Familja Frar 2025 numru 32

Page 1


Frar 2025 Numru 32

Intervista minn Mary Anne Zammit
mal-kantant tabib
Gian Luca Bezzina. Segwi f'paġni 20 u 21.

Rivista Familja hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi uffiċjali ta’ dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas.

Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt

Biex tirċievi r-rivista Familja tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku jew bilposta:

Tonio Bonello, MSPC

Taqsima tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

Nru 38

Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta.

Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti lopinjoni Editorjali.

Tonio Bonello

Editur

Archibald Attard
Helena Holland

EDITORJAL

Lejn nofs Jannar qamet agħha għax f’ĦadDingli, raġel b’vann beda jbiegħ toast għal €9.50. Fi ftit ħin Facebook infaqa’ kummenti, iżda Ħad-Dingli aktar! In-nies marru fi kju twil, bi ħġarhom, f’maltemp u kesħa x-xoqq ilgħadam biex jixtru dan it-toast għal €9.50. Qed jara kbir?... Qed ibiegħ bi prezz ogħli wisq?... Ma nafx. Għandi l-opinjoni tiegħi iżda qed ngħixu f’suq ħieles fejn il-prezz m ’għadux jiġi stipulat minn awtorità jew entità iżda jagħmlu l-individwu li qed ibiegħ stess. Fl-istess ġimgħa xi ħadd semma’ kif kwart ta’ ftira minn stabbiliment qed tinbiegħ €9.00. Ifisser li ftira sħiħa li mingħand furnar tinxtara €1 jew f’xi postijiet ftit aktar, din qed tinbiegħ bħala ftira tuna u/jew forsi f’għamla oħra ma nafx, għal €36.00. Qed jara kbir?... Dan ngħidulu serq?... Ma nafx.

Ħa nerġa’ ntenni. Jien bħal kulħadd għandi dritt għall-opinjoni tiegħi u din se nżommha

għalija għaliex etikament hekk inħoss li għandi nagħmel. Però rrid iva nirrimarka dwar numru kbir, sostanzjali ta’ nies li ta’ kuljum joħorġu jiktbu ma’ kull rokna li jsibu dwar kemm il-ħajja qed togħla u kif kollox sar għoli infern.

Sinjur/a jħoll u jorbot minnek x’tagħmel bi flusek, kif timmaniġjahom, fejn tmur tixtri, x’tixtri.

Eżempju jien iċ-ċellulari tiegħi kont xtrajtu tlett snin ilu għal ftit anqas minn €300. Hawn min għandu ċellulari (u huma ħafna mhux ftit) li ċellulari swielhom ‘il fuq minn €2,000. Tista’ tixtri karozza mingħand ħaddieħor (2nd hand) li jekk tagħraf tagħżel u b’għaqal issib anke b’€5,000 u tkun għadha f’kundizzjoni tajba ħafna waqt li llum hawn Maltin li qed jixtru karozzi ta’ aktar minn nofs miljun Euro. Ħaġa kbira toast jinbiegħ €9.50?... Għal ħafna nies xorta toast għali ħafna €9.50, iżda dan mhux l-argument.

Dak li llum fil-komunikazzjoni soċjali qed jissejjaħ Viral, jiġifieri aħbar li tinxtered bħal leħħa ta’ berqa minħabba fil-popolarità li tikseb, din ma ssirx hekk waħedha. Jagħmluha tali nnies. Nagħmluha Viral, xi drabi aħna stess, int u jien.

Il-problema hi li la fil-parametri lokali u wisq anqas f’kuntest internazzjonali sal-lum għad qatt ma kien hemm diskors ta’ xi ħadd li mar Viral dwar l-għaqal li tinħtieġ ikollok, is-sens ta’ dixxiplina fuqek innifsek, li toqgħod bogħod mill-vizzji kollha biex int u l-familja tgħixu ħajja deċenti, mingħajr dejn, finanzjarjament stabbli. Mela, mhux toast €9.50 l-problema, ċellulari ta’ €2,000.00, karozza ta’ nofs miljun Euro, villa ta’ €8 miljuni u ajruplan privat ta’ €70 miljun. Lanqas x’tista’ taffordja u ma taffordjax m’hu largument. L-argument hu s-sens komun li bħal donnu, waqagħlna minn idejna, niżel filqiegħ, u tlifnih!

L-Onor. Dr Michael Falzon Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal

L-investiment soċjali fil-pensjonijiet u lbenefiċċji soċjali din is-sena ser ilaħħaq issomma rekord €1,600 miljun

Ħbieb,

Is-sena 2025 ġabet magħha għadd kbir ta’ benefiċċji ġodda u kontinwazzjoni t’oħrajn li diġà kienu implimentati fis-snin illi għaddew. Ta’ min jirrimarka illi l-investiment soċjali fil-pensjonijiet u l-benefiċċji soċjali, matul din is-sena, ser ilaħħaq is-somma rekord €1,600 miljun. Investiment rekord ta’ kull żmien, li jitfa’ fuqna piż u responsabbilità kbira.

Qed ngħid dan, għaliex huwa dover tagħna li nuru diliġenza u effiċjenza fit-tħaddim ta’ dawn il-benefiċċji, fejn ħafna minnhom jingħataw kull xahar.

Kuntent bis-sinerġija li qed titħaddem bejn id-diversi dipartimenti fi ħdan il-Ministeru, u nieħu din l-opportunità sabiex infaħħar il-ħidma kbira li qed iwettaq is-Segretarju Permanenti, id-Diretturi u l-ħaddiema kollha.

Is-suċċess u l-konsistenza ta’ dan il-Ministeru hija dovuta għall-ħidma kollettiva tagħna lkoll. Sfidi kellna u ser jibqa’ jkollna, iżda ejja nindirizzaw kull diffikultà, u fejn hemm kritika kostruttiva nindirizzawha fl-iqsar żmien possibli.

F’Jannar ħallasna eluf ta’ pensjonanti b’rati ġodda, filwaqt li komplejna nħaddmu lmekkaniżmi tal-COLA addizzjonali u għal darba oħra indirizzajna anomalija bejn dawk ilpersuni li twieldu qabel l-1962 u oħrajn li twieldu wara.

L-inċentivi għall-familji ma naqsux, tant illi ħallasna bil-quddiem il-pagamenti taċ-Children’ s

Allowance u kif ukoll tajna l-Inwork Benefit li jiġbor fih l-aħħar tlett xhur tas-sena li għaddiet.

Quddiemna għandna sena eċitanti u mimlija impenji u sfidi, u għalhekk jeħtieġ illi nkomplu nservu ta’ tarka soċjali.

Nawgura l-kumplament ta’ sena mill-aqwa lil kulħadd,

Waħda mill-kontributuri tagħna ta’ rivista Familja, Doris Zammit, rebbieħa filkategorija Volontarjat fl-Anzjanità

Waħda mill-aktar persuni anzjani li sa millbidu tiegħi bħala Editur għar-rivisti talMinisteri għal 22 sena sħaħ, dejjem sibt bħala kontributriċi volontarja biex tassistini, dejjem kienet is-Sinjura Doris Zammit. Għal min ma jafx Doris hi persuna ħabbrieka ħafna, ma taqta’ qalbha minn xejn, kapaċi timxi eżatt fuq il-linji li tkun mitluba taħdem dwarhom u dejjem tagħtik l-aqwa riżultati li tkun tixtieq. Din is-sena ħsibt biex nibdew lewwel ħarġa ta’ FAMILJA b’intervista magħha bl-għan li nsiru nafuha aħjar.

Kif tiddeskrivi lilek innifsek Doris, il-familja u ħidmietek?

Jien miżżewġa, għandi żewġt itfal u nanna ta’ tifla bl-isem ta’ Faye li hi l-mimmi ta’ għajnejja.

Ilni għal bosta snin fix-xena tax-xandir f’Malta filwaqt li jien ukoll awtriċi. Tellajt diversi programmi televiżivi u radjufoniċi fosthom dwar artiġġjanat u snajja’ Maltin fis-serje ta’ programmi Tan-Nanna Ħelu Manna.

Sensiela oħra kienet l-Elmu li kien programm dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post taxXogħol. Dan ħassejt li għandi nagħmlu wara li kont gradwajt fl-istess suġġett fejn kont lewwel mara Maltija li gradwajt f’dan il-qasam tant importanti. Aktar ‘il quddiem imbagħad kont ipproduċejt u ppreżentajt il-programmi fuq TVM Destinazzjoni Kanada, Il-Ħolma Amerikana u Baqgħu Maltin, li kollha kienu jittrataw dwar il-Maltin li jgħixu barra minn Malta.

Barra li gradwajt fis-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, aktar ‘il quddiem komplejt blistudji tiegħi kemm fil-Ġurnaliżmu kif ukoll fil-Qari tal-Provi tal-Malti, fi ħdan l-Università ta’

Malta. B’sodisfazzjon u b’umiltà ngħid li kont irbaħt ukoll ilHarold Scorey Scholarship fejn tlajt 3 xhur Londra nitħarreġ fuq ix-xandir televiżiv.

Naf li ma tgħaddix mingħajr platt tajjeb u ajruplan. X’tgħidli?

Veru. Żewġ aspetti oħra minn ħajti huma l-ikel u s-safar. Jien persuna li verament inħobb ħafna nsajjar speċjalment riċetti talħelu, kif ukoll inħobb insiefer. Dort bosta pajjiżi madwar id-dinja mill-Amerika, New Zealand, il-Brażil sal-Greċja biex insemmi ftit mill-pajjiżi li żort.

Fil-ħin liberu tiegħi nħobb nagħmel il-krafts li dan l-aħħar kelli nħallihom kif jgħidu bl-Ingliż, “on hold” minħabba d-diversi responsabbiltajiet li għandi bħalissa. Il-qari huwa wieħed mill-passatempi tiegħi wkoll iżda nħobb nagħmel ħafna riċerka, speċjalment minħabba l-produzzjonijiet li nkun involuta fihom.

Xi jfisser il-volontarjat għalik?

Sa minn ċkuniti kont inħobb il-volontarjat.

Ilni aktar minn 25 sena nikteb volontarjament artikli dwar diversi suġġetti li jolqtu lill-bniedem f’diversi rivisti bħall-Familja, is-Sagħtar, u ġurnali lokali filwaqt li nkun mistiedna regolarment fuq l-istazzjonijiet televiżivi biex naqsam tagħrif u pariri lit-telespettaturi fosthom fuq il-Liġi talKonsumatur, u tagħrif ieħor ġenerali li jinteressa lit-telespettaturi jew semmiegħa. Jien wkoll membru volontarju f’numru ta’ għaqdiet fosthom mal-Ħbieb tal-Arkivji Nazzjonali, il-Kunsill tal-Malti u Life Network.

X’kienet il-konnessjoni tiegħek mas-soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan?

Jien ħdimt volontarjament u kont strumentali biex għall-ewwel darba ftit tas-snin ilu, il-Każin tal-Banda Pinto, Ħal Qormi, kellu l-Kummissjoni tan-Nisa u kont ukoll spiċċajt eletta fil-kumitat eżekuttiv biex stajt nirrappreżenta lin-nisa sħabi.

Ħdimt biex lill-membri norganizzalhom diversi attivitajiet kulturali kemm madwar Malta u anke Għawdex u dan bqajt nagħmlu anke mal-grupp tal-krafts li domt nieħu ħsieb għal diversi snin, sakemm ġejt eletta kunsilliera, fil-kunsill lokali ta’ Ħal Qormi.

X’inhuma r-responsabbilitajiet tiegħek fi ħdan il-Kunsill Lokali?

Jiena responsabbli mill-Anzjanità Attiva, l-attivitajiet u l-laqgħat fil-kunsill, il-kultura, kif ukoll il-magazin tal-Kunsill, id-Dielja. Fil-fatt kull ġimgħa nlaqqa’ gruppi ta’ anzjani millkomunità Qormija u norganizza laqgħat kemm dwar is-saħħa, eżerċizzji fiżiċi u suġġetti oħra

ta’ interess għalihom. Niġi mistiedna b’mod regolari wkoll biex nagħti diversi taħditiet fi gruppi oħra ta’ anzjani fi bliet u rħula Maltin li jmexxu gruppi simili.

Dawn l-aħħar erba’ snin qed norganizza wkoll attivitajiet kulturali għar-residenti

Qriema fosthom lanzjani, fejn neħodhom żjajjar, bħallParlament, jaraw l-Arazzi tal-Kon

Katidral ta’ San Ġwann u postijiet

oħra li xi drabi nibqa’ sorpriża li wħud minnhom ikunu qatt ma żaru. Fi żjajjar

oħra żorna l-Palazz tal-President ta’

Malta, il-Belt Valletta u l-Armerija li kienu għadhom kemm ġew restawrati, kif ukoll il-Palazzi ta’ Sant’Anton u lVerdala.

Illum il-ġurnata li inti persuna irtirata, kif tqatta’ l-ħin tiegħek?

Nistqarr li waqaft biss mix-xogħol full-time għaliex, onestament, lanqas ridt nieqaf. Imma sodisfatta ħafna bil-ħajja impenjattiva li għandi. Biex inkun ċerta li meta nirtira ma noqgħodx b’idejja fuq żaqqi, kif semmejt aktar kmieni, kont seqwejt kors fil-qari tal-provi tal-Malti. Dan ix-xogħol, il-biċċa l-kbira nagħmlu wkoll volontarju u verament nieħu gost nagħmlu għaliex anke lili jżommni aġġornata fil-lingwa li tant inħobb.

Intant meta rtirajt stajt niddedika aktar ħin lill-volontarjat u allura bdejt norganzza aktar żjajjar kulturali ma’ gruppi ta’ Qriema u oħrajn f’diversi postijiet, bħall-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta u Palazzo Falson fl-Imdina, kif ukoll il-katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat, Malta.

F’Għawdex żorna wkoll il-Ġgantija u l-Mitħna tax-Xewkija u dik tax-Xagħra. L-aħħar ħarġa li kellna fis-sena 2024 kienet f’Diċembru li għadda f’Għawdex fejn żorna diversi presepji u wirjiet.

Dawn iż-żjajjar huma ferm apprezzati minn dawk li jattendu u jkunu dejjem għatxana għal aktar biex isiru jafu aktar dwar art twelidna u t-teżori tagħha. Il-fatt li nara li kulħadd qiegħed jieħu gost u japprezza dawn iż-żjajjar, jagħtini sodisfazzjon kbir. Dan għaliex inkun qed nagħti inizjattiva lil dawn l-anzjani jibqgħu għaddejjin b’ħajjithom u mhux jintelqu bilqiegħda jistennew il-ħin għaddej. Fi kliem ieħor jagħtu aktar sens lil ħajjithom.

Xi ħaġa li xtaqt naqsam hija li flimkien mal-kunsill lokali ta’ Ħal Qormi, irnexxielna ntellgħu grupp ta’ Qriema fi Sqallija. Nittama li nerġgħu nagħmlu safra simili din is-sena wkoll.

Xi sentejn ilu, flimkien mal-kunsill lokali, organizzajt serata mużiko-letterarja biex fakkarna kompożitur Qormi, Ġużè Muscat Azzopardi. Din is-serata ttellgħet taħt ilpatroċinju tal-Eċċ. Tiegħu l-President Emeritu George Vella. Jien kont responsabbli mir-riċerka sal-loġistika tasserata. Din is-sena qed naħdem biex intella’ serata simili f’Ħal Qormi dwar il-poeta Qormi, Ġorġ Zammit.

Jekk Alla jrid, din is-sena rġajna bdejna billaqgħat ta’ kull ġimgħa li jikkonsistu minn mistiedna esperti fuq suġġetti diversi li jinteressaw lill-anzjani tagħna, klassijiet tal-krafts u tisjir, kif ukoll żjajjar u ħarġiet kulturali. Waħda minnhom li hija fil-futur qrib se tkun marbuta maż-żjara lill-Eċċellenza Tagħha l-President ta’ Malta u l-Palazz ta’ Sant’Anton.

Il-Premju volontarjat fl-Anzjanità, x’tgħidilna dwaru?

F’Ottubru tas-sena 2024, kont ġejt nominata għal dan il-premju nazzjonali prestiġġjuż u kienet sorpriża għalija għaliex kien hemm 20 innominat ieħor u spiċċajt li rbaħt jien. Minkejja l-età tiegħi (illum ngħodd 73 sena), jiena għadni impenjata f’dawn l-attivitajiet, partikularment il-volontarjat u l-kultura fil-komunità ta’ Ħal Qormi.

L-aħħar appell lill-qarrejja ta’ dan il-magażin?

Jien dejjem ngħid li sakemm il-Mulej jagħtini lgħomor u s-saħħa nibqa’ nagħti l-kontribut tiegħi kull fejn nista’. Għaldaqstant inħeġġeġ lill-anzjani b’mod speċjali, biex ma jitgħażnux wara li jirtiraw, anzi jimpenjaw ruħhom f’attivitajiet, anke dawk volontarji fil-komunità tagħhom. Barra minn dan, jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jitgħallmu xi suġġett ġdid li forsi kienu ilhom bixxewqa li jagħmlu meta kienu iżgħar jew joħorġu jaħdmu. Illum hawn ħafna kunsilli li joffru korsijiet diversi u ħafna minnhom mingħajr ħlas.

L-Għoti tad-Demm - Grazzi

L-istatistiċi għas-sena 2024 tjiebu meta mqabbla mas-sena preċedenti

Fl-2024 attendew biex jagħtu d-demm 21,024 donatur. Il-maġġoranza tad-donaturi kienu taw id-demm fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi G’Manġa. Dan waqt li numru sostanzjali

ieħor kienu għamlu dan fil-Berġa tax-Xewkija, Għawdex u fil-Mobile Blood Donation Unit li fil-Ħdud u Festi jkun ipparkjat fil-villaġġi Maltin u matul il-ġimgħa skont kif mitlub minn entitajiet differenti madwar Malta.

Minn dan l-ammont kellna 587 donatur li taw il-Pjastrini biss. Din hija proċedura li tieħu madwar siegħa u d-donatur jista’ jkollna bżonn insejħulu kmieni filgħodu u nitolbuh jiġi malajr kemm jista’ jkun.

Kien hemm 3,370 donaturi li ma setgħux jagħtu d-demm, li però jistgħu jirritornaw wara li jgħaddilhom iż-żmien meħtieġ skont il-linji gwida tad-donazzjoni tad-demm.

L-ammont tal-irġiel meta mqabbel man-nisa skont il-boroż li nġabru huwa approssimattiv ta’ 2 għal kull 1, jiġifieri 11,231 raġel għal 5,835 mara. 585 mid-donaturi tal-pjastrini kienu rġiel u 2 l-oħra nisa.

Kellna 1,322 donaturi ġodda mill-ammont totali msemmi hawn fuq, filwaqt li l-maġġoranza tad-donaturi kienu tal-età bejn is-36 sena u l-55 sena rispettivament. Hawnhekk irrid nagħmel appell għaż-żagħżagħ ta’ bejn l-età ta’ 17 u 25 sena li dawn jammontaw għal 1,410. Iż-żagħżagħ għandhom potenzjal kbir u nħeġġiġhom biex jibdew jagħtu d-demm minn 17-il-sena u anke biex huma stess iħeġġu lil sħabhom biex jekk jistgħu jiġu jagħtu ddemm flimkien.

Għalkemm l-2024 kienet aħjar mill-2023, nappella biex id-donazzjonijiet tad-demm ikunu regolari - ta’ kull 3 xhur l-irġiel u ta’ kull 4 xhur in-nisa. Dan bl-għan li dejjem ikollna ħażna tad-demm sostenibbli u dejjem aħjar minn sena għall-oħra.

Aħna ninsabu miftuħin kuljum fi G’Manġa mit-8.00am sas-6.00pm inkluż il-Ħdud u Festi. Kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar qegħdin nestendu l-ħin tagħna sat-8.00pm. Kun super-eroj u salva l-ħajja ta’ ħaddieħor. Agħti d-demm. Jekk tixtieq iktar informazzjoni dwar l-għoti taddemm, tista’ tfittex jew tagħmel kuntatt magħna kif ġej –

Lista ta’ Kuntatti -

Sit elettroniku - https://blood.gov.mt/

Indirizz elettroniku - customercare.nbts@gov.mt

Facebook - www.facebook.com/bloodmalta

Instagram - https://www.instagram.com/blooddonationmalta_official/?hl=en

Indirizz - Ċentru tal-Għoti tad-Demm, G’Manġa.

Linji fissi - 2123 4767 / 2206 6201

Linja ċellulari - 7930 7307

Linja bla ħlas - 8007 4313

Il-Berġa tax-Xewkija, Għawdex - 2155 6461

Nifhmu l-Assistenza għad-Diżabilità f'Malta

Tim IMU

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f'Malta joffri diversi forom ta' għajnuna għad-diżabilità lil individwi eliġibbli. Dawn jinkludu għajnuna għal dawk neqsin mid-dawl, għajnuna ġenerali għad-diżabilità, u għajnuna severa għad-diżabilità kemm dik fiżika kif ukoll intellettwali.

Kriterji ta' Eliġibilità:

Assistenza għal Persuna b’Vista Batuta: Disponibbli għal individwi minn 14-il sena 'l fuq li huma jew kompletament jew parzjalment neqsin mid-dawl.

Assistenza għal Diżabilità: Għal individwi minn 16-il sena 'l fuq li jbatu minn paraliżi totali, malfunzjoni severa, jew diżabilità permanenti minħabba amputazzjoni ta' riġel jew driegħ. Tkopri wkoll dawk b'diffikultajiet fis-smigħ jew biex jitkellmu.

Assistenza għal Diżabbiltà Severa (Fiżika): Għal individwi minn 16-il sena 'l fuq b'diżabilità fiżika.

Assistenza għal Diżabbiltà Severa (Intellettwali): Għal individwi minn 16-il sena 'l fuq b'diżabilitajiet intellettwali u ġenerali fit-tagħlim.

Proċess ta' Applikazzjoni: Konsultazzjoni Medika: L-applikant iżur Tabib jew Speċjalista Kuranti li jimla rapport mediku u jissottometti applikazzjoni online f'isem l-applikant. Dan jinkludi t-tlugħ ta' dokument li jindika d-dijanjożi medika.

Awtentikazzjoni: It-Tabib jew Speċjalista Kuranti jawtentika l-applikazzjoni bl-e-ID tiegħu, li aktar tard tiġi vverifikata mid-Dipartiment.

Konferma bl-Email: Kemm it-Tabib jew Speċjalista Kuranti, kif ukoll l-applikant jirċievu email ta' konferma awtomatika mas-sottomissjoni.

Verifikazzjoni tal-Applikazzjoni: Id-Dipartiment jirrevedi l-applikazzjoni biex jiżgura li ddettalji u d-dokumenti kollha mitluba huma korretti. Jekk approvata f’dan l-istadju, tiġi skedata intervista mal-applikant mill-bord inter-professjonali.

Proċess tal-Intervista: Il-bord inter-professjonali jevalwa d-diżabilità tal-applikant permezz talKwestjonarju tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Funzjonament, Diżabilità u Saħħa (ICF) jew billi jevalwa d-dokumentazzjoni pprovduta.

Deċiżjoni Finali: Wara l-approvazzjoni, l-applikant jirċievi ittra bid-dettalji tal-ħlas. Jekk miċħuda, tintbagħat ittra ta' rifjut li tgħid ir-raġuni lill-applikant. Dan il-proċess strutturat jiżgura li individwi b'diżabilità jirċievu l-appoġġ u l-għajnuna meħtieġa f'Malta.

Understanding Disability Assistance in Malta

The Department of Social Security in Malta offers various forms of disability assistance to eligible individuals. These include assistance for the visually impaired, general disability assistance, and severe disability assistance for both physical and intellectual disabilities.

Eligibility Criteria:

Assistance for the Visually Impaired: Available for individuals aged 14 and over who are either completely or partially visually impaired.

Disability Assistance: For individuals aged 16 and over suffering from total paralysis, severe malfunction, or permanent disability due to limb amputation. It also covers those with hearing or speech impairments.

Severe Disability Assistance (Physical): For individuals aged 16 and over with physical disabilities.

Severe Disability Assistance (Intellectual): For individuals aged 16 and over with intellectual and general learning disabilities.

Application Process: Medical Consultation: The applicant visits a Medical Doctor or Treating Specialist who completes a medical report and submits an online application on behalf of the applicant. This includes uploading a document indicating the medical diagnosis.

Authentication: The Medical Doctor or Treating Specialist authenticates the application using their e-ID, which is later verified by the Department.

Email Confirmation: Both the Medical Doctor or Treating Specialist and the applicant receive an email acknowledgment upon submission.

Application Vetting: The Department reviews the application to ensure all details and documents requested are correct. If it is approved at this stage, an interview with the interprofessional board is scheduled with the applicant.

Interview Process: The inter-professional board evaluates the applicant’s disability through the International Classification of Functioning, Disability and Health (ICF) Questionnaire or by assessing the provided documentation.

Final Decision: Upon approval, the applicant receives a letter with payment details. If rejected, a rejection letter is sent to the applicant citing the reason. This structured process ensures that individuals with disabilities receive the necessary support and assistance in Malta.

Tony Micallef

Koordinatur tas-Sensiela

F’Malta, 10.1% tal-persuni bejn 20 - 79 sena jbatu bid-dijabete u r-riċerka turi li sas-sena 2045 in-numru mistenni jiżdied għal 45%. Id-dijabete hija kundizzjoni kronika fejn il-frixa, li hija organu fil-ġisem li tipproduċi l-insulina, għal xi raġuni jew tieqaf tipproduċi insulina u din tissejjaħ dijabete tal-ewwel tip (li ħafna drabi insibuha f’persuni ta’ età żgħira), inkella tnaqqas milli tipproduċi biżżejjed insulina fil-ġisem biex tirregola l-livell taz-zokkor li nieklu. Din tissejjaħ dijabete tat-tieni tip. Anke piż żejjed u obeżità, dawn ukoll jistgħu jikkawżaw din it-tip ta’ dijabete minħabba li l-ġisem ma jibqax sensittiv għall-insulina li jipproduċi.

Din tal-aħħar hija l-iktar komuni li nsibu. Tista’ tkun kundizzjoni ereditarja fejn aktar ma nikbru fl-età aktar hemm ċans li jkollna l-kundizzjoni tad-dijabete tat-tieni tip. Il-piż żejjed, fejn nieklu ammonti kbar ta’ zokkor, karboidrati u xaħmijiet, flimkien ma’ tipjip u nuqqas ta’ attività fiżika, dawn huma kollha fatturi li jistgħu jikkawżaw din it-tip ta’ dijabete.

Is-sintomi tad-dijabete jistgħu jvarjaw u mhux dejjem wieħed jinduna li jkollu din it-tip ta’ dijabete minħabba li jista’ jkun li fil-bidu ma tħoss xejn, għalkemm il-ħsara xorta tkun qed issir. Tinduna meta tagħmel it-testijiet tad-demm mill-vina u għalhekk huwa tajjeb li dawn isiru regolarment bis-sapport ta’ tobba li japprovaw u jdaħħlu dawn it-testijiet fuq is-sistema tal-IT meta wieħed iżur xi Ċentru tas-Saħħa.

Sfortunatament, id-dijabete meta mhix kkontrollata tista’ tikkawża ħafna kumplikazzjonijiet filġisem tagħna bħal fl-għajnejn, kliewi, fil-qalb, fil-moħħ u fiċ-ċirkulazzjoni. Għalhekk huwa importanti ħafna li nieħdu ħsieb id-dijabete billi kemm jista’ jkun inżommu l-livell taz-zokkor, il-kolesterol u l-pressjoni tajbin.

Irridu niżguraw li nattendu għall-appuntamenti kollha li jkollna, inkluż mal-klinika taz-zokkor.

Nieħdu l-mediċini kif suppost. Nieklu dieta sana. Nixorbu l-ilma. Innaqqsu l-alkohol u nagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju. Nitgħallmu ngħidu le għat-tipjip. Jekk hemm bżonn infittxu lgħajnuna.

Hija ħaga normali li meta niġu mgħarrfa li għandna z-zokkor għoli ninħasdu u nħossuna imdejjqin, imma bl-għajnuna tal-professjonisti li nsibu fiċ-Ċentri tas-Saħħa u l-Kliniċi filKomunità, din il-kundizzjoni tista’ tiġi kkontrollata sew biex b’hekk ngħixu ħajja ta’ kwalità tajba. Kull għajnuna f’dan ir-rigward tista’ tinkiseb kif ġej-

Tel. 2123 1231 (Client Support PHC)

Tel. 2122 2444 (Telemedicine f’każ li persuna tixtieq titkellem ma’ Tabib) miftuħin 24/7

PHC FB page: Primary Health Care Malta

Il-Karnival ta’ Viareggio

Bla dubju waħda mill-isbaħ destinazzjonijiet fir-Reġjun ta’ Toskana fl-Italja hija Viareggio. Belt aċċessibbli faċilment li wieħed jagħżel biex iqatta’ ftit jiem ħdejn il-baħar. Fil-fatt

ġewwa Viale Italico, ħafna nies jagħmlu mixja twila biex igawdu din il-bajja spettakolari fejn ta’ kull sena jsiru festivals vibranti frekwentati minn folol kbar ta’ nies u turisti li jattendu speċjalment matul is-sajf fejn hemm il-

baħar fuq naħa u l-qċaċet tal-Alpi Apuani fuq in-naħa loħra.

Viareggio hija wkoll il-bidu ta’ vjaġġ b’sens ta’ avventura fejn wieħed jista’ jesplora l-famużi barrieri tal-irħam

f’Carrara fejn Michelangelo Buonarroti, skultur ta’ fama mondjali kien ispirat minn din il-kwalità għolja t’irħam għax-xogħol ta’ perfezzjoni fl-arti tiegħu.

Sfortunatament mhux kulħadd jara l-istampa klassika ta’ din il-belt importanti fil-Versilia ta’ Viareggio stess. Sfortuna jekk tqatta ġurnata u ma ddurx mat-toroq dojoq taċ-ċentru storiku fil-kwartieri tad-Darsena jew titla’ sa Lecciona li hija kważi f’Torre del Lago u hemm tiekol ikla ħut f’waħda mit-trattoriji tipiċi ħdejn il-baħar.

Però darba f’sena, bejn Frar u Marzu, f’din l-istrixxa kostali ramlija ta’ Viareggio jsir il-karnival li huwa meqjus, wieħed mill-aktar popolari fl-Ewropa. It-tradizzjoni ta’ din il-festa fejn jiġu ppreżentati l-isbaħ karrijiet ikkuluriti fit-Toskana u tmur lura għas-sena 1873 meta kienet saret l-ewwel parata ta’ karrijiet b’suġġetti u karikaturi ta’ karattri popolari tul Viale Regina Margerita.

It-Taljani jħobbu ħafna l-karnival ta’ Viareggio u minn xhur qabel jibdew il-preparamenti biex igawdu dan il-festin pittoresk li huwa wieħed mill-aktar imfittxija fl-Italja. L-atmosfera matul il-karnival f’Viareggio tinbidel kompletament fejn eluf ta’ ċittadini ta’ kull età jippateċipaw kull sena f’parati spettakolari li almenu wieħed għandu jara mill-inqas darba f’ħajtu.

Darba kelli l-opportunità nara edizzjoni ta’ dawn il-parati ta’ Viareggio u ngħidilkom il-verità ħadt gost ħafna speċjalment bil-karrijiet li kienu ta’ kapolavur kbir u kollox organizzat b’mod pjaċevoli u b’enerġija ħajja. Spiss, kull turist jibqa’ ispirat bl-atmosfera ta’ dawk iż-żeffiena abbord il-karrijiet kolossali akkumpanjati minn mużika u melodija Taljana li tfakkar ir-rabta ta’ Viareggio bejn it-toroq dojoq storiċi taċ-ċentru u l-promenade sabiħ mal-baħar.

Matul l-aħħar jum, ħafna kumpaniji individwali li kkompetu fil-parati f’dan il-karnival ta’

Viareggio jkunu pproklamati bħala “rebbieħa” u finalment ippremjati bħala l-aqwa kategorija magħżula minn ġurija professjonali.

Huwa sabiħ u meħtieġ ħafna li wieħed iwarrab ftit ir-rutina mgħaġġla ta’ kuljum u jgħix ftit jiem matul is-sena ferħan u jiddeverti matul il-karnival. L-importanti li wieħed iżomm quddiem għajnejħ li l-karnival huwa kultura anke f’pajjiżna, fejn ħafna turisti jiġu

speċifikament għalih. Allura xieraq li l-affarijiet nibqgħu nagħmluhom sewwa kif suppost mingħajr l-ebda skandli sabiex inkomplu nferħu lil kulħadd.

Ħuti, anke bil-karnival wieħed jista’ jagħmel il-ġid. Nagħlaq b’dak li darba kien qal Paul Curmi li ħadem 66 sena sħaħ f’din l-avventura kulturali sabiħa f’pajjiżna. “Bqajt ħaj għal tant snin għax il-Karnival iżommok ferħan. Li għamilt kien dejjem għal Malta u biex inżomm lillpoplu Malti dejjem ferħan bija u miegħi”

Ritratt: Visit Tuscany

Il-vuċi tat-tfal

Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal

Meta nitkellmu dwar it-tfal, inkunu qed nitkellmu dwar dawk kollha li għandhom inqas minn 18-il sena kif hemm miktub fil-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal li tikkonsisti minn tnejn u erbgħin dritt. Dawn id-drittijiet li nisimgħu tant dwarhom m’huma xejn ħlief drittijiet umani speċifikament għat-tfal.

Xi kultant, meta nitkellmu fuq id-drittijiet, ikun hemm min jaħseb li dawn ifissru li nagħtu wisq poteri lit-tfal imma fil-verità dawn id-drittijiet jitkellmu dwar il-bżonnijiet bażiċi tat-tfal bħal per eżempju dritt li t-tfal ikollhom min jieħu ħsiebhom, dritt li jkollhom x’jieklu u jixorbu, dritt għall-edukazzjoni, dritt għas-saħħa eċċ. It-tfal għandhom dritt ukoll li jieħdu sehem fiddeċiżjonijiet li jittieħdu u li jista’ jkollhom impatt fuqhom.

Fl-istadji differenti ta’ tfulithom, it-tfal ikollhom bżonnijiet varji, jaffaċċjaw sfidi u jgħixu realtajiet differenti kemm mill-adulti u anke tfal oħra u għalhekk huwa importanti li nisimgħu lit-tfal, ta’ etajiet differenti, b’mod dirett biex verament nippruvaw nifhmu x’inhuma lbżonnijiet tagħhom.

It-tfal huma kollha differenti u jesprimu ruħhom b’mod differenti. Huwa d-dmir tagħna ladulti li noħolqu spazji siguri biex it-tfal iħossuhom komdi jitkellmu u nieħdu dak li jgħidulna bl-akbar serjetà. Meta nitkellmu mat-tfal irridu noħolqu djalogu bbażat fuq ir-rispett u għandna nassiguraw ruħna li verament qed jifhmu dak li qed ngħidulhom sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fid-diskussjonijiet b’mod attiv. Huwa d-dmir tagħna wkoll li nippruvaw intejbu s-sitwazzjonjiet tagħhom.

Ta’ kull sena, fl-20 ta’ Novembru, ikun ċelebrat il-Jum Dinji tat-Tfal. Din hija ġurnata li tiġi

ċċelebrata fid-dinja kollha biex nippromovu d-drittijiet tat-tfal u l-importanza li naħdmu flimkien biex intejbu l-ħajja tat-tfal kollha. Bħal snin oħra, sar ħafna xogħol mill-Uffiċċju talumissarju għat-Tfal sabiex tiġi mfakkra din il-ġurnata tant importanti.

L-Uffiċċju ħeġġeġ lill-iskejjel kollha biex jiċċelebraw din il-ġurnata u qassam diversi riżorsi permezz tal-iskejjel sabiex ikun hemm iktar diskussjonijiet u għarfien dwar id-drittijiet tat-tfal. Dawn ir-riżorsi kienu jinkludu ktejjeb ta’ attivitajiet għat-tfal kollha fl-ewwel sena, verżjoni għat-tfal tal-konvenzjoni tad-drittijiet tat-tfal għat-tfal kollha tar-raba’ sena u tip sheet dwar kif it-tfal jistgħu jorganizzaw il-ħin tagħhom aħjar għat-tfal kollha fil-ħames, sitt u seba’ sena.

Is-sena l-oħra l-Uffiċċju għamel enfażi fuq l-importanza li nitkellmu mat-tfal u li nisimgħuhom u għalhekk tqassmu wkoll għodda għall-għalliema biex issir lezzjoni dwar id-dritt tat-tfal għall-parteċipazjoni. L-Uffiċċju, flimkien mal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tatTfal, ipproduċa żewġ videos f’dan ir-rigward bl-għan li ssir diskussjoni fil-klassijiet dwar dan is-suġġett.

It-tfal jiffurmaw parti mis-soċjetà tagħna u għalhekk għandna mhux biss naħsbu għall-futur tagħhom imma wkoll għal dak li qed jgħixu fil-preżent. L-ideat u l-perspettivi tat-tfal huma differenti minn dawk tal-adulti u dawn jistgħu jgħinu biex insibu soluzjonijiet u nindirizzaw sfidi b’mod iktar effettiv.

Gian Luca Bezzina, it-tabib li jkanta mill-qalb

Mary Anne Zammit

Artista u Kittieba

Illum għażilt li nintervista lil kantant bravu, simpatiku u maħbub, Gian Luca Bezzina.

Għalkemm ħafna nafuh bħala kantant, kif ukoll Senior Practioner li jispeċjalizza f’Addiction

Medicine, aktar minn hekk, hu miżżewweġ lil Vanessa u għandhom erbat itfal.

Gian Luca kiseb suċċess fil qasam mużikali iżda li forsi ftit jafu hu l-fatt li hu dilettant kbir talisports ukoll, partikularment tal-ġiri. Jieħu sehem f’diversi maratoni, biss għalih il-mużika tibqa’ l-ewwel u hi l-mod kif l-aktar jibqa’ f’kuntatt man-nies u jferraħhom.

Jistqarr: “Il-mużika tgħinni fil-kamp tal-mediċina għax inħoss li hi solliev sabiex naqta’ ftit mittoqol li nsaqqaf wiċċi miegħu kuljum ma’ tant pazjenti, pjuttost fil-parti l-kbira tagħhom, persuni vulnerabbli. Għalhekk tassew, il-mużika għalija tfisser terapija, mezz ta’ serħan.” Nistgħu ngħidu li l-mużika tiġri fil-vini tiegħu. Gianluca trabba ma’ sitt aħwa oħra li kollha trawmu fl-imħabba għal mużika. L-ewwel esperjenzi tiegħu kienu fi tfulitu meta kien iqatta’ ħafna ħin ma’ nannuh, magħruf sewwa fil-kamp mużikali bħala Gaetano. Gaetano kien pijunier li adatta liriki bil-Malti f’kanzunetti li kienu moderni u popolari. Barra minn hekk, il-ġenituri ta’ Gianluca kienu janimaw waqt il-quddiesa, dan b’mod speċjali ommu li kienet tmexxi kor. Biss, għalkemm il-mużika kienet fil-familja, l-akbar importanza kienet lejn il-kamp edukattiv.

“Mill-mużika qatt ma seta’ jkolli dħul u għalhekk xtaqt li jkolli professjoni tradizzjoniali, dik ta’ tabib jew inġinier. Spiċċajt għażilt il-mediċina li għalkemm impenjattiva wkoll, inħossni li qed nuża l-ħin biex ngħin lil dak li jkun, l-aktar dawk vulnerabbli.”

Għal Gian Luca, il-mużika hi l mod kif tferraħ lin-nies u nies japprezzaw dan it-tip ta’ ġeneru. Il-karriera mużikali tiegħu taf il-bidu tagħha meta hu kien beda jkanta fil-Malta Choir u anke involva ruħu fi gruppi ta’ worship fejn b’mod regolari kien ikanta mużika fejn fiha kien ifaħħar lil Alla. Hekk f’dan l-ambjent, dejjem ħass fih li l-mużika kienet qed tagħtih sens veru tal-ħajja. L-opportunitajiet komplew ġejjin bħal kor popolari Voices fejn Gian Luca kien kanta solo għal darbtejn. Aktar tard, permezz ukoll ta’ Rockestra.

Fl-2013 ġietu l-opportunità tal-Eurovision. Gian Luca qasam magħna kif għal bidu assolutament ma riedx li jieħu sehem, imma kienet oħtu Dorothy li baqgħet tinsisti u imbuttatu sabiex jidħol għal din il-kompetizzjoni. Gian Luca sostna li hu ma kellux aspettativa li ser jirbaħ. Tant hu hekk li l-awturi tad-diska, Tomorrow, ma tantx bdew juru interess fiddiska għax kellhom oħra tikkompeti. Iżda, Tomorrow kellha tirbaħ.

Iżda, kif kienet l-esperjenza f’Malmo ġewwa l-Iżveżja?

“Kienet waħda mill-isbaħ esperjenzi ta’ ħajti. Hemmhekk iltqajt ma’ ħafna nies importanti.

Aħna konna tim tajjeb ukoll u kulħadd ikkopera. Kollox mexa kif suppost u waqt il-provi, ħadu ħsiebi u mexxewni huma. Imbagħad hemm dawk il-famużi tlett minuti ta’ fuq il-palk li jien illum niddeskrivi bħal estasy ta’ ħolm. Kien filfatt wara li għadda kollox li bdejt nistaqsi lili nnifsi x’kien eżatt dak li ġara.”

Wara l-esperjenza tal-Eurovision, Gian Luca baqa’ jkanta mal-bands Fank u The Tailors kif

ukoll, fejn mitlub, f’tiġijiet. Eventwalment kien ħa sehem ukoll bħala coach fil-Kids Voice u filġurija ta’ X-Factor Malta.

Irid jingħad li fl-2023 ukoll, Gian Luca kien ir-rebbieħ tal-festival Mużika Mużika bilkanzunetta Sabiħa, liema diska hu ddedika lil martu, Vanessa.

Fuq kollox, Gian Luca jemmen li kollox għandu ż-żmien tiegħu. Hu jibqa’ dejjem involut filmużika iżda jevalwa kull opportunià qabel jieħu deċiżjoni. Dan għaliex fi kliemu stess, ma jridx inaqqas mill-ħin tiegħu mal-familja. “Jien nemmen, mhux fil-kwalità imma fil-kwantità għax hi proprju l-kwantità li eventwalment iġġib il-kwalità.”

Gian Luca jagħti mertu ta’ dan kollu lil għeżież ġenituri tiegħu li kienu dejjem ta’ eżempju u li dejjem urewh li l-familja għandha tiġi dejjem l-ewwel.

Lil Gian Luca nawguralu aktar suċċessi u verament għandna għax nitgħallmu minnu għaliex hu bniedem umli, b’karattru sod u li tassew għandu għal qalbu l-valuri tal-familja u talkomunità.

SME Training

Whether you’re the owner of a small to medium sized enterprise, a startup or perhaps still in the concept stage of a new business, navigating the financial side of your SME can be tricky.That’s why we’ve partnered with leading experts like HSBC, and the Malta Tax and Customs Administration to bring you a series of free online training sessions. These sessions are designed to equip you with the knowledge and skills you need to succeed, covering everything from VAT compliance and tax contributions to business management and profitability. Join us and gain valuable insights to help your business thrive!

Each session below covers a different topic, so feel free to pick and choose the ones that are most relevant to you. But hey, why not register for them all? It’s a fantastic opportunity to gain valuable insights from leading experts – completely free of charge!

6th February 2025 – VAT Compliance by the Malta Tax and Customs Administration (MTCA)

13th February 2025 – Tax and Social Security Contributions by the Malta Tax and Customs Administration (MTCA)

20th February 2025 – Business Management by ĠEMMA

27th February 2025 – Key Components surrounding SME’s and their Impact on Profitability by ĠEMMA

6th March 2025 – How Banks support Small Medium Enterprises (SMEs) by HSBC

6th February 2025 - 13:30pm (Online)

VAT Compliance by the Malta Tax and Customs Administration (MTCA)

The Business Masterclass for Small and Medium Enterprises, or for those thinking of becoming self-employed, shall be delivered by Malta Tax and Customs Administration (MTCA) and shall cover Value Added Tax Compliance for Small and Medium Sized Businesses.

Click here to Register

13th February 2025 - 13:30pm (Online)

Tax and Social Security Contributions by the Malta Tax and Customs Administration (MTCA)

This session will cover Tax and the importance of Social Security Contributions for the owners of Small and Medium Sized Businesses. It will be delivered by Malta Tax and Customs Administration (MTCA)

Click here to Register

20th February 2025 - 13:30pm (Online)

Business Management by ĠEMMA

The Business Management session delivered by ĠEMMA will cover essentials you need to master your business, mainly focusing on how to manage your cash flow effectively, how to draw up a business plan (the tips & tricks), as well as other considerations to keep in check under self-employment.

Click here to Register

27th February 2025 - 13:30pm (Online)

Key Components surrounding SME’s and their Impact on Profitability by ĠEMMA

The ideal situation for most businesses is to exist in isolation with no competitors, no need for suppliers, no government intervention, no demographic changes and so on. But how realistic is that? This session by ĠEMMA gives an understanding that existing in isolation is not a representation of the real world. Embracing competition, engaging with suppliers, adhering to regulations, adapting to demographic changes, and studying the internal mechanism of a business are essential ingredients for long-term success and profitability.

Click here to Register

6th March 2025 - 13:30pm (Online)

How Banks support Small Medium Enterprises (SMEs) by HSBC

As an independent spirit, we know how important running your own company is – but we also understand it can be hard to separate your personal and business life. That’s why you need more than just banking and it’s why we’ve made a service that gives you clarity, saves you time and helps you get ahead.

Click here to Register

The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section Sudoku

Can you spot 3 Differences?

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.