4 minute read

Mużika ispirata mill-ħajja

Mary Anne Zammit Kittieba u Artista

F’dawn l-aħħar jiem kelli l-okkażjoni niltaqa’ ma’ Isaac/Zak Vassallo, ġuvni żagħżugħ ta’ sitta u għoxrin sena li hu midħla sew fil-ġeneru tal-mużika. Għal Issac, il-mużika hija mezz kif hu jesprimi dak li jkun qiegħed iħoss ġewwa fih u biex iwassal messaġġ pożittiv lil ħafna nies. Kull tip ta’ mużika għandha s-seħer tagħha u dejjem hemm storja u sentiment li kważi kulħadd kien jgħajjatlu Zak, kemm ħbieb u anke membri tal-familja. B’hekk l-isem niżillu tajjeb u għalhekk iddeċieda li jadotta dan l-isem li qiegħed ukoll iġiblu suċċess.

Issac jgħid li hu trabba u kiber fl-ambitu tal-mużika; “Il-mużika minn dejjem kienet parti minn ħajti. Sa minn tfuliti kont imdawwar b’elementi tal-mużika. Kemm il-kuġini u anke z-ziju kienu jdoqqu l-pjanu u strumenti oħra bħat-tanbur, it-timpani u x-xylophone.”

Ta’ 7 snin iltaqa’ mal-mużika għall-ewwel darba. Jistqarr li ħassu jissaħħar, l-aktar għal mod kif zijuh Joe kien idoqq it tanbur. Ta’ min mingħandu ġewwa l-Iskola tal-Mużika fil-Belt Valletta. Sal-ġurnata tal-lum hu jipprattika dak li tgħallem mingħandu u ta’ dan jinsab grat.

“Il-mużika minn dejjem lagħbet parti importanti fil-familja tagħna. Niftakar, fid-dar tagħna kellna kamra li konna nsejħulha, il-Music Room. Din il-kamra kienet tinkludi fiha għadd ta’ speakers, CDs u saħansitra kit tat-tanbur.”

Barra l-influwenza ta’ zijuh, kien hemm ukoll dik ta’ missieru li jħobb ħafna l-mużika Jazz, Funk, Soul, Blues u dak kollu li għandu ritmu. B’ hekk Isaac kiber f’dan l-ambjent ta’ ġeneri differenti ta’ mużika.

Jgħid li għalih, l-akbar idolu mużikali hu l-kantant 50 Cent Isaac jarah bħala kantant onest li hu rispettat fid-dinja tal-mużika u mhux biss huwa artist imma anke uman.

Kienet bl-ispirazzjoni ta’ dan il-kantant ta’ fama mondjali li Isaac wasal biex jibda jikteb il-mużika wkoll.

“Il-mużika tiegħi hi spirata minn ħajti u dak li nkun għaddej minnu f’ċerti sitwazzjonijiet. Wara ħafna żmien irrealizzajt kemm il-mużika għenitni nikber u kienet dejjem hemm meta kelli bżonn niżvoga. Mumenti fejn ma sibt lil ħadd u fejn din allura kienet forma oħra ta’ terapija.

Il-mużika nħobbha u ma’ kull jum li jgħaddi erħieli nikteb dwar dak li nkun għaddej minnu. Mod jew ieħor, il-mużika hija dik li tgħaqqad miljuni ta’ nies flimkien, permezz ta’ ħsejjes u emozzjonijiet.”

Illum Isaac qed jaspira li jibqa konsistenti u li jkompli jinvesti fil-promozzjoni tal-mużika, partikolarment dik li jikkomponi hu stess.

Fl-istess ħin bl-għan ukoll li jirbaħ il-battalja fih innifsu u fuq kollox li jibqa ġenwin għax konxju li b’hekk biss jista’ jikseb ir-rispett tal-ammiraturi tiegħu.

L-għan ewlieni kien u għadu dak li nasal f’punt f’ħajti fejn il-mużika ssir il-karriera tiegħi. Meta jiġri dan naf li udjenza akbar se tkun qed tkompli ssegwini.” Isaac temm jgħid b’messaġġ għal kull wieħed u waħda minna -

“Emmen fik innifsek, anke jekk waħdek f’kantuniera. Il-vera ħolma hi dik li tqum u ssib ruħek tagħmel dak li tħobb u tgħix mingħajr ebda rimors. Kuraġġ!”

Ġrajjiet kurrenti mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

X’hemm ġdid?

Tonio Bonello

Editur

Minn dawn il-paġni, f’kull ħarġa ta’ rivista

FAMILJA qed inwasslu l-aħħar aħbarijiet ta’ dak li jkun qed iseħħ ġdid minn dan il-Ministeru. Tistgħu tiksbu aktar tagħrif mis-sit elettroniku www.familja.gov.mt

Il-Programm ta’ Rikonoxximent isir permezz ta’ nomini mill-kollegi stess ta’ dawn il-persuni u dawk nominati setgħu jkunu uffiċjali u impjegati mis-Servizz Pubbliku kif ukoll mis-Settur Pubbliku rispettivament. Il-kategoriji f’dan il-programm huma sebgħa, jiġifieri:

Premju għall-Impjegat tas-Sena – Servizz

Pubbliku:

Se jiġi ppreżentat lil impjegat fis-servizz pubbliku li wera kontribut, inizjattiva u motivazzjoni eċċellenti.

Premju Impjegat tas-Sena – Settur Pubbliku:

Se jingħata lill-impjegat fis-settur pubbliku li wera kontribut, inizjattiva u motivazzjoni eċċellenti.

Premju Tim tas-Sena – Servizz Pubbliku:

Inizjattiva ta’ rikonoxximent għall-impjegati tal-Ministeru

Lejn tmiem April, is-Segretarju Permanenti, is-Sur Mark Musù ħabbar it-tnedija tal-ewwel edizzjoni ta’ Awards ta’ Rikonoxximent għal ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għall-Politika

Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

Din l-inizjattiva tħares biex ta’ kull sena tibda tirrikonoxxi l-impenn, is-servizz, l-effiċjenza u d-dedikazzjoni ta’ impjegati li jkunu eċċellaw f’dawn l-oqsma u li jkun jistħoqqilhom jiġu ppremjati ta’ dak li għamlu.

Biex jirrikonoxxi l-isforz u d-dedikazzjoni magħquda ta’ grupp ta’ impjegati fis-servizz pubbliku li jmorru aktar milli mistenni minnhom biex jagħtu l-aqwa servizz lill-konsumatur.

Premju Tim tas-Sena – Settur Pubbliku:

Jirrikonoxxi grupp ta’ impjegati fis-settur pubbliku li jeċċella fl-għoti ta’ servizz lill-klijenti tagħhom.

Il-Premju Segretarju Permanenti: familja.media@gov.mt

Dan għandu jkun ippreżentat lill-impjegat/a li jagħti servizz distint fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu/tagħha.

Premju Nagħmlu Differenza:

Jtingħata lill-impjegat li jmur lil hinn mis-sejħa tad-dmir tiegħu/tagħha biex jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.

Premjijiet għall-Iżvilupp Personali:

Dan se jkun jingħata lill-uffiċjali u impjegati li jkunu temmew b’suċċess kors ta’ studju akkademikku matul dawn l-aħħar tliet snin.

F’dan iċ-ċentru tingħata kura u riabilitazzjoni fuq bażi residenzjali u anke servizzi oħra fil-komunità għal dawk il-persuni li ma jkollhomx bżonn għajnuna ċentralizzata. Ħafna mill-każijiet jinkludu problema b’rabta ma’ vizzji tal-alkoħol, drogi, logħob tal-azzard u behavioural addictions bħall-użu esaġerat ta’ mezzi soċjali.

Ftehim ta’ €2 miljun li jkompli jsaħħaħ is-servizzi mogħtija mill-OASI

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ġedded u saħħaħ ftehim soċjali illi għandu mal-Fondazzjoni OASI f’Għawdex. Din il-fondazzjoni ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar 32 sena u matulhom tat firxa estensiva ta’ servizzi soċjali fil-komunità intiżi għal persuni li jkunu sfaw vittmi tal-vizzji.

Dan il-ftehim ġie ffirmat waqt żjara illi għamel il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon fiċ-ċentru ta’ riabilitazzjoni f’Għawdex.

Il-Ministru Michael Falzon qal li dan il-programm jgħin kull faxxa tas-soċjetà.

L-għan tagħna huwa li nagħtu l-għajnuna mingħajr ma niġġudikaw, filwaqt li ngħinu kull persuna terġa’ ssib saqajha u nagħtu sapport ukoll lill-familjari tagħhom.” Dan il-ftehim se jkun mifrux fuq medda ta’ 3 snin u jlaħħaq iż-€2 miljun li jagħmlu possibbli t-tmexxija ta’ din ir-residenza li tospita sa massimu ta’ 15-il sodda.

Għeluq l-10 sena ta’ ħidma tas-Segretarju

Permanenti

Fl-okkażjoni tal-10 sena tas-Sur Mark Musù fil-kariga ta’ Segretarju Permanenti ta’ dan il-Ministeru, b’kollaborazzjoni ma’ Ambjent Malta (Tree 4 U) u l-Kunsill Lokali tal-Belt kienet sponsorjata siġra taċ-ċipress li s-Sur Musù ħawwel fil-ġnien ta’ Hastings nhar id-29 ta’ Marzu.

Intant, l-għada 30 ta’ Marzu ġewwa lukanda ewlenija f’San Ġiljan saret ikla biex tikkommemora l-istess anniversarju. Waqt din l-attività ma naqsux għadd ta’ diskorsi ta’ ħajr minn Diretturi Ġenerali u Diretturi li ħadmu mill-qrib mas-Sur Musù matul dawn l-aħħar 10 snin.

Fit-tmiem, is-Segretarju Permanenti għamel diskors qasir fejn fih irringrazzja lil kulħadd ta’ din iċ-ċelebrazzjoni flimkien u tal-ħidma u l-kooperazzjoni li dejjem sab minn dawk kollha ta’ madwaru. Nhar is-27 ta’ April (kważi xahar wara) is-Segretarju Permanenti fakkar ukoll għeluq sninu.

F’isem il-Bord Editorjali ta’ FAMILJA u f’isem l-impjegati kollha tal-Ministeru, nieħu l-okkażjoni biex nawgura lis-Sur Mark Musù aktar ħidma għaż-żmien li ġej bħala Segretarju Permanenti, kif ukoll għomor twil, ħafna saħħa, paċi u kuntentizza fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu.

Inawgurat ċentru għaż-żgħażagħ fl-Imsida

Kien inawgurat ċentru għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ fl-Imsida, li huwa immirat sabiex jgħin żgħażagħ li jkunu qed jiffaċċjaw xi sfidi soċjali. Dan ġie inawgurat mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

Michael Falzon flimkien mat-tmexxija tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) illi se tkun qed tmexxi dan is-servizz ħolistiku.

Dan is-servizz se jkun qed jibni fuq il-'youth in focus' li twaqqaf fl-2013 u li kompla jissaħħaħ tliet snin wara permezz tal-'adolescent day

This article is from: