurnata fejn missirijietna jħossu li huma speċjali hija aktar reċenti... għall-anqas fl-Istati Uniti. U filwaqt li Jum l-Omm ġiet stabbilita uffiċjalment fl-1914 u ċċelebrata kważi mad-dinja kollha anke qabel din id-data, Jum il-Missier ma ntlaqgħax bl-istess fervur u entużjażmu. Ħafna jaħsbu li din il-btala uffiċjali ġiet imwaqqfa wara r-reazzjoni ta’ Jum l-Omm, din il-btala sentimentali għandha aktar storja twila u ħafna kurżitajiet.

Jum il-Missier kellu jterraq 64 sena biex finalment ikun uffiċjalment magħruf. Fil-fatt, kellha tkun il-kampanja għall-elezzjoni fejn l-Amerika reġgħet tellgħet lill-president Nixon, biex din il-ġurnata ġiet uffiċjalment proklamata fl-1972 u fl-Amerika saret btala pubblika, fejn tiġi ċċelebrata b’ħafna ikel u xorb, rigali u ħin speċjali mal-missirijiet. Intant illum xtaqt naqsam magħkom uħud mill-ħafna kurżitajiet dwar Jum il-Missier madwar id-dinja li mhux żgur tafu dwarhom.

F’Lulju tas-sena 1908, knisja fil-West Virginia organizzat l-ewwel avveniment nazzjonali dedikat b’mod esklussiv għall-missirijiet. Waqt il-prietka tal-Ħadd, 362 raġel li kienu mietu fi splużjoni fil-minjiera tal-faħam f’Monongah ġew onorati f’din il-kommemorazzjoni.

Sena wara l-Amerikana, is-Sinjura Sonora Smart Dodd, waħda minn sitt itfal li kienet imrobbija minn missierha armel, ippruvat tonora lil missierha. Is-suċċess għaliha wasal meta l-Istat ta’ Washington, iċċelebra l-ewwel Jum il-Missier nhar id-19 ta’ Ġunju, 1910.

Kuntrarju għal Jum l-Omm, l-ewwel Jum il-Missier ma tantx intlaqa’ tajjeb, anzi tgħidx kemm kien hemm min daħak bihom. Din il-ġurnata kienet il-mira ta’ ħafna żufjett u waqqgħuha għaċ-ċajt anke f’diversi ġurnali lokali.

It-triq biex tiġi dikjarata nazzjonalment damet ittul aktar minn 60 sena. L-ewwel president Amerikan li appoġġja l-kunċett ta’ Jum il-Missier kien il-President Calvin Coolidge, fis-sena 1924, imma ma kienx qabel is-sena 1966 li l-President Lyndon B.Johnson iffirma proklamazzjoni presidenzjali li rriżultat f’dikjarazzjoni fejn it-tielet Ħadd ta’ Ġunju sar Jum il-Missier, għalkemm ma kinitx għadha saret btala nazzjonali permanenti.

L-ewwel kartolina għal Jum il-Missier tmur lura ħafna aktar minn dawk ta’ Hallmark, mill-anqas 4,000 sena. Elmesu, żagħżugħ Babilonjan skolpixxa kartolina fit-tafal, biex “jixtieq lil missieru s-saħħa u għomor twil.”

Skont id-ditta Hallmark, id-ditta li tipproduċi kartolini ta’ kull xorta, Jum il-Missier hija l-ħames l-aktar btala li fiha jinbiegħu kartolini wara l-Milied, Jum San Valentinu u Jum l-Omm. ’Il fuq minn 72 miljun kartolina jintbagħtu f’din il-ġurnata speċjali.

Jum il-Missier huwa ċelebrat fit-tielet Ħadd ta’ Ġunju f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, fosthom in-Nederlands, l-Indja, l-Ingilterra u anke f’Malta. Hemm ukoll iżda diversi pajjiżi Kristjani, bħal Spanja, Portugal u l-Italja li jiċċelebraw lil missirijiethom nhar il-festa ta’ San Ġużepp fid-19 ta’ Marzu.

familja.media@gov.mt

Jum il-Missier jiġi ċċelebrat differenti f’diversi partijiet tad-dinja. Hekk ngħidu aħna fil-Ġermanja, il-Mannertag jew aħjar Jum l-Irġiel, huwa ċċelebrat billi l-irġiel jiskru sakra birra u jiffangaw bl-ikel reġjonali. Minħabba f’dan, matul dik il-ġurnata l-pulizija u s-servizzi tal-emerġenza jkunu fuq alert massimu l-ġurnata kollha.

Konna naħsbu li nagħtu l-fjuri lill-ommijiet biss! Uffiċjalment il-fjura uffiċjali għal Jum il-Missier hija l-warda. Warda ħamra fuq il-pavru tfisser li l-missier għadu ħaj, filwaqt li warda bajda tirrappreżenta li l-missier mejjet.

Inċidentalment, il-papoċċ tas-sodda bħala rigal mhuwiex l-aktar rigal popolari f’Jum il-Missier imma hija l-ingravata.

Ir-rekord mondjali uffiċjali ta’ dak li kellu l-akbar numru ta’ tfal huwa ta’ 69 mill-ewwel mara ta’ Feodor Vassilyev (1707-1782), bidwi minn Moskow. L-ewwel mara tiegħu welldet 16-il par twins, seba’ settijiet ta’ triplets u erba’ settijiet ta’ quadruplets. Minn jaf x’ġenn kien ikollhom waqt l-ikel!

Fit-Tajlandja, Jum il-Missier jitfakkar f’għeluq

iż-żmien ir-re. Bħalissa r-Re Vajiralongkorn

(Rama X) jagħlaq żmienu fit-28 ta’ Lulju.

It-Tajlandiżi jiċċelebraw din il-ġurnata billi jagħtu lil missierhom jew lin-nannu l-fjura

Canna (Dok put ta ruk sa) li hija kkunsidrata bħala fjura maskili.

Jum il-Missier huwa jum speċjali wkoll, anke għal dawk il-missirijiet li jrabbu lil uliedhom waħidhom, fenomenu li kulma jmur qed jiżdied minn sena għal oħra. Infatti fl-2017, kien hemm aktar minn 2 miljun familji mmexxija minn missier waħdu, 900 fil-mija żieda mill-1960 ’l hawn.

Jista’ jkun hemm miljun raġuni għalxiex ngħidu “grazzi” lil xi ħadd speċjali daqs missierna. U għalkemm ma ngħiduhiex spiss daqskemm suppost, din il-ġurnata dedikata lill-missirijiet tagħtina l-opportunità biex ngħaddu lill-missirijietna dak it-tifħir li jistħoqqilhom għad-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom u ta’ kemm jieħdu ħsiebna.

Grazzi u l-ġurnata t-tajba lil missirijiet kollha. Lil missieri u lill-kunjatu ngħidilhom grazzi. Sakemm nerġgħu niltaqgħu, il-festa t-tajba.

familja.media@gov.mt
Ritratt: Anna Shvets

DSS & ISCD Day Event mill-gżira t’Għawdex

67 Sena mit-twaqqif tas-Sigurtà Soċjali f’pajjiżna

Tonio Bonello

Ta’ kull sena fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ikun organizzat id-DSS Month. L-oriġini tiegħu jafha bħala DSS Day li aktar tard inbidlet f’DSS Week u issa DSS Month.

Din hi attività partikolarment iffukata biex tikkommemora l-jum li fih il-Parlament Malti kien approva l-Liġi dwar is-Sigurtà Soċjali. Din is-sena qed ikun imfakkar għeluq is-67 sena minn dan l-avveniment tant importanti f’pajjiżna.

Aspett differenti minn snin oħra kien li din is-sena l-attività kienet imnedija fil-gżira t’Għawdex biex hekk l-Għawdxin li soltu jinżlu Malta għal dan il-jum, din is-sena kellhom l-opportunità biex din saret f’arthom.

Ħaġa oħra interessanti kienet l-attendenza rekord li attendiet, ’il fuq minn 260 persuna impjegati tal-Ministeru. L-attività li saret fil-limiti taż-Żebbuġ u Marsalforn, Għawdex setgħet tkun possibbli grazzi għal ħidma li saret minn Peter Miceli Saydon u Archibald Attard mill-Events and Communications Office b’kollaborazzjoni mat-tim tal-IMU.

L-attività bdiet b’diskors mill-Onor. Ministru Michael Falzon li ma setax jattendi peress li kien jinsab fuq ħidma barra minn Malta iżda li dawk li attendew setgħu jsegwu d-diskors tiegħu permezz ta’ filmat li sar ftit jiem qabel.

Wara tkellmu s-sinjuri Grazio Barbara, id-Direttur Ġenerali tad-DSS, Raymond Chetcuti, Direttur Ġenerali Income Support and Compliance Division, Petra Ellul Mercer mit-tim ĠEMMA, Dr Joseph Azzopardi li kien bħala mistieden speċjali, kif ukoll is-Sur Mark Musù, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru.

familja.media@gov.mt

Is-Sur Barbara beda biex qal li Mejju llum il-ġurnata sar xahar b’sinifikat għal dan il-Ministeru għaliex fih ikun imfakkar l-Anniversarju mill-introduzzjoni tas-Sigurtà Soċjali f’Malta. Kompla kif bħalissa għaddejja ħidma biex id-Dipartiment kollu jkun elevat permezz ta’ Quality Service Charter.

B’sodisfazzjon fakkar kif l-International Relations Unit fi ħdan il-Ministeru diġà waslet biex kisbet dan l-ogħla livell ta’ standards.

Spjega wkoll dwar l-ipproċessar taċ-ċertifikati mediċi u qal li l-metodu l-ġdid kif persuna tirraporta li hi indisposta permezz tas-sit elettroniku u mhux aktar bil-posta, sar popolari sew mal-pubbliku Malti u Għawdxi.

Fi żmien fejn it-teknoloġija qed tidħol aktar fi djarna semma kif il-korrispondenza kollha tad-Dipartiment maż-żmien trid tasal sal-punt li l-komunikazzjoni bejnu u l-pubbliku ma tibqax aktar bil-posta iżda bil-posta elettronika (l-email). Temm jgħid li sal-lum 98% tal-pensjonanti diġà qed jitallsu bis-sistema ta’ Direct Credit.

Is-Sur Chetcuti spjega kif minn wara l-pandemija tal-Covid-19 ’l hawn, sal-lum id-Dipartiment diġà għandu 9,500 file virtwali li qed jgħinu ħafna, kemm fl-effiċjenza tal-ipproċessar tax-xogħol, però wkoll għax qed joħolqu aktar spazju fiżiku fejn bniedem jista’ jaħdem.

F’dan il-kuntest kompla kif permezz tas-sistema li nħolqot tal-API’s, it-tagħrif li jkun meħtieġ issa qed jasal mill-ewwel

elettronikament u mhux aktar bil-files. Ta’ dan hu rringrazzja lill-MITA u l-IMU tas-sapport kontinwu tagħhom. Sostna kif bħalissa qed isiru reviews ta’ 5,000 dokument permezz tal-API.

Tkellem dwar il-Benefits Compliance Unit fejn qal li grazzi għar-rapporti li jsiru mill-pubbliku biex isiru investigazzjonijiet, fl-2020 kienu frankati €3.9 miljun waqt li s-sena l-oħra, fl-2022, din iċ-ċifra telgħet għal €4.9 miljun.

Fi tmiem id-diskors tiegħu, is-Sur Chetcuti sellem lil dawk preżenti u fisser li din qed tkun

familja.media@gov.mt
Grazio Barbara Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali Raymond Chetcuti Direttur Ġenerali Income Support and Compliance Division

l-aħħar darba li qed jindirizzahom qabel m’hu se jkun qed jirtira bl-età fiż-żmien li ġej. Temm ifaħħar il-ħidma u l-koperazzjoni li sab dejjem u minn kulħadd u rringrazzja lil dawk kollha li preżenti li għoġobhom jattendu għal din l-attività.

Petra Ellul Mercer mit-tim ĠEMMA

Kien imiss li titkellem is-Sa Petra Ellul Mercer mill-Kampanja Nazzjonali ĠEMMA li saħqet dwar l-importanza tal-infiq kawt fost is-soċjetà. Spjegat kif ĠEMMA għal dawn l-aħħar snin ħadmet biex twassal dan il-messaġġ f’kull saff tas-soċjetà, fosthom it-tfal żgħar, l-għalliema, il-pensjonanti, u issa wkoll anke persuni vulnerabbli. Tenniet li sfortunatament għad hawn ħafna nies li ma jafux kif jużaw il-flus sewwa.

issa sempliċiment jippreżenta card u jittieħdu l-flus mill-bank. Hekk sar aktar faċli biex dak li jkun jaqbad u jonfoq.

Semmiet id-differenzi bejn il-prodotti u bejn il-prezzijiet fejn xi drabi persuna m’għadhiex tivvalurizza Sale għax forsi ma jkunx jagħmel differenza kbira fil-prezz, iżda li meta tqis Sale ta’ numri ta’ prodotti diversi u minn diversi ħwienet, id-differenza monetarja ma tibqax ftit u ta’ min iqis sew qabel ma jaqbad u jixtri.

Lecturer fl-Università ta’ Malta

Il-kelliema żiedet tgħid li l-infiq sar impulsiv fejn il-bniedem sar ma jaħsibhiex darbtejn biex jixtri u jonfoq, speċjalment bil-metodi ta’ ħlasijiet ġodda fejn flok kif kien qabel, kien ikollu fiżikament joħroġ il-karti tal-flus mill-kartiera,

Dr Azzopardi kien il-mistieden speċjali ta’ din l-attività u t-tema li ppreżenta lill-udjenza kienet titratta Standards of Conduct in Organizational Management & Leadership. Fost l-oħrajn spjega kif fil-kuntest ta’ Standards of Conduct hemm dak li jissejjaħ Authentic Leadership li dan hu bbażat fuq tliet pilastri ewlenin, jiġifieri; Il-Verità, Il-Fiduċja u r-Rispett. Permezz tagħhom titkejjel il-lealtà u l-kredibilità bejn persuna u oħra, partikolarment fil-komunikazzjoni ta’

Dr Joseph Azzopardi

bejniethom u fi kwalunkwe negozji u/jew ftehimiet oħra li jistgħu jirriżultaw minnhom rispettivament.

Tkellem ukoll dwar il-kunċett ta’ ‘Knowledge is Power’, fejn il-bniedem aktar ma jeduka ruħu u jikseb għarfien, aktar ikollu ħiliet u kapaċitajiet dwar kif jimxi u jirreaġixxi f’kull sitwazzjoni li tippreżentalu l-ħajja.

Minn hawn, nixtieq inwassal kelmtejn ta’ ħajr u apprezzament lil Dr Joseph Azzopardi tal-preżentazzjoni eċċellenti li wassal u li bla dubju kienet ta’ għarfien utili għal dawk kollha li attendew. Prosit mill-ġdid.

Is-Sur Mark Musù

Is-Segretarju Permanenti

Is-Sur Musù tkellem dwar is-sinifikat ta’ din l-okkażjoni u ta’ dawn is-67 sena fejn pajjiżna kompla jimxi ’l quddiem bla ma qatt ħares lura

fejn permezz tal-liġi dwar is-sigurtà soċjali, il-pubbliku Malti u Għawdxi kompla jagħmel avvanzi kbar fil-kwalità tal-ħajja tiegħu.

Tenna li minkejja dan, dejjem ikun għad fadal xi jsir u sostna li waqt li rridu nkomplu ninbidlu maż-żmenijiet, iżda dan ma jfissirx li għandna narmu l-passat, anzi għandna narawh bħala sors biex nitgħallmu minnu u nkomplu niżviluppaw.

L-attività ġiet fi tmiem b’ikla fost dawk li attendew f’atmosfera ta’ divertiment li provdiet apposta band lokali popolari.

Ritratti: Harry Hudson

familja.media@gov.mt

Big salaries, no wealth: some high earners are struggling to manage their funds

“We wrongly assume that only ‘poor’ people have money management issues but high earners also struggle with it, and they are astonished to learn that when they were poorer, they were actually richer.”

Professionals in business, real estate, gaming, lawyers and lecturers, for instance, are among the high earners who struggle, Caruana said. When they realise they have suddenly become richer and they can now afford to buy stuff that they previously only dreamt about, they sometimes gorge on unsustainable shopping sprees of items worth thousands of euros.

Professionals are among the people struggling.

Some high earners are struggling to make ends meet at the end of the month, according to an internationally certified money coach. There is a widespread misconception that the more money someone makes, the richer they become but, Luca Caruana told Times of Malta, he works with clients who became ‘poor’ specifically when they became ‘rich’. They only ran out of money in their bank accounts and started accumulating credit card debts when their salary bumped up significantly.

“I have met people who changed jobs or got a huge promotion and their salary went from €30,000 to upward of €60,000 or even €80,000.

"When their salary was still relatively low, they would manage their money quite well but when they suddenly became richer they did not know what to do with the money and some of them ended up running out of it before they knew it,” he said.

“When they see their bank accounts swelling up, they sometimes forget where to stop or when and where to save or invest some of the money. Consequently, they accumulate more credit card debts, buy more stuff they don’t need and become more financially strained than when they had a lower income,” he said. Some of them, he continued, start going to frequent expensive dinners and trips and buying high-end luxury cars and items, such as watches worth tens of thousands of euros.

“A fatter bank account often subconsciously convinces you that you are earning more money because you worked hard for it, so you deserve it.

"So, when you see the latest smartphone on display, you’re more likely to buy it straightaway because you feel you deserve it, whereas when you earned less you would have been fine with waiting another year before buying it.”

Luca Caruana: "It's still a taboo for high earners to admit to financial difficulties."

When they realise they are running out of money, they often spend longer hours at work or take up a second job, just so that they are able to maintain their new lifestyle, Caruana explained.

That only makes things worse because it adds pressure and does not solve the money

familja.media@gov.mt
Many locals are crippled by a lack of financial literacy
Malta
Photo: Andrea Piacquadio

management issue.

What is worse is that when the ‘rich’ life becomes too much to bear, it is often impossible for these people to return to their old jobs or lifestyles because by then they will have committed themselves to huge loans and they become unable to take up jobs which pay less. So, they are trapped in a vicious cycle.

Caruana, who provides financial coaching services, spoke to Times of Malta a few days after the education and family ministers launched a series of financial education courses for adults as part of the campaign Ġemma (Save money), aimed at creating public awareness and education on money management.

Furthermore, the latest available figures from an international study conducted by the Organisation for Economic Cooperation and Development (OECD) and the International Network on Financial Education (INFE) revealed that, in 2020, Malta was among the countries having the poorest financial literacy.

'Knowing how to make money not the same as knowing how to keep it'

Caruana said the government initiative is essential and the latest statistics go to show to what extent the educational system failed to instil financial literacy in students. But he also warned that some high earners with money management issues would likely not attend such courses because they are overwhelmed with money shame.

“It’s still such a great taboo for high earners to admit to having financial difficulties to a group of other adults. They had the money and lost it, whereas low-income earners did not have the money to spend in the first place. And, in their view, their failure is more shameful,” he explained, adding that they fear being labelled, just like with mental health. There is another misconception, he pointed out.

There are people who are naturally gifted and possess a great ability to make money. These people will make money out of almost anything, and, consequently, become very rich very quickly.

“But knowing how to make money is not the same as knowing how to keep it,” Caruana cautioned.

“Some people who have a great ability to make money also have a great inability to manage it and they frequently spend it irresponsibly or even all at once.” It often boils down to psychological factors that stem from childhood experiences, he explained. If your parents had been lowincome earners and were very cautious and disciplined with money, you will likely either mirror that behaviour when you get a salary bump or you will rebel against it and spend beyond your means.

CREDIT : This article was published in The Times of Malta of Saturday 15th April 2023. Many thanks to the author, Mark Laurence Zammit (Journalist) and to the Times of Malta for their permission for us to be able to include this valuable article in Rivista FAMILJA. .

familja.media@gov.mt

Intervista ma

’ Isaac/Zak Vassallo

Mużika ispirata mill-ħajja

F’dawn l-aħħar jiem kelli l-okkażjoni niltaqa’ ma’ Isaac/Zak Vassallo, ġuvni żagħżugħ ta’ sitta u għoxrin sena li hu midħla sew fil-ġeneru tal-mużika. Għal Issac, il-mużika hija mezz kif hu jesprimi dak li jkun qiegħed iħoss ġewwa fih u biex iwassal messaġġ pożittiv lil ħafna nies. Kull tip ta’ mużika għandha s-seħer tagħha u dejjem hemm storja u sentiment

li kważi kulħadd kien jgħajjatlu Zak, kemm ħbieb u anke membri tal-familja. B’hekk l-isem niżillu tajjeb u għalhekk iddeċieda li jadotta dan l-isem li qiegħed ukoll iġiblu suċċess.

Issac jgħid li hu trabba u kiber fl-ambitu tal-mużika; “Il-mużika minn dejjem kienet parti minn ħajti. Sa minn tfuliti kont imdawwar b’elementi tal-mużika. Kemm il-kuġini u anke z-ziju kienu jdoqqu l-pjanu u strumenti oħra bħat-tanbur, it-timpani u x-xylophone.”

Ta’ 7 snin iltaqa’ mal-mużika għall-ewwel darba. Jistqarr li ħassu jissaħħar, l-aktar għal mod kif zijuh Joe kien idoqq it tanbur. Ta’ min

familja.media@gov.mt

mingħandu ġewwa l-Iskola tal-Mużika fil-Belt Valletta. Sal-ġurnata tal-lum hu jipprattika dak li tgħallem mingħandu u ta’ dan jinsab grat.

“Il-mużika minn dejjem lagħbet parti importanti fil-familja tagħna. Niftakar, fid-dar tagħna kellna kamra li konna nsejħulha, il-Music Room. Din il-kamra kienet tinkludi fiha għadd ta’ speakers, CDs u saħansitra kit tat-tanbur.”

Barra l-influwenza ta’ zijuh, kien hemm ukoll dik ta’ missieru li jħobb ħafna l-mużika Jazz, Funk, Soul, Blues u dak kollu li għandu ritmu. B’ hekk Isaac kiber f’dan l-ambjent ta’ ġeneri differenti ta’ mużika.

Jgħid li għalih, l-akbar idolu mużikali hu l-kantant 50 Cent Isaac jarah bħala kantant onest li hu rispettat fid-dinja tal-mużika u mhux biss huwa artist imma anke uman.

Kienet bl-ispirazzjoni ta’ dan il-kantant ta’ fama mondjali li Isaac wasal biex jibda jikteb il-mużika wkoll.

“Il-mużika tiegħi hi spirata minn ħajti u dak li nkun għaddej minnu f’ċerti sitwazzjonijiet. Wara ħafna żmien irrealizzajt kemm il-mużika għenitni nikber u kienet dejjem hemm meta kelli bżonn niżvoga. Mumenti fejn ma sibt lil ħadd u fejn din allura kienet forma oħra ta’ terapija.

Il-mużika nħobbha u ma’ kull jum li jgħaddi erħieli nikteb dwar dak li nkun għaddej minnu. Mod jew ieħor, il-mużika hija dik li tgħaqqad miljuni ta’ nies flimkien, permezz ta’ ħsejjes u emozzjonijiet.”

Illum Isaac qed jaspira li jibqa konsistenti u li jkompli jinvesti fil-promozzjoni tal-mużika, partikolarment dik li jikkomponi hu stess.

Fl-istess ħin bl-għan ukoll li jirbaħ il-battalja fih innifsu u fuq kollox li jibqa ġenwin għax konxju

li b’hekk biss jista’ jikseb ir-rispett tal-ammiraturi tiegħu.

L-għan ewlieni kien u għadu dak li nasal f’punt f’ħajti fejn il-mużika ssir il-karriera tiegħi. Meta jiġri dan naf li udjenza akbar se tkun qed tkompli ssegwini.” Isaac temm jgħid

b’messaġġ għal kull wieħed u waħda minna -

“Emmen fik innifsek, anke jekk waħdek f’kantuniera. Il-vera ħolma hi dik li tqum u ssib ruħek tagħmel dak li tħobb u tgħix mingħajr ebda rimors. Kuraġġ!”

familja.media@gov.mt

Ġrajjiet kurrenti mill-Ministeru

għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

X’hemm ġdid?

Editur

Minn dawn il-paġni, f’kull ħarġa ta’ rivista

FAMILJA qed inwasslu l-aħħar aħbarijiet ta’ dak li jkun qed iseħħ ġdid minn dan il-Ministeru. Tistgħu tiksbu aktar tagħrif mis-sit elettroniku www.familja.gov.mt

Il-Programm ta’ Rikonoxximent isir permezz ta’ nomini mill-kollegi stess ta’ dawn il-persuni u dawk nominati setgħu jkunu uffiċjali u impjegati mis-Servizz Pubbliku kif ukoll mis-Settur Pubbliku rispettivament. Il-kategoriji f’dan il-programm huma sebgħa, jiġifieri:

Premju għall-Impjegat tas-Sena – Servizz

Pubbliku:

Se jiġi ppreżentat lil impjegat fis-servizz pubbliku li wera kontribut, inizjattiva u motivazzjoni eċċellenti.

Premju Impjegat tas-Sena – Settur Pubbliku:

Se jingħata lill-impjegat fis-settur pubbliku li wera kontribut, inizjattiva u motivazzjoni eċċellenti.

Premju Tim tas-Sena – Servizz Pubbliku:

Inizjattiva ta’ rikonoxximent għall-impjegati tal-Ministeru

Lejn tmiem April, is-Segretarju Permanenti, is-Sur Mark Musù ħabbar it-tnedija tal-ewwel edizzjoni ta’ Awards ta’ Rikonoxximent għal ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għall-Politika

Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

Din l-inizjattiva tħares biex ta’ kull sena tibda tirrikonoxxi l-impenn, is-servizz, l-effiċjenza u d-dedikazzjoni ta’ impjegati li jkunu eċċellaw f’dawn l-oqsma u li jkun jistħoqqilhom jiġu ppremjati ta’ dak li għamlu.

Biex jirrikonoxxi l-isforz u d-dedikazzjoni magħquda ta’ grupp ta’ impjegati fis-servizz pubbliku li jmorru aktar milli mistenni minnhom biex jagħtu l-aqwa servizz lill-konsumatur.

Premju Tim tas-Sena – Settur Pubbliku:

Jirrikonoxxi grupp ta’ impjegati fis-settur pubbliku li jeċċella fl-għoti ta’ servizz lill-klijenti tagħhom.

Il-Premju Segretarju Permanenti:

Dan għandu jkun ippreżentat lill-impjegat/a li jagħti servizz distint fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu/tagħha.

familja.media@gov.mt

Premju Nagħmlu Differenza:

Jtingħata lill-impjegat li jmur lil hinn mis-sejħa tad-dmir tiegħu/tagħha biex jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.

Premjijiet għall-Iżvilupp Personali:

Dan se jkun jingħata lill-uffiċjali u impjegati li jkunu temmew b’suċċess kors ta’ studju akkademikku matul dawn l-aħħar tliet snin.

F’dan iċ-ċentru tingħata kura u riabilitazzjoni fuq bażi residenzjali u anke servizzi oħra fil-komunità għal dawk il-persuni li ma jkollhomx bżonn għajnuna ċentralizzata. Ħafna mill-każijiet jinkludu problema b’rabta ma’ vizzji tal-alkoħol, drogi, logħob tal-azzard u behavioural addictions bħall-użu esaġerat ta’ mezzi soċjali.

Ftehim ta’ €2 miljun li jkompli jsaħħaħ is-servizzi mogħtija mill-OASI

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ġedded u saħħaħ ftehim soċjali illi għandu mal-Fondazzjoni OASI f’Għawdex. Din il-fondazzjoni ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar 32 sena u matulhom tat firxa estensiva ta’ servizzi soċjali fil-komunità intiżi għal persuni li jkunu sfaw vittmi tal-vizzji.

Dan il-ftehim ġie ffirmat waqt żjara illi għamel il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon fiċ-ċentru ta’ riabilitazzjoni f’Għawdex.

Il-Ministru Michael Falzon qal li dan il-programm jgħin kull faxxa tas-soċjetà.

L-għan tagħna huwa li nagħtu l-għajnuna mingħajr ma niġġudikaw, filwaqt li ngħinu kull persuna terġa’ ssib saqajha u nagħtu sapport ukoll lill-familjari tagħhom.” Dan il-ftehim se jkun mifrux fuq medda ta’ 3 snin u jlaħħaq iż-€2 miljun li jagħmlu possibbli t-tmexxija ta’ din ir-residenza li tospita sa massimu ta’ 15-il sodda.

familja.media@gov.mt

Għeluq l-10 sena ta’ ħidma tas-Segretarju

Permanenti

Fl-okkażjoni tal-10 sena tas-Sur Mark Musù fil-kariga ta’ Segretarju Permanenti ta’ dan il-Ministeru, b’kollaborazzjoni ma’ Ambjent Malta (Tree 4 U) u l-Kunsill Lokali tal-Belt kienet sponsorjata siġra taċ-ċipress li s-Sur Musù ħawwel fil-ġnien ta’ Hastings nhar id-29 ta’ Marzu.

Intant, l-għada 30 ta’ Marzu ġewwa lukanda ewlenija f’San Ġiljan saret ikla biex tikkommemora l-istess anniversarju. Waqt din l-attività ma naqsux għadd ta’ diskorsi ta’ ħajr minn Diretturi Ġenerali u Diretturi li ħadmu mill-qrib mas-Sur Musù matul dawn l-aħħar 10 snin.

Fit-tmiem, is-Segretarju Permanenti għamel diskors qasir fejn fih irringrazzja lil kulħadd ta’ din iċ-ċelebrazzjoni flimkien u tal-ħidma u l-kooperazzjoni li dejjem sab minn dawk kollha ta’ madwaru. Nhar is-27 ta’ April (kważi xahar wara) is-Segretarju Permanenti fakkar ukoll għeluq sninu.

F’isem il-Bord Editorjali ta’ FAMILJA u f’isem l-impjegati kollha tal-Ministeru, nieħu l-okkażjoni biex nawgura lis-Sur Mark Musù aktar ħidma għaż-żmien li ġej bħala Segretarju Permanenti, kif ukoll għomor twil, ħafna saħħa, paċi u kuntentizza fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu.

Inawgurat ċentru għaż-żgħażagħ fl-Imsida

Kien inawgurat ċentru għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ fl-Imsida, li huwa immirat sabiex jgħin żgħażagħ li jkunu qed jiffaċċjaw xi sfidi soċjali. Dan ġie inawgurat mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

Michael Falzon flimkien mat-tmexxija

tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) illi se tkun qed tmexxi dan is-servizz ħolistiku.

Dan is-servizz se jkun qed jibni fuq il-'youth in focus' li twaqqaf fl-2013 u li kompla jissaħħaħ tliet snin wara permezz tal-'adolescent day

familja.media@gov.mt

programme' u l-'embark for life'. Issa, dawn il-programmi se jkomplu jingħataw b'aktar effiċjenza taħt saqaf wieħed. Kull servizz li ser jingħata minn dan iċ-ċentru huwa immirat sabiex jibni fiduċja u reżiljenza f'dawn l-adolexxenti. Ħafna drabi dawn iż-żgħażagħ ikunu għaddejjin minn diffikultajiet fuq livell personali, familjari u anke finanzjarju.

Għaldaqstant dan is-servizz taħt saqaf wieħed se jkun qed jagħti spinta u sostenn kontinwu lil dawn iż-żgħażagħ sabiex ikomplu jesploraw ħiliet u talenti moħbija fihom infushom. Din il-faċilità ser tkun qed tgħin ukoll sabiex l-interventi maż-żgħażagħ isiru f'ambjent li huma jirrelataw miegħu u jħossuhom komdi f'ambjent informali.

Il-Ministru Michael Falzon qal li dan huwa mod ieħor ta' kif ikunu indirizzati l-bżonnijiet taż-żgħażagħ, fejn permezz ta' din l-outreach, huma stess iħossuhom komdi jkomplu jinvestu fihom infushom u l-futur tagħhom. “Aktar minn

hekk, ngħinuhom isaħħu l-ħiliet tagħhom biex ikollhom opportunitajiet ta' xogħol, filwaqt li nagħtu l-għodod edukattivi u akkademiċi kollha sabiex nimmassimizzaw il-potenzjal ta' kull wieħed minnhom," temm jgħid il-Ministru.

familja.media@gov.mt

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.