
4 minute read
Lejn 30 sena ta’ xandir minn Campus FM
Tonio Bonello Editur
Fost ħafna minna t-tendenza (jew kultura) twassalna nsegwu dejjem l-istess stazzjonijiet, kemm tar-radju u anke tat-televiżjoni. Dan bla ma wħud qajla jippruvaw (almenu darba) jisimgħu x’joffru stazzjonijiet oħrajn.
Għalkemm illum b’sodisfazzjon jingħad, Campus FM igawdi minn udjenza numeruża, iżda hu fost dawk li (għal grazzja t’Alla) mhux fost dawk magħrufa bħala Music Stations, fejn l-udjenza ssegwi aktarx hi ferm akbar.
Qabel ma sar Campus FM, l-istazzjon kien jismu r-Radju tal-Università. Beda bħala stazzjon li joffri programmi ta’ tagħlim b’distanza. Jaf l-ewwel xandira tiegħu nhar il-15 t’Awwissu tal-1994, jiġifieri f’Awwissu tas-sena d-dieħla jkun qed jiġi mfakkar għeluq it-30 sena mit-twaqqif tiegħu. Minn dak iż-żmien ’l hawn għamel avvanzi kbar.
Fil-bidu l-istazzjon, li juża l-frekwenza ta’ 103.7 FM kien jaqsam il-ħin ta’ trasmissjoni ma’ stazzjon ieħor sakemm imbagħad beda jxandar b’mod awtonomu għal 24 siegħa sħaħ. Fost oħrajn kellu kontenut, anki ta’ trasmissjonijiet mill-BBC, mid-Deutche Welle u Radio France Internationale.

Illum ħadt ħsieb nagħmel intervista ma’
Celaine Buhagiar, l-iStation Manager tal-istazzjon li għal dawn l-aħħar tliet snin (mill-2020) qed tmexxi dan l-istazzjon. Celaine għad għandha 45 sena, hi mill-Isla u tifla waħedha. Sal-ħames sena tal-Primarja kienet tattendi l-iskola tal-Gvern tal-Isla sakemm imbagħad kompliet is-sekondarja St.Joseph f’Raħal Ġdid u fil-Blata l-Bajda. Segwiet l-istudji tagħha s-Sixth Form Gian Franġisk Abela, u kompliet l-Università B.Communications (Hons) flimkien mal-Malti fejn gradwat fis-sena 2000. huwa viżwal. Bla dubju dan l-aspett jikkumplimenta ħafna x-xogħol tiegħi.
Qabel xejn tlabtha twassal ftit sfond dwarha, il-familja, impenji u delizzji.
Il-karriera tiegħek. Dejjem ħdimt f’dan il-qasam jew kellek impjiegi oħra qabel, u għaliex għażilt dan il-ġeneru ta’ xogħol?
Sa mill-età ta’ 3 snin iż-żfin minn dejjem kien għal qalbi u kien hawnhekk li bdejt nattendi skola taż-żfin lokali nistudja l-ballet, modern freestyle u tap. Aktar tard komplejt nistudja ż-żfin latin Amerikan u ballroom, anki permezz ta’ studju li għamilt għal xi żmien fir-Renju Unit.
Dan kien jinvolvi ħafna siegħat ta’ lezzjonijiet, taħrig u kompetizzjonijiet, wħud minnhom anki barra minn xtutna.
Minn dejjem xtaqt li din il-passjoni u mħabba għal dan il-ġeneru ngħaddiha lil ħaddiehor u kien għalhekk li fl-2005 ftaħt l-iskola taż-żfin Dancel Dance Studio fil-Fgura fejn illum tilqa’ fiha aktar minn 130 student. Illum il-ġurnata l-iskola hija involuta f’diversi proġetti u matul is-sena tkun impenjata b’numru ta’ performances f’diversi avvenimenti.
Delizzju ieħor għal qalbi immens huwa s-safar. Sa minn meta ltqajt mar-raġel Pierre Bugeja minn dejjem kien hemm l-imħabba għas-safar u kull naqra ħin li jkollna nieħdu l-opportunità biex induru l-globu. Fost il-pajjiżi li żorna apparti bosta pajjiżi fl-Ewropa, morna ċ-Ċina, l-Indja, Kuba, it-Tajlandja, il-Kanada u l-Istati
Uniti .

Bħalissa qed inħejju għal mawra li jmiss li se teħodna Singapore u l-Vietnam. Inħossni xxurtjata li Pierre ukoll huwa nvolut fil-qasam tad-divertiment għaliex jaħdem fil-qasam tad-dwal u huwa persuna artistika ħafna f’dak li
Kollox beda meta kont nistudja għall-Baċellerat fil-Komunikazzjoni. Dan peress li parti sostanzjali tal-kors kienu jkunu l-credits prattiċi li kien ikollna. Kien proprju hawnhekk li doqt l-ewwel esperjenza fir-radju.
Bħala studenti konna niġu mħarrġa fl-arti tal-produzzjonijiet radjofoniċi, kif tipproduċi reklam, kif tagħmel muntaġġ (dak iż-żmien fuq il-makkinarju reel to reel), kif tuża l-vuċi għal skopijiet differenti u fuq kollox, kif tikteb għar-radju.
Għalkemm kelli credits prattiċi oħra fil-fotografija u fil-qasam televiżiv, madanakollu l-imħabba lejn id-dinja tar-radju kienet waħda li ġrat mill-ewwel u bħala studenta kont diġà ntlabt biex nibda naqra waqt xi programmi. Minn hemm sibt ruħi naħdem full-time bħala junior producer lura fis-sena 2000, sakemm aktar ’l quddiem sirt Kap tal-Programmi sas-sena 2020. Għaldaqstant ir-radju kien dejjem ix-xogħol li ħdimt fih.
X’ġeneri ta’ produzzjonijiet tipproduċu u lejn liema udjenza/i tiffukaw?
Il-produzzjonijiet tal-istazzjon huma varji. Hemm dawk li huma fil-ġeneru ta’ infotainment bħal Campus Breakfast, Campus Magazine u Campus Brunch. Insibu dawk mużikali; programmi ta’ mużika Jazz, mużika Maltija, Taljana, kif ukoll drive-time show, imbagħad hemm il-ġeneru ta’ programmi storiċi, edukattivi u kulturali. Huma proprju dawn il-programmi riċerkati b’esperti preżenti li jagħmlu dan l-istazzjon differenti mill-bqija. L-udjenza tagħna tfittex programmi ta’ ċertu portata u għalkemm tieħu gost bil-programmi light, madanakollu jinżlu tajjeb ħafna programmi li joffru sfida fil-ħsieb ta’ min qed jisma’. issir ħidma biex proprju jitlesta anki t-tielet studio u hekk il-proġett li kien fdat lili sa mill-bidu tat-tmexxija tiegħi jkun komplut.

X’kienu dawk l-okkażjonijiet ta’ glorja ta’ dan l-istazzjon, f’kuntest ħollistiku?
Mument sabiħ ieħor kien hekk kif bdejna nżidu l-produzzjonijiet. Minn 7 produzzjonijiet fil-ġimgha issa tlajna għal 27, b’ammont kbir ta’ siegħat live, kif ukoll programmi live ta’ diskussjoni s-Sibt filgħodu. Dan filfatt kien rifless anki fin-numru fl-istħarriġ li tela’ wkoll. Bla dubju, mument inkoraġġanti għall-istazzjon li jagħtik il-grinta li tkompli taħdem u ttellgħa l-livell.
Lura fis-snin kienu jsiru l-awards li kienu jingħataw mill-Awtorità tax-Xandir fejn Campus
FM/Ir-Radju tal-Università dejjem kien jirnexxielu jakkwista diversi premjijiet inkluż dak tal-aqwa stazzjon.
Matul dawn l-aħħar sentejn sar kambjament strutturali kbir minħabba li l-istazzjon issa għandu żewg studios li huma state of the art, bl-aqwa makkinarju diġitali. Fil-mument qed
Ġrajja, episodju li esperjenzjat matul dawn is-snin ta’ ħidma tiegħek f’dan l-istazzjon li tibqa’ tgħożż? Xi ħaġa li lilek għamlitlek differenza fil-ħajja tiegħek?
Matul ix-xogħol tiegħi, speċjalment meta kont għadni nipproduċi l-programmi ħdimt ma’ bosta preżentaturi, però l-isbaħ esperjenzi kienu meta kont naħdem mal-producer veteran ċelebri Ġorġ Peresso.

Sa mill-bidu Ġorġ minn dejjem emmen fija u għal diversi snin produċejna bosta programmi u radju drammi flimkien. Il-pinna tiegħu hi waħda unika, versatili, mexxejja u li żżommok. U ma nistax ukoll ma nsemmix il-pariri tiegħu fl-użu tal-vuċi; kif naqra, l-istil, l-intonazzjoni u kif tuża din l-għodda b’għaqal. Għaldaqstant nibqa’ dejjem grata lejh li kien ta’ għajnuna kbira fil-karriera tiegħi. Illum jien nista’ ngħid li naħdem ukoll bħala professional voice over artist, fejn il-vuċi tiegħi tintuża fil-qasam televiżiv, waqt diversi dokumentarji u corporate advertising.
Kif tħares lejn Campus FM għall-10 snin li ġejjin? Pjanijiet, proġetti u x’tixtieq tara aktar/jew differenti minn dan l-istazzjon bl-għan li jkompli jilħaq aktar nies?


Inkomplu nsaħħu Campus FM billi nkomplu ntejbu l-produzzjonijiet f’diversi ġeneri u li nkomplu noffru xi ħaga differenti lissemmiegħa li qed ifittxu tip ta’ progammi li mhumiex offruti fuq stazzjonijiet oħra.
Insaħħu l-istruttura biex inżommu xandir ta’ kwalità u b’hekk naspiraw li nilħqu aktar semmiegħa li jingħaqdu magħna u jagħżlu lil 103.7 bħala l-istazzjon segwit tagħhom. Żgur li rridu nkomplu noffru s-servizz tagħna lill-Università, fejn inwasslu għand in-nies ir-riċerka li qed issir f’din l-istituzzjoni u kif is-soċjetà tagħna tista’ tibbenefika minnha filwaqt Ii nkomplu nħeġġu l-istudenti biex huma wkoll iħossuhom parti mill-istazzjon.

