
2 minute read
L-Importanza li żżomm id-Dettalji Bankarji u ta' Kuntatt tiegħek aġġornati mad
-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa responsabbli biex jipprovdi appoġġ finanzjarju lil individwi eliġibbli fil-forma ta’ benefiċċji u pensjonijiet. Biex jiġi żgurat li dawn il jitħallsu b'mod preċiż u fil li l-individwi jżommu d kuntatt aġġornati mad
Meta l-informazzjoni bankarja u ta' kuntatt tkun skaduta jew mhux korretta, il jistgħu jiġu ttardjati, jew f'xi każijiet, ma jaslux. Dan jista' jikkawża stress bla bżonn u tbatija finanzjarja għal dawk li jiddependu fuq dawn il-benefiċċji. Barra minn hekk, jekk id-dipartiment ma jkunx jista' jilħaq individwu minħabba informazzjoni ta' kuntatt skaduta, jistgħu jitilfu informazzjoni importanti dwar bidliet fil-benefiċċji tagħhom jew aġġornamenti importanti oħra.
Iż-żamma tad-dettalji bankarji u ta' kuntatt aġġornati mad-Dipartiment tas
Malta hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-benefiċċji jitħallsu b'mod preċiż u fil tieħu ftit minuti biex taġġorna l l-individwi jistgħu jibqgħu ċerti li se jirċievu l-benefiċċji tagħhom mingħajr ebda kwistjoni.
Huwa proċess sempliċi biex taġġorna l-informazzjoni bankarja u ta mad-Dipartiment tasonline billi ddaħħal ilbrowser jew sempliċiment tiskennja l QR bl-ismartphone jew billi tattendi personalment f’wieħed miċ servizz.gov.




Attivitajiet Kulturali li ġejjin
Abode on the Rock
15 ta’Ġunju sa 19 ta’ Ġunju 2023

Għal min iħobb il-mużika rock, bejn il-15 u d-19 ta’ Ġunju 2023 ġewwa l-gżira ta’ Għawdex ser jittella’ Festival Party ta’ mużika elettronika bid-debutt ta’ promoturi barranin minn Londra.
Mary Anne Zammit
Artista u Awtriċi
Dawn huma ftit mill-attivitajiet kulturali li ser jiġu organizzati fix-xhur li ġejjin. Matul is-sajf wieħed jista’ jgawdi l-festi ġewwa l-irħula mferrxa madwar Malta u Għawdex fejn kull ġimgħa jkun hemm festa dedikata lil xi qaddis, fi sfond ta’ festi interni u dawk esterni bħal purċissjonijiet, marċi u logħob tan-nar.
Malta International Arts Festival
16 ta’Ġunju sa 2 ta’ Lulju 2023
Bħal kull sena jittella’ l-Festival Intenazzjonali tal-Art li joffri varjetà ta’ Arti bħal arti viżiva, teatru u żfin. L-artisti huma kemm dawk lokali u anke internazzjonali u r-rappreżentazzjonijiet se jsiru f’siti u binjiet bħalma huma; l-MITTP, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u fiċ-Ċentru għal kreattività San Ġakbu, Valletta.

Imnarja Summer Folk Festival 2023


Lejn tmiem Ġunju tkun organizzata l-festa tal-Imnarja li tmur lura fi żmien qabel il-Kavallieri ta’ Malta. F’dak il-perjodu kienet aktar magħrufa bħala l-Festival tad-Dawl. Ilum din l-attività ssir ġewwa l-Buskett fejn jittellgħu attivitajiet ta’ folklor u ikel tradizzjonali Malti, fosthom il-fenek u l-inbid. Din tkun attività għal familja kollha.
Malta Jazz Festival
10 ta’ Lulju sa 15 ta’ Lulju 2023
Il-Festival tal-Jazz jittella’ fi sfond ta’ ljieli Mediterranji, b’mużika Jazz mill-isbaħ minn artisti famuża, kemm lokali u anke Internazzjonali. Dan il-Festival jittella’ ġewwa l-Belt Valletta b’xenarju spettakulari tal-Port il-Kbir.
Għanafest 2023
Għanafest hu festival tal-folk mifrux fuq tlett ijiem u jittella’ fl-aħħar jiem ta’ Ġunju. Il-festival isir ġewwa l-ġonna tal-Argotti, Floriana u jkopri fih mużika folk u esebizzjonijiet ta’ xogħol maħdum bl-idejn.
Walking Home
21 ta’ Lulju 2023 sa t-23 Lulju 2023
Walking Home hu proġett ta’ drama li jesplora t-tensjonijiet politiċi li jeżistu madwar it-tema tal-vjolenza sesswali, ħafna drabi tkun immirata lejn nisa u nies emarġinati. Il-proġett jippreżenta elementi ta’ rabja, dulur u esperjenzi li huma kolletivi madwar id-dinja partikolarment b’reazzjoni għat-traġedji li ġraw fi spazji miftuħa bħal każ ta’ Sarah Everard, Sabina Nessa f’Londra u l-qtil reċenti f’Malta ta’ Paulina Dembska. Ix-xogħol hu bbażat fuq riċerka fil-kommunità u jinkludi, kemm it-teatru verbal u anke t-teatru fiżiku.


