1 minute read

Servizz Pubbliku Diġitali LIBBY, app ġdida li tipprovdi kotba elettroniċi mingħajr ħlas

Libby hija app tal-qari b'xejn li tippermetti lill-pubbliku biex jissellef kotba mil-Libreriji ta' Malta li jkunu jistgħu jinqraw jew jinstemgħu b'mod diġitali. Libby tagħmilha faċli biex tippersonalizza kif wieħed jaqra bħal per eżempju l-kobor tal-font u għalhekk tagħmel qari possibbli għal aktar qarrejja b'abbiltajiet u preferenzi differenti.

Din l-app tospita firxa wiesgħa ta' kotba elettroniċi, Audiobooks u Magazines li l-maġġoranza tagħhom huma bl-Ingliż iżda lingwi oħra huma disponibbli wkoll. Il-materjal hu addattat kemm għaż-żgħar u żgħażagħ kif ukoll għall-qarrejja adulti. Aktar ġeneri, lingwi, titli u abbonamenti ġodda huma miżjuda regolarment mal-pjattaforma tal-Libreriji ta' Malta.

Biex tissellef b'xejn minn Libby wieħed irid l-ewwel jissieħeb f'Malta Libraries billi japplika online mill-maltalibraries.gov.mt jew iżur il-librerija pubblika lokali. Ladarba l-karta tas-sħubija b'numru uniku ta' membri tkun fl-idejn, wieħed irid sempliċiment iniżżel lil Libby fuq apparat magħżul u jilloggja bl-użu tad-dettalji tal-karta tas-sħubija tal-Libreriji ta' Malta biex tkun tista' tibda tissellef il-kotba.

Bl-istess card ta' sħubija tkun tista' taċċessa wkoll kotba u pubblikazzjonijiet mil-libreriji kollha.

L-App Libby kif ukoll aktar informazzjoni jistgħu jinkisbu minn hawn.

Sors: Ftit Noti – 12/04/23

This article is from: