familja
REBBIEGĦA 2023 NUMRU 22
Familja qed tasal għandkom grazzi għall-kontributuri professjonali, volontiera u kollegi oħra li jaħdmu magħna.
Dan bl-għan li l-impenn
fl-istruttura korporattiva ta’ din l-entità jkompli jissaħħaħ
fl-interess tas-soċjetà
Rivista Familja
hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.
Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi uffiċjali ta’ dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas.
Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt
Biex tirċievi r-rivista Familja tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku jew bil-posta:
Tonio Bonello, MSPC
Taqsima tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Nru 38
Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta. Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti l-opinjoni Editorjali.
Tonio Bonello
Editur familja.media@gov.mt
Ħajr
TAL-IMU MSPC Clifford Schembri Chief Information Officer FSWS
TAL-KOMUNIKAZZJONI MSPC Peter Miceli Saydon Grafika Archibald Attard Distribuzzjoni
ĠEMMA Helena Holland Team Leader Assistent Direttur
SPEĊJALI Mark Musù Segretarju Permanenti MSPC Claudia Mifsud Assistent Direttur
Editorjal 4 Messaġġ mill-Onorevoli Dr Michael Falzon Ministru 6 Intervista mas-Sur Mark Musù Segretarju Permanenti L-ewwel parti 7 Żjara fil-Ministeru mis-Segretarju Permanenti Ewlieni 11 Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali 12 The Budget Planner App 15 Voices in the Dark 16 Violence against children 17 Imnedija l-Viżjoni Soċjali għat 13-il sena li ġejjin 18 Save money by going GREEN 21 Attivitajiet Kulturali 24 Code Red għall-użu t’emerġenza 26 Bħala pajjiż irridu ninvestu f’postijiet xierqa ta’ divertiment u spazji rikreattivi biex it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jkollhom fejn jiżvogaw 28 Charles Mifsud: Il-fotografija, vjaġġi u djalogu uman 30 Fun Page 32 Il-Vjolenza Domestika 33 Council recommendation on access to social protection 35 Jiggarantixxi s-servizz f’residenzi għall-adoloxxenti Ġemma and Peppi together on debt issues Turning 18? X’hemm ġdid? Il-Vjolenza Domestika Il-miraklu ta’ Napli Issottometti – Dokumenti 2022 MSPC Christmas Sale
TAQSIMA
TAQSIMA
TAQSIMA
ĦAJR
Kontenut
Editorjal
Sakemm dan il-ponn nistgħu nħalluh għaddej?
Tonio Bonello Editur MSPC
Fil-ħajja hemm limitu għal kollox. Anke l-aktar bniedem twajjeb, ħanin, reżiljenti u paċenzjużjieħu paċenzja llum, jieħu paċenzja għada u ż-żmien jurih li se jkollu jibqa’ jieħu paċenzja, xi darba se jasal il-mument li jisplodi.
Uħud jistgħu jaslu sal-punt li jirnexxielhom jisplodu. Oħrajn qed jilħqu jisploduhom (fil-kontest metaforiku) dawk ta’ madwarhom.
Iżda meta bniedem jitlef ħajtu kawża ta’ att fil-konfront tiegħu / tagħha, il-kelma toqgħod preċiż u eżatt.
Qed inwassal dan illum b’sens ta’ djieqa, imma aktar ta’ rabja ta’ dak li qed jiġri fis-soċjetà, fostna llum. Sitwazzjonijiet fejn għandek kriżijiet matrimonjali (naturalment fejn bosta drabi hemm l-imsejkna wlied jiżżeffnu fin-nofs), fejn il-mara (jista’ jkun ir-raġel) ta’ kuljum qed tara l-kalvarju, mhux biss għax qed tbati hi mentalment u fiżikalment, imma forsi l-aktar għax magħha qed tara lill-istess uliedha jbatu bħala.
Xi ħadd irid jitkellem. Xi ħadd irid jieħu azzjoni. Xi ħadd għandu jkun responsabbli biex kull ċittadin, f’pajjiż ‘suppost’ ċivilizzat jerġa’ jibda jħossu protett, sigur, b’serħan il-moħħ ikompli jgħixu f’daru, waqt li miexi fit-triq, meta qed jieħu l-ulied f’postijiet pubbliċi ta’ rikreazjoni, meta l-ulied jinsabu jitgħallmu fl-iskejjel, u aktar.
Wisq diffiċli biex nispjega r-rabja, mhux biss tiegħi, imma tal-parti l-kbira tas-soċjetà li hi twajba, ħanina, reżiljenti u paċenzjuża imma li b’saħħa kbira trid u tesiġi li fostna terġa’ lura s-serenità, it-trankwilità, is-sigurtà, il-paċi li darba kellna.
Donnu li min għandu l-ponn u jrid jużah, bħal jista’ jużah, u jkompli jużah, kważi bla ebda biża ta’ xi detriment fil-konfront tiegħu. Ma nistgħux nibqgħu nassistu għal dawn it-traġedji tant koroh, tal-mistħija jkomplu jiġru f’din in-naqra ta’ gżira. Ma nistgħux lanqas nibqgħu inħarsu quddiem każijiet mill-aktar vjolenti li qed isiru, kemm fil-privat però saħansitra fil-pubbliku.
Dan kollu ma jistax iseħħ jekk xi wieħed mill-komponenti tas-soċjetà qed ifalli, mhux jiffunzjona jew mhux jaħdem kif suppost. U l-komponenti kollha jinkludu lilna, individwi, il-familji, ir-residenti tal-madwar, l-entitajiet fil-ħidma soċjali, il-qrati tal-ġustizzja u l-forzi kollha tal-ordni.
Illum qabel għada, jinħtieġ nindirizzaw dawn il-problemi. Għal ċerti nies, għal ċerti familji li fihom u magħhom illum qed jesperjenzaw u jsoffru n-nuqqas ta’ familjari, ta’ omm jew
familja.media@gov.mt 4
missier li sa ftit ilu kellhom magħhom, ta’ iben jew bint għeżież li għalihom kienu kollox u tilfuhom, għal dawn, dan li qed ngħid diġà hu tard wisq.
Imma hemm barra, fostna, madwarna għad fadal ħafna u ħafna aktar nies, tfal u kbar li għadna fil-ħin li nistgħu nsalvaw. Dan jekk inkunu pronti, nieħdu l-azzjonijiet f’waqthom, mingħajr ebda aktar prokastinar, u naraw li jekk jista’ jkun, qatt u qatt aktar ma naraw minn dawn it-traġedji li qed iservu biss ta’ dell ikrah fuq dawn il-gżejjer.
Fuq kollox tinħtieġ bidla radikali fil-pieni, meta wieħed jasal fil-punt li, jekk jinqabad, jieħu dak li ġustament ħaqqu. Jidher ċar u tond li dak li
sa ftit tas-snin ilu kien biżżejjed ta’ detriment biex bniedem ma jabbużax, illum dan m’għadux aktar.
Jidher ċar u tond li meta bniedem jokrob, jgħajjat għall-għajnuna, ma jiflaħx aktar, m’għandux x’jagħmel aktar, xi ħadd hemm bżonn li jagħtu kasu, jisimgħu bis-serjetà u jieħu azzjoni fil-ħin biex dan il-ponn vjolenti, jitrażżan, jitkisser darba għal dejjem!
X’qed nistennew?
Tista’ ssegwi aktar rapporti dwar dan f’din il-ħarġa ta’ FAMILJA
Tista’ tagħmel kuntatt magħna fuq familja.media@gov.mt
familja.media@gov.mt 5
Ritratt:Karolina Grabowska
kulħadd? Fil-konkret, kull wieħed u waħda minna għandna d-dmir u l-obbligu sabiex inħarsu l-benesseri u l-ħarsien soċjali, illi nkunu hemm għal dawk li jifilħu l-anqas u għal dawk li għandhom inqas aċċess għall-mobilità soċjali.
L-aħħar snin kienu eżempju ċar ta’ kemm dan il-Gvern ma ddejjaqx jidħol għan-nies, u baqa’ jsaħħaħ ċertu benefiċċji soċjali filwaqt li daħħal oħrajn ġodda, speċjalment fi żmien il-pandemija.
Inkomplu nkunu hemm għal dawk li jifilħu l-anqas
L-Onor. Michael Falzon
Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Kollegi u Ħbieb,
Ninsabu fix-xahar ta’ Marzu, bil-maġġoranza tal-miżuri soċjali li huma parti mill-baġit għas-sena 2023 diġà daħlu fis-seħħ u li minnhom diġà qed igawdu eluf ta’ familji u pensjonanti.
Personalment, nemmen bis-sħiħ fil-kontinwazzjoni t’appoġġ lejn il-poplu Malti u Għawdxi kollu, bħalma nemmen ukoll, li din ix-xibka soċjali b’saħħitha, tagħti wens u refuġju lil dawk l-aktar li għandhom bżonn, filwaqt li tnissel aktar ottimiżmu fost il-klassi medja u n-negozji. Dan sabiex huma wkoll ikomplu jinvestu fl-operat tagħhom u joħolqu aktar impjiegi.
Min jaf kemm-il darba smajna il-frażijietġustizzja soċjali? opportunitajiet indaqs għal
Għal din is-sena biss, dan il-Ministeru kien allokat is-somma ta’ 2 biljun ewro, investiment massiċċ li jkopri nefqa bla preċedent fuq il-familji, il-pensjonanti u persuni vulnerabbli.
Bis-saħħa ta’ ekonomija robusta u stabbli, qed nerġgħu nkunu solidali mal-pensjonanti, mal-anzjani, mal-familji u ma’ dawk li jifilħu lanqas. Għal dawn, qed inressqu miżuri li jiswew spiża addizzjonali ta’ mill-anqas €86 miljun oħra fuq is-sena illi għaddiet.
Il-politika soċjali ta’ dan il-Gvern qed tasal għand in-nies, qed tagħmel id-differenza, qed tilħaq ċertu niċeċ fis-socjetà tagħna, illi qabel kien jidher li kien ferm diffiċli biex jintlaħqu. Inħossni kburi u kuntent bis-servizz illi noffru bħala Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, u nirrikonoxxi l-impenn, id-dedikazzjoni u l-effiċjenza li naħdmu biha, sabiex inwasslu l-pagamenti soċjali fil-ħin.
Ejja nkomplu nservu ta’ punt ta’ referenza, bħala l-front liners ewlenin fil-qasam soċjali, li nibqgħu nilqgħu għal realtajiet soċjali ġodda u nieħdu azzjoni fil-ħin, anke permezz t’għodod legali fl-immedjat, sabiex inwieżnu l-bżonn ta’ dik il-persuna li għaddejja minn żmien diffiċli.
familja.media@gov.mt 6
Dik hi l-missjoni tagħna. Dik hi l-kuxjenza soċjali tagħna.
Intervista
mas-Sur Mark Musù
f’għeluq l-10 sena ta’ ħidmietu bħala Segretarju Permanenti
36 sena jagħti s-servizzi tiegħu f’dan il-Ministeru
Tonio Bonello Editur
Ftit tal-jiem ilu kelli l-pjaċir niltaqa’ mas-Sur Mark Musù, Segretarju Permanenti biex
tkellimna dwar ħidmietu fil-Ministeru
għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, kif ukoll dwar min hu s-Sur Musù fil-ħajja privata tiegħu. F’din l-ewwel parti qed inħarsu lejn is-Segretarju Permanenti minn perspettiva
tal-ħajja tax-xogħol ta’ kuljum, dak li sar, dak li se jsir u x’tah l-aktar sodisfazzjon matul dawn is-snin kollha. Bdejt biex staqsejtu
Dan ix-xahar (Marzu) inti qed tagħlaq 10 snin mill-bidu tal-impenn tiegħek bħala Segretarju
Permanenti għal dan il-Ministeru? Li kieku
kellek issemmi dawk l-aktar kisbiet li tawk sodisfazzjon personalment u li tħares lejhom anke bħala sors ta’ ispirazzjoni għal quddiem, liema huma?
Kont ġejt appuntat nhar is-26 ta’ Marzu tal-2013. Dawn l-10 snin jagħmlu parti minn 36 sena li fihom dejjem ħdimt f’dan il-Ministeru. Naturalment il-qabża fil-pożizzjoni hi waħda kbira. Altru tkun Direttur u d-direttorat ikun id-dinja tiegħek u altru jkollok Ministeru sħiħ, anzi għal numru ta’ snin, sal-2019 dan kien mega-ministeru li kien jinkludi fih l-Anzjanità Attiva, l-Awtorità tad-Djar, il-Persuni b’Diżabilità u aktar. Minkejja dan, avolja dawn illum m’għadhomx jaqgħu taħtna u saru ministeri ġodda, jibqa’ l-fatt li dan hu
kkunsidrat bħala wieħed mill-akbar Ministeri b’nefqa annwali li llum tlaħħaq żewġ biljun ewro fis-sena.
Waqt li ħajti tista’ tgħid għaddejtha fis-Sigurtà Soċjali, però bejn l-2006 u l-2010 kont Direttur fil-Ministeru responsabbli mill-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Affarijiet Internazzjonali. Din l-esperjenza swietni ħafna għal meta sirt Segretarju Permanenti għax f’dik il-ħidma missejt ma’ diversi oqsma oħra li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru kif kien dak iż-żmien.
Dwar kisbiet, fuq livell ta’ policy kien hemm mijiet ta’ miżuri soċjali li bl-akbar umiltà ngħid li kelli sehem importanti fihom, però fl-aħħar mill-aħħar jien dejjem ngħid li kull ħaġa li ssir tkun ħidma kollettiva bħala tim u nirringrazzja lil ħafna nies tal-appoġġ tagħhom f’dan ir-rigward.
Il-policies ma jiġux waħedhom. L-akbar riżors biex dawn jiġu, ikunu kkunsidrati u eventwalment implimentati jkun grazzi għal kuntatt kontinwu li nżommu man-nies; b’ittri,
familja.media@gov.mt 7
b’mezzi soċjali però anke niltaqgħu man-nies fiżikament. Il-problemi tan-nies jgħinuk tosserva dwar kif ir-realtajiet soċjali qed jinbidlu madwarek.
Naturalment f’dawn is-sitwazzjonijiet għandek żewġ għażliet; jew tisma’ u ma tagħtix kas u kollox jibqa’ kif ikun, inkella tisma’ u tagħti widen u tali problema tispirak biex tifhem kif f’numru ta’ sitwazzjonijiet, tali problemi jkun meħtieġ jiġu indirizzati bħal eżempju, ir-riforma li għamilna fl-assistenza tad-diżabilità severa, fl-allowance tal-carers, it-titjib fil-pensjonijiet, it-titjib fir-residenza San Vinċenz de Paule u fis-servizzi ta’ kura fil-komunità, fil-mod kif indirizzajna d-domanda għas-sodod billi dħalna fi ftehimiet ġodda ma’ djar tal-anzjani privati peress li għandna popolazzjoni anzjana dejjem tikber. Anke permezz ta’ skemi u benefiċċċji fl-oqsma tal-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, fost oħrajn.
Fuq nota oħra però, hemm id-dimensjoni interna ta’ dan il-Ministeru u jekk nista’ nsemmi kisba waħda li tibqa f’qalbi, kienet ir-restawr li għamilna ta’ din il-binja, Palazzo Ferreria, ġawhra arkitettonika proprja fil-qalba tal-Belt Valletta. B’umiltà nħoss li din kienet kisba personali tiegħi għax kont jien li mbuttajt kemm flaħt biex issir u saret grazzi għall-appoġġ li sibt minn tim ta’ nies internament, għat-taqsima tar-Restawr tal-Ministeru tal-Kultura waqt li l-Ministeru tal-Finanzi tana l-flus biex setgħet issir.
Imma t-tisbiħ f’dan il-kuntest mhuwiex biss il-binja minn barra. Filfatt bħalissa għaddej programm estensiv ta’ titjib tal-uffiċini għaliex jien dejjem emmint li jekk jien għandi uffiċċju sabiħ li fih naħdem kuntent, bl-istess qies l-istaff kollu għandu jkollu ambjent sabiħ fejn jaħdmu.
Kienu 10 snin ta’ bidliet kemm f’kuntest ta’ governanza pubblika, però anke minn dimensjoni ministerjali. Internament seħħew ħafna bidliet; direttorati ġodda, riformi fis-servizzi u fil-benefiċċji u l-kumplament. X’tikkumenta dwar dan?
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema, l-avvanzi li saru, mhux biss family friendly measures imma wkoll li qed jgħinu biex
jibbilanċjaw il-ħajja tax-xogħol mal-ħajja tal-familja, dawn ċertament inħoss li kienu avvanzi kbar. Hu proprju f’dawn l-oqsma fejn is-Servizz Pubbliku bħala employer m’għandux kompetizzjoni mis-settur privat li fl-opinjoni tiegħi għadu lura f’dan is-settur.
Ngħid dan għax ilħaqna livelli għoljin ta’ titjib fil-ħajja tal-impjegati tagħna u l-familji tagħhom, iżda ngħid dan ukoll b’dispjaċir għaliex jien nixtieq nara anke lis-settur privat jikkompeti magħna f’dawk li huma l-aħjar kundizzjonijiet għal ħaddiema, li m’humiex biss il-pagi.
Xejn ma jsir waħdu u nistqarr li saret ħafna ħidma biex irnexxielna nżommu r-riżorsi umani tagħna milli jitilqu mal-privat u/jew saħansitra biex ġibnihom lura magħna għaliex għandna nies li għamlu snin li kienu ħarġu mid-dinja tax-xogħol jew marru fis-settur privat u li issa b’dak li qed noffru, dawn qed ikunu inċentivati jerġgħu jidħlu lura fis-Servizz Pubbliku.
Hija kwistjoni ta’ win win situation għaliex inti ksibt dan ir-riżors u qed itik ix-xogħol waqt li fl-istess ħin, huma bħala familja jistgħu jilħqu livell ta’ għajxien aħjar, anke bil-faċilitajiet li ntroduċejna fejn illum saħansitra jistgħu jaħdmu mid-dar.
familja.media@gov.mt 8
Meta wieħed jevalwa dak li joffru l-membri sieħba tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ servizzi u benefiċċji lejn iċ-ċittadin, jidhirli li Malta hi fost minn tal-ewwel f’dawn l-oqsma. Però taħseb, għad jasal żmien fejn dan il-pajjiż ikun laħaq il-massimu ta’ dak li jista’ joffri liċ-ċittadin?
f’dawk li huma servizzi, pensjonijiet u benefiċċji soċjali.
Hekk hu, imkien jew ftit hawn pajjiżi fejn issib li s-saħħa u l-edukazzjoni huma b’xejn. Fil-verità ħa ngħiduha kif inhi, xejn m’hu b’xejn għax iċ-ċittadin qed iħallas għalihom xorta permezz tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet.
Imma domanda tajba din, kemm tista’ tibqa’ ssostni dan kollu? Is-sostenibbiltà tiġi minn kemm il-pajjiż ikun kapaċi jkompli jkabbar l-ekonomija tiegħu. Illum madwar 20 fil-mija tal-popolazzjoni, jiġifieri wieħed minn kull 5 m’humiex Maltin iżda barranin li ġew hawn biex jaħdmu.
Li qed jiġu jaħdmu f’pajjiżna hija posittiva imma mbagħad għandek ċerti problemi wkoll bħal m’hi l-infrastruttura tal-pajjiż. Dan bla ma għadna qed ninkludu t-turiżmu li jammonta għal madwar 3 miljun persuna oħra barranin fis-sena. Ifisser li bejn il-popolazzjoni Maltija, dawk li ġew jaħdmu u t-turisti, il-pajjiż qed ikollu popolazzjoni ta’ kważi tmien mitt elf persuna tul is-sena li f’xi żmien jew ieħor qed jgħixu f’pajjiżna.
Vantaġġ li għandna llum hu li bit-teknoloġija li għandna, bniedem jista’ jkun fejn trid fid-dinja imma xorta waħda jkun qed jaħdem ma’ kumpanija Maltija jew ma’ Ministeru jew Dipartiment daqs li kieku qiegħed hawn. B’hekk xorta dan jista’ jgħin biex tkompli tikber l-ekonomija Maltija.
Naturalment la dawn qed jaħdmu, bħalna qed iħallsu t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet u għalhekk b’dan kollu qed ikun possibbli wkoll li l-qasam ekonomiku ikompli jikber, jitkattar il-ġid u fl-istess ħin issotni n-nefqa annwali tal-Gvern
F’seminar reċenti l-Ministru Michael Falzon u inti ħabbartu it-tnedija tal-Viżjoni Soċjali għat-tnax-il sena li ġejjin. Tista’ tispjega fil-qosor x’inhu l-għan ta’ dan, x’ħidma qed issir f’dan ir-rigward u fejn qed nantiċipaw dwar kif se jkunu dawn il-gżejjer minn dimensjoni soċjali fl-2035?
L-idea hi li ssir evalwazzjoni tas-soċjetà tagħna kif qed tgħix illum, nippruvaw nipprevedu dwar kif se tkun l-istess soċjetà sa 12-il sena oħra u nippjanaw kif irridu naslu s’hemmhekk.
Il-qasam soċjali jmur lill hinn minn dan il-Ministeru. Għalkemm l-oriġini ta’ din l-inizjattiva kienet tagħna, hemm diversi setturi soċjali li ma jaqgħux fir-responsabbiltà tad-dekasteru tagħna u allura din il-ħidma tinvolvi diversi ministeri u sieħba oħrajn. Il-viżjoni ma ridniex li tkun ta’ dan il-Ministeru biss jew tal-Gvern biss imma viżjoni ta’ pajjiż sħiħ.
L-għaqdiet volontarji, l-akkademiċi tal-università li jkunu qed josservaw il-pajjiż u tant oħrajn, ridna li dawn ikunu magħna wkoll għax jekk huma ma jarawx l-istess viżjoni tagħna, ikun inutli nippruvaw nagħmlu xi ħaġa li m’hemmx qbil dwarha.
Kull Ministeru u kull għaqda volontarja li taħdem fis-settur, iridu jaraw li l-pjanijiet tagħhom ikunu mfassla fil-kuntest ta’ din il-viżjoni biex aħna lkoll flimkien naslu fejn irridu naslu sa 12-il sena oħra.
familja.media@gov.mt 9
Hemm xi ħolma f’ħajtek fil-kuntest tax-xogħol li tixtieq tara ssir realtà?
Iva, nixtieq li jekk jista’ jkun ma jkunx hawn faqar fil-pajjiż. Irnexxielna noħorġu ħafna nies li kienu qed jgħixu mċaħħdin minn ċerti affarijiet essenzjali u li llum qed iħossuhom qed jgħixu aħjar, però konxju wkoll li għad fadal persuni fostna li għadhom qegħdin ibatu.
Problemi jibqa’ u jibqgħu jinqalgħu dejjem ġodda u kultant jiġu mumenti li mhux ħtija tiegħek tħossok qed taqdef kontra l-kurrent ukoll. Eżempju, is-sena l-oħra wara li konna għadna ħerġin mill-pandemija, bdiet il-gwerra fl-Ukranja. Splodew il-prezzijiet kullimkien minħabba fil-pandemija u komplew jisplodu minħabba fil-gwerra u allura, filli tkun qed
tippjana li tagħti tant biex itejjeb il-livell tal-ħajja tan-nies u f’daqqa waħda tibda tara li
probabbilment, dak li tkun tajt lanqas se jkun biżżejjed biex dak li jkun tikkumpensah
għall-għoli tal-prezzijiet, aħseb u ara kemm se ttejjiblu l-livell tal-għajxien tiegħu. Fil-fatt dan wassal biex kellna inżidu b’ferm iżjed mis-soltu l-pensjonijiet u l-benefiċċji l-oħra biex nilqgħu għal dan.
Fl-istess ħin però nieħu pjaċir meta xi ħadd iwaqqafni fit-triq biex jirringrazzjani ta’ dak li qed nagħmlu. Nifhem li dan ma jkunx qed jirringrazzja speċifikament lili imma lilna lkoll li qed naħdmu bħala tim nikkontribwixxu biex inkomplu ndaħħlu aktar miżuri biex jagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies. Dan iva, lili jtini sodisfazzjon kbir għax apparti l-grazzi, ikun qed jibagħtli messaġġ li isma’, dak li qed tagħmlu qed ikollu impatt fuq il-ħajja ta’ dan il-poplu. Dan hu f’dak li jirrigwardja l-ħidma tagħna lejn is-soċjetà.
F’dik li hi l-binja tagħna Palazzo Ferreria, nista’ ngħid li għandna proġett fejn se nkomplu ndawwlu l-palazz minn barra, issa wkoll il-ġnub. Proġett ieħor hu għall-entratura prinċipali li meta jitlesta nemmen li se jkun qed jagħti valur akbar lill-binja. Inizjattivi oħrajn se jkomplu jkunu qed isebbħu din il-ġawhra li għandna hawnhekk proprju fid-daħla tal-Belt waqt li dalwaqt se nniedu ktieb dwar l-istorja ta’ Palazzo Ferreria.
It - tieni parti tal - intervista se tkun qed toħroġ fil - ħarġa li jmiss ta ’ FAMILJA (tas - sajf) fejn fiha s - Segretarju Permanenti kien mistoqsi dwar il - ħajja privata tiegħu u l - familja.
familja.media@gov.mt 10
Żjara fil-Ministeru mis-Segretarju
Permanenti Ewlieni
Proprju ftit xhur biss wara l-ħatra tiegħu bħala
Segretarju Permanenti Ewlieni nhar l-1 ta’ Ġunju 2022, is-Sur Tony Sultana għamel żjara fil-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal nhar id-19 ta’ Ottubru.
Is-Sur Sultana nħatar f’din il-kariga wara li s-Segretarju Permanenti Ewlieni ta’ qablu, is-Sur Mario Cutajar temm l-impenn tiegħu bl-età tal-irtirar. Is-Sur Tony Sultana kien ilu 9 snin jokkupa l-kariga ta’ Executive Chairman tal-MITA.
Mal-wasla tiegħu fil-binja tal-Ministeru f’Palazzo Ferreria hu ġie milqugħ mis-Sur Mark Musù, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru u matul iż-żjara tiegħu ltaqa’ mal-amministrazzjoni u l-istaff ta’ kull sezzjoni li jifforma l-istess Ministeru.
Fost dawn, it-taqsimiet tas-Sigurtà Soċjali u Contributory Benefits, is-sezzjoni DAMP, l-IMU, id-DCS u l-HR, il-PDPID, l-Operations, it-taqsima tal-Pensjonijiet, ir-Research, Policy & Operations, l-IRU, l-Income Support Staff u l-OPS fost oħrajn.
Ritratti: Dipartiment tal-Informazzjoni
F’isem l-amministrazzjoni u l-istaff tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal nawgura ħidma twila lis-Sur Tony Sultana f’din il-kariga tant importanti fis-Servizz Pubbliku bħala Segretarju Permanenti Ewlieni.
familja.media@gov.mt 11
25 sena ta’ servizz (L-ewwel parti)
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali
Alfred Grixti Kap Eżekuttiv, FSWS
Din is-sena l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS, tagħlaq 25 sena mit-twaqqif tagħha. Għaldaqstant, f’dan l-ewwel parti tal-artiklu sejjer nagħti ħarsa, kemm lura dwar kif twaqqfet il-Fondazzjoni, kif ukoll niddeskrivi fejn qegħda l-FSWS illum.
It-twaqqif tal-FSWS
Kien fis-27 ta’ Frar 1998 meta l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Dr Alfred Sant, ta struzzjonijiet bil-miktub lis-Sur Alfred Sladden li dak iż-żmien kien il-President tal-Foundation for Medical Sciences and Services (FMSS)
biex iwaqqaf lill-FSWS bħala fondazzjoni separata u distinta mill-FMSS li kellha ssir biss il-Foundation for Medical Services (FMS).
Fit-3 ta’ Marzu 1998 kienet għaddiet
riżoluzzjoni unanima mill-Bord tal-FMSS li wettqet id-direzzjoni tal-Prim Ministru Dr Alfred Sant. F’din ir-riżoluzzjoni jingħad ukoll li l-FSWS kellha tieħu t-tmexxija tas-servizzi ta’ ħarsien soċjali li kienet tipprovdi l-FMSS, sa’ dak iż-żmien unikament permess tal-Aġenzija
Sedqa u l-Programm għall-Iżvilupp ta’ Ħarsien
Soċjali (Social Welfare Development Programme – SWDP).
Eventwalment, sar att notarili ieħor fl-24 ta’ Marzu, 1998 u li bih twaqqfet formalment l-FSWS, bl-ewwel President tal-Fondazzjoni jkun is-Segretarju Permanenti ta’ dak iż-żmien is-Sur Joseph Scicluna.
B’hekk bdiet storja sabiħa, xi kultant bit-tlajja’ w inżul, li wasslitna sal-ġurnata tal-lum fejn
familja.media@gov.mt 12
insibu li l-FSWS hi mhux biss l-aġenzija nazzjonali ewlenija tal-Istat Malti għat-twassil tas-servizzi ta’ ħarsien soċjali imma wkoll l-akbar employer f’dan il-qasam bi ’l fuq minn 950 impjegat.
L-FSWS illum
Matul l-aħħar snin l-FSWS rat tkabbir fl-għadd ta’ servizzi li toffri li huma ferm aktar ħafna mis-servizzi tal-ħarsien tat-tfal (child protection), kontra l-vjolenza domestika u l-abbuż tas-sustanzi u dipendenzi oħra li kienu t-tliet servizzi li wirtet mill-MFSS.
Ħal Kirkop, il-Mosta, ir-Rabat (Malta), ir-Rabat (Għawdex) u Marsalforn fost l-oħrajn.
Ma’ dawn noffru servizzi fl-isptarijiet fejn
għandna ħaddiema soċjali fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Monte Carmeli, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex kif ukoll fir-Residenza San Vinċenz. Professjonisti tagħna huma wkoll assenjati biex jagħtu servizz lil diversi entitajiet oħrajn tal-Gvern li joperaw fil-qasam soċjali bħalma huma l-Aġenzija għall-Anzjanità Attiva, l-Awtorità tad-Djar u l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fost l-oħrajn.
Illum l-FSWS għandha preżenza f’bosta bliet u rħula madwar Malta w Għawdex pemezz ta’ għadd ta’ ċentri għall-familja fil-komunità. Dawn jinsabu fil-Belt, il-Birgu, il-Fgura, Marsaskala, Ħal Qormi, l-Imsida, il-Qawra,
Komplejna nsaħħu l-ispeċjalizzazzjonijiet li għandna u b’hekk illum l-FSWS, permezz tal-Aġenziji u Direttorati rispettivi hija sinonima mas-servizzi tal-Ħarsien tat-Tfal (Child Protection), Vjolenza Domestika, Kura Alternattiva, ħidma kontra l-abbuż tas-sustanzi
familja.media@gov.mt 13
u dipendenzi jew vizzjijiet ġodda bħall-użu eċċessiv tal-mobiles jew tal-internet kif ukoll online gaming.
F’Għawdex din hija l-ħames sena li qed noperaw u minflok is-servizzi jieqfu
ċ-Ċirkewwa kif kien isir qabel, illum f’Għawdex għandna tim b’saħħtu ta’ professjonisti li jirreplikaw fuq skala iżgħar is-servizzi kollha li huma offruti f’Malta.
Jekk nagħtu ħarsa aktar mill-qrib lejn dak li ġara bejn l-2017 u l-2021 insibu li l-għadd ta’ każijiet ta’ persuni vulnerabbli li ħdimna magħhom żdiedu minn 14,263 għal 22,451
jiġifieri żieda ta’ 8,188 każ jew żieda ta’ 57.4%.
Dan kollu huwa spjegat mit-tabella ta’ hawn taħt.
Din il-ħidma kollha hija riżultat ta’ investiment kontinwu fir-riżorsi għad-dispożizzjoni
tal-FSWS kemm f’termini ta’ riżorsi finanzjarji u kemm f’termini ta’ riżorsi umani.
Dan kollu wassal biex illum l-FSWS tgħin aktar minn 20,000 persuna vulnerabbli kull sena u dan apparti aktar minn 12-il elf telefonata fuq il-linja nazzjonali Support Line 179.
It-tabella tal-paġna preċedenti turi kemm assistejna nies matul l-għaxar snin li għaddew.
Dawn iċ-ċifri juru li bejn l-2020 u l-2021 l-għadd ta’ individwi li assistejna tela’ għal
21,490. Din hija żieda ta’ 2,480 jew 12.6% f’temp ta’ sena waħda biss.
familja.media@gov.mt 14
The Budget Planner App
ĠEMMA Team
The Budget Planner App is a financial capability education tool that allows users to list their expenses against their income to achieve financial goals. Transactions can be sorted on a daily, monthly or weekly basis, and intuitive visualisations help show whether one’s spending life-style is sustainable or not.
All transactions can be listed under different categories, and users are given the option to add their own categories. App is available through Google Play and Apple App Store. Press on the link below-
https://gemma.gov.mt/budget-plannerapp/
familja.media@gov.mt
Voices in the Dark
This is another novel written by Mary Anne Zammit. In this new novel the author explores the reality of those individuals who suffer from multiple personalities, along the implication, an unknown organ donor can have on the biological and lifestyle of the person.
It is through persisting voices that the truth is discovered. This was what happened when Rebecca, a young woman, afflicted by Multiple Personalities receives a kidney donor after a traffic accident. This strange voice leads her to mysterious events, including committing a crime and landing in prison.
In her previous novels, author Mary Anne Zammit has dealt with the subjects of rape and child pornography.
Voices in the Dark (bil-Malti)
Din hija novella reċenti mill-awtriċi Mary Anne Zammit, xogħol letterarju miktub fil-lingwa Ingliża. F’din in-novella l-awtriċi tesplora r-realtà ta’ individwi li jsoffru minn problemi mentali, kif ukoll mall-effetti bioloġiċi li jista’ jkun hemm fuq il-ħajja wara trapjant ta’ organu.
A search for the identification and this impossible personality lands Rebecca on a strange journey, uncovering a secret web of criminal activity and encountering the real truth and real identity of the personality.
Dan hu dak li ġara lil Rebecca. Tfajla żagħżugħa tbati minn karattru ta’ personalitajiet varji tirċievi trapjant tal-kilwa wara inċident ta’ traffiku. Il-vuċi misterjuża twassalha għal ċirkustanzi uniċi fejn saħansitra anke tispiċċa tikkommetti reat kriminali. Minn hemm tibda riċerka sħiħa għal din il-personalità impossibli li jwassal lill-istess Rebecca għal vjaġġ misterjuż fejn imbagħad tinkixef xibka ta’ attività kriminali u fejn hemm tkun skoperta l-vera identità ta’ din il-personalità.
F’novelli preċedenti, Mary Anne Zammit trattat temi delikati ħafna bħal ma hu l-istupru u pornografija tat-tfal.
familja.media@gov.mt 16
Violence against children
Suzanne Garcia Imbernon Office of the Commissioner for Children
Children, as human rights holders, need special protection and attention for various reasons. Children are still too often at the mercy of the adults who are responsible for them. This dependence makes them more likely to encounter violations of their rights and they are less empowered to advocate for their own interests. It is for this reason that adults and relevant entities should strive to ensure that children’s rights are truly guaranteed. The United Nations Convention on the Rights of the Child aims to guarantee that children have access to all their rights and that governments and other stakeholders including parents/guardians are truly committed to protecting children from all forms of harm. One of the most basic human rights principles is the right of children to live free from any threat of violence. Article 19 of the UN Convention specifically states that all children have the right to live with dignity and that violence against children is never acceptable or justifiable.
Children should be able to report such violence in a safe way and such reports should be investigated. For many different reasons, children are not usually able to make reports by themselves and rely on adults to do so which makes them even more vulnerable. One form of violence against children is Domestic Violence which has a negative impact on children and may even have a harmful effect on their development. Domestic violence is a violation of children’s rights whether they are victims themselves or witnesses of such violence within the family. In such situations, children are being deprived of a safe and stable home.
The Office of the Commissioner for Children has advocated on various occasions for the rights of children experiencing domestic violence to be protected and to be given adequate support required to ensure first and foremost their safety as well as their right to a happy childhood and upbringing. These are essential for the wellbeing and development of children.
In light of various cases which have taken place in Malta whereby domestic violence has even resulted in murder leaving children without a parent, the Office has urged authorities to take the necessary action to address such situations and to prevent such tragedies from taking place.
The courts should be provided with adequate resources to deal with cases of domestic violence in the shortest time possible and in a sensitive manner. This will limit the negative impact on children and families by guaranteeing the necessary support and safety for the children and their parents/ guardians.
Increased efforts should also be made to create awareness amongst children themselves on how they can reach out for help and support as well as the need for the implementation of more effective preventive measures.
familja.media@gov.mt 17
Photo : Cottonbro Studio
Is-Seminar dwar il-Miżuri tal-Budget 2023 (L-Ewwel Parti)
Imnedija l-Viżjoni Soċjali għat 13-il sena li ġejjin
Tonio Bonello
Editur
Ta’ kull sena d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal iniedi seminar dwar il-miżuri tal-budget li jkunu tħabbru fl-aħħar budget. Waqt dan l-avveniment, numru ta’ kelliema, minn Diretturi sas-Segretarju Permanenti u l-Ministru jindirizzaw temi partikolari fl-oqsma tagħhom u b’mod ħolistiku b’relevanza mal-budget.
L-Onor. Michael Falzon
Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
F’diskors tal-okkażjoni l-Ministru Falzon
semma l-impenn tal-Gvern kif ukoll ta’ dan il-Ministeru biex kull faxx tas-soċjetà jkompli jeleva ruħu ’l fuq f’dik li hi kwalità tal-ħajja. Dan b’impenn leali u b’diversità ta’ servizzi b’risq il-poplu ta’ dawn il-gżejjer. Hu temm jirringrazzja lill-impjegati kollha tal-Ministeru għal ħidma kostanti tagħhom li, permezz tal-effiċjenza u l-impenn fil-qadi ta’ dmirijiethom, tali miżuri jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ kif mistenni.
Segretarju Permanenti
Kelliem ieħor f’dan is-seminar kien is-Segretarju Permanenti, is-Sur Mark Musù. Is-Segretarju Permanenti spjega kif matul l-2023 se jkunu qed jiġu implimentati 23 miżura ġdida mħabbra fil-budget li għadda, tali miżuri se jkunu qed jilħqu setturi diversi tas-soċjetà.
Is-Sur Musù mbagħad għadda biex tkellem dwar dak li se jkun jiġri internament bħala Ministeru fejn fost oħrajn bħalissa għaddejja ħidma ta’ ristrutturar f’kuntest ta’ pożizzjonijiet u direttorati ġodda.
Kien hawn li l-kelliem ħabbar it-twaqqif ta’ Direttorat ġdid dwar l-Implimentazzjoni u s-Sapport. Direttorat ieħor ġdid se jkun dak responsabbli mill-Finanzi u l-Governanza. Ma’ dawn, Direttorat ieħor li oriġinarjament kien imniedi fl-2012 imma kien waqaf maż-żmien, issa se jkun qed jiġi introdott mill-ġdid jiffoka speċifikament dwar il-Pensjonijiet.
Is-Sur Musù kompla jgħid li fl-ħidma ħollistika tal-Ministeru, fil-perspettiva ta’ dak li joffri liċ-ċittadin Malti u Għawdxi, li diġà qed isir u li hu tajjeb ma jfissirx li ma jistax jiġi rivedut biex jekk jista’ jkun jitjieb aktar. “Hu f’dan id-dawl li minn hawn nista’ nħabbar il-Viżjoni Soċjali
familja.media@gov.mt 18
Mark Musù
għat-13-il sena li ġejjin, jiġifieri dwar kif qed naħdmu u kif se nkunu qegħdin naħdmu sal-2035”, spjega s-Segretarju Permanenti.
Fi tmiem id-diskors tiegħu s-Sur Musù
rringrazzja b’mod partikolari lill-MITA u lil servizz.gov tal-ħidma tagħhom biex ix-xogħol kollu li qed isir jista’ jkun suċċess. Hu
rringrazzja wkoll il-management u l-istaff kollu fi ħdan il-Ministeru u dawk li attendew għal din l-attività.
Kelliema oħra waqt dan is-seminar kienu s-sinjuri Grazio Barbara, Direttur Ġenerali
tas-Sigurtà Soċjali, Alexia Vella, Direttur għar-Relazzjonijiet Internazzjonali, Edward Buttigieg, Direttur għall-Benefiċċji Kontributorji, Raymond Chetcuti, Direttur Ġenerali Income
Support & Compliance Division, kif ukoll Martin Buhagiar, Assistent Direttur Għajnuna Finanzjarja u Investigazzjonijiet.
Grazio Barbara
Direttur Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali
Is-Sur Barbara tkellem dwar Bonus fir-rigward ta’ kontribuzzjonijiet nieqsa, għotja tal-Korpi
Parastatali u dwar il-Korpi Dixxiplinati - il-Korp tal-Pulizija, il-Forzi Armati u l-Protezzjoni Ċivili. Dwar kontribuzzjonijiet nieqsa semma kif se tingħata għotja lill-persuni li ma jikkwalifikawx għall-Pensjoni Kontributorja minħabba li ma jkunux ħallsu biżżejjed kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.
Dawk eliġibbli se jkunu min għalaq l-età tal-irtirar u dawk li twieldu fl-1959. Dawn huma persuni li ħallsu aktar minn 50 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali imma li m’għandhomx biżżejjed biex jikkwalifikaw għal Pensjoni Kontributorja.
Fir-rigward tal-Korpi u Parastatali, fost oħrajn il-kelliem spjega kif dawn se jitħallsu, skont in-numru ta’ snin li ħadmu u mhux relatat mat-tip ta’ xogħol jew grad li kellhom. Dwar dawk li kienu fetħu xi kawża kontra l-Gvern issa dawn irtirawha kollha u tħallsu rispettivament.
Meta tkellem dwar il-Korp Dixxiplinati, id-Direttur Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali qal li dawk l-Uffiċjali li jkomplu jagħtu servizz wara l-25 sena kif mistenni, jekk jagħmlu 4 snin ta’ servizz addizzjonali, dawn se jkunu qed itejbu l-pensjoni tagħhom bi 23 fil-mija.
Se tkun qed tingħata wkoll Pensjoni
tas-Servizz għal 5 snin lir-romol ta’ Uffiċjali li jkunu ġew nieqsa jew li jagħlqu l-25 sena servizz, inkella fil-perjodu bejn l-għeluq tas-servizz u l-età tal-irtirar. Is-Sur Barbara temm jgħid li l-liġijiet li jirregolaw dawn il-Forzi se jkollhom l-emendi meħtieġa mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà.
It-tieni parti ta’ dan ir-Rapport se jkun qed jiġi ippubblikat fil-ħarġa li jmiss ta’ rivista FAMILJA jiġifieri dik tas-sajf 2023.
familja.media@gov.mt 19
Save money by going GREEN
A few tweaks to your every day-to-day life can reduce your carbon footprint and save you hundreds of euros this year. This is not about turning your life upside down but rather, introducing small changes for better living. Ready to give it a go?
1. Purchase reusable products
Avoid buying single-use items. They end up costing you so much more in the long run. Plus, most of these single-use products like plastic water bottles, cellophane food wrapping and Styrofoam containers – end up in landfills. So, switch to reusable bottles, coffee cups, shopping bags & food containers that are ecofriendly and have a longer lifespan.
2. Buy second-hand or thrifted stuff
Thrifting is surging in popularity once again. It’s good for the planet and it’s great for your wallet. You can get books, clothes, electronics, jewellery at a fraction of the price. Check out local charity and thrift shops that are popping up around the island. If you’re doing the selling, there are also popular sites where you can sell your stuff instead of throwing them out. AND if setting up shop is too much hassle (and everything is in pristine condition), why not donate your stuff? Let’s keep our clothes out of landfills!
familja.media@gov.mt 21
ĠEMMA Team
3. Choose quality
You’d think that buying a cheap haul saves you money. It doesn’t. It will cost you a lot more than you think. True, fast-fashion is cheap – but it is short-term because the quality is poor. It also comes at an alarming environmental cost causing problems like greenhouse gas emissions, waste, and water pollution. Next time you’re adding a jumper to your cart, make sure it’s of good quality. You’ll spend a little more on high-quality clothing, but they will last you much longer.
6. Switch up your daily commute
Let’s shift the focus from the private car to healthier and less costly alternatives. Buying and maintaining a car is such a huge expense – license, fuel, insurance, repairs. If your commute is a short distance, and assuming that the route is passable by foot, walk. Also consider:
Cycling / Public transport / Carpooling or sharing car journeys with friends.
Small actions add up to BIG results – and it’s a win-win.
4. Eat healthy & Meal prep
Eating out can be expensive and can be easily avoided if you prep your food ahead of time. Batch cooking at home using healthier ingredients saves you time, money, and unhealthy carbs. TIP: Save leftovers for the next day. It’s a great way to reduce food waste and have a ready-to-go lunch for a busy day ahead.
You’re helping the environment and saving some money!
5. Save energy
Walking out of your room? Turn off the lights. We’re transitioning to cooler days, so you can open windows to keep rooms cool instead of switching on the A/C. If using the A/C, set a timer. Moving on to clothes-washing. Wash them on eco-friendly cycles when you have a full load. When possible, avoid the tumble dryer and hang your clothes to dry instead.
familja.media@gov.mt 22
Attivitajiet Kulturali
Dawn huma ftit mill-kalendarju kulturali ta’ dak li se jkun organizzat fix-xhur li ġejjin
Mary Anne Zammit
Kittieba u Pittriċi
Free Spirit# 2 : Wirja tal-Pittura minn Maria Cassar
TOSCA Teatru Manoel
Għal dawk kollha li jħobbu l-opra, bejn il-5 ta’ Marzu 2023 u t-12 ta’ Marzu 2023 ser titella l-opra Tosca ta’ Giacomo Puccini ġewwa Teatru Manoel fil-belt Valletta.
Bejn it-2 u s-16 ta’ Marzu 2023 ser tittellgħa esebizzjoni ta’ pittura bit-titlu Free Spirit
ġewwa Art Galleries of the Malta Society of Arts, Palazzo de La Salle, 219, Triq
ir-Repubblika, Valletta. Din l-esebizzjoni
tikkonsisti f’numru ta’ pitturi li t-tema tagħhom
titratta tfal ħielsa jilgħabu mdawra bil-baħar u fid-dawl tax-xemx, elementi li jafu jtuna
l-gżejjer Maltin. Dawn il-pitturi astratti juru wkoll il-faxxinu li għandha l-artista lejn il-kuluri.
familja.media@gov.mt 24
Festival Internazzjonali tan-Nar
Kif inhi t-tradizzjoni f’Malta, kull sena għal ħabta ta’ April jittella’ l-Festival tan-Nar. L-ispettaklu l-aktar li jkun viżibbli hu min-naħiet tal-Port il-Kbir, fejn wieħed jista’ jara xogħlijiet spattakolari ta’ xogħol tan-nar mill-aqwa. Dan l-avveniment ukoll jiftaħ l-istaġun tal-festi fl-irħula madwar Malta. Dan il-Festival iservi wkoll ta’ attrazzjoni kemm għat-turisti, però anke għan-nies lokali.
Festival tal-Mużika Beland
Il-Beland Music Festival ilu jsir f’Mejju għal dawn l-aħħar tmien snin ġewwa l-lokal taż Żejtun. Kull sena kemm, mużiċisti u gruppi lokali jipparteċipaw f’dan il-Festival li jsir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Arti.
Attivatijiet oħra li se jittellgħu bejn April u
Għana Fest 2023
Għana Fest huwa festival tradizzjonali ta’ mużika u għana li hu mifrux fuq tlett ijiem. L-avveniment isir fil-perjodu ta’ Ġunju ġewwa l-Ġonna tal-Argotti, Floriana. Barra l-mużika folk ser ikun hemm mużiċisti lokali u gruppi oħra. Tul dawn il-jiem ikun hemm ukoll esebizzjoni ta’ crafts li saru bl-idejn.
Medieval Mdina
Il-Medieval Imdina huwa festival li jerġa’ jeħodna lura fi żmien medjavali u jġedded il-memorji tal-belt dwar kif kienet il-ħajja f’dak iż-żmien. Għal mument, il-viżitaturi se jerġgħu jmorru lura f’dawk il-ġranet fejn il-Kavallieri ta’ Malta kienu jiddominaw. Ser ikun hemm ukoll mużika waqt li l-belt se tkun imżejna bi fjuri biex ikomplu jsebbħu l-atmosfera.
Festival Internazzjonali tal-Arti, bejn Ġunju u Lulju 2023
Il-Malta International Festival ikun imniedi ta’ kull sena u fih joffri varjetà ta’ arti, teatru, żfin u pittura rispettivament. L-esponenti huma kemm Maltin u kemm artisti Internazzjonali. Dan huwa mument uniku b’taħlita ta’ kultura. L-attivatijiet huma kollha bla ħlas.
familja.media@gov.mt 25
Ġunju
Code Red għall-użu t’emerġenza
Tony Micallef
Practice Nurse & Donor Liaison
Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm
Minn żmien għall-ieħor f’kull pajjiż fid-dinja tiġri xi disgrazzja mingħajr mistenni, u f’Malta mhix eċċezzjoni. Iżda meta jiġri hekk xi jseħħ fil-Bank tad-Demm?
Meta sseħħ disgrazzja fejn iweġġgħu 6 persuni jew aktar jiskatta allarm mid-Dipartiment tal-Emerġenza lill-Bank tad-Demm biex jiġi ppreparat u mgħoddi
pakkett speċjali ta’ prodotti tad-demm magħruf
bħala Code Red. Fil-fatt il-pakkett Code Red
għall-użu t’emerġenza jkun jikkonsisti minn:
4 boroż demm (*RCC) tat-tip O negative
doża terapewtika ta’ pjastrini
4 boroż plażma minn demm tat-tip AB (fresh frozen plasma)
F’każi ta’ emerġenza kbira bħal dawn bi ħtieġa immedjata ta’ trasfużjonijiet ta’ prodotti tad-demm, l-ewwel jiġu mogħtija boroż ta’ konċentrat ta’ ċelloli l-ħomor (*Red Cell
Imbagħad immedjatament wara jinbeda proċess biex boroż ta’ plażma ffriżati jiġu likwidifikati biex ikun jistgħu jingħataw lill-korruti.
L-għażla tal-prodotti tad-demm: Boroż ta’ konċentrat ta’ ċelloli ħomor
F’każi t’emerġenza bħal dawn dejjem jintuża demm tat-tip O negative. Dan għall-fatt li d-demm tat-tip O negative hu kompatibbli ma’ kulħadd u biex jiġi trasfuż ma jkunx hemm għalfejn isir it-test tal-kompatibbiltà tad-demm magħruf bħal cross-match li normalment jieħu madwar 45 minuta. Hawn wieħed irid dejjem iġib quddiem għajnejh li f’xenarju bħal dan, ilminuti u s-sekondi jfissru bejn ħajja jew mewt.
Doża terapewtika ta’ pjastrini
F’dan ix-xenarju l-pjastrini jintużaw biex jgħinu kemm jista’ jkun il-kontroll tal-emoreġija. Dan għall-fatt li l-pjastrini huma ċ-ċelloli kruċjali li l-ġisem juża biex jgħaqqad id-demm fis-sit jew siti multipli ta’ ġrieħi. Hawn, il-preferenza tkun ta’ pjastrini maħruġa minn demm ta’ tip A, u t-tieni għażla tkun ta’ pjastrini maħruġa minn demm tat-tip O. Dan għax il-pjastrini minn demm tat-tip A u O tista’ tgħid li huma kompattibbli ma’ kulħadd.
Hawn tajjeb li nfihem li borża terapewtika ta’
familja.media@gov.mt 26
għalihom. Wara, dawn jiġu trasferiti f’borża b’materjal tal-plastik apposta li minnu jgħaddi l-ossiġnu u l-karbonju diossidu u jippermetti li pjastrini jibqgħu ħajjin għall-5 ijiem meta miżmuma ġo inkubatur t’opposta.
Il-plażma iffriżat (fresh frozen plasma)
F’każi bħal dawn il-plażma tkun bżonnjuża biex iżżid il-volum tal-likwidu fiċ-ċirkolazzjoni, jiżdiedu s-sustanzi tal-clotting factors li jgħinu fil-proċess kumpless li jikkontrolla t-telf ta’ demm u fl-istess ħin, iċ-ċelloli ħomor minn trasfużjonijiet ta’ ammonti ta’ konċentrat ta’
ċelloli ħomor ikollhom fiex jgħumu.
Biex il-plażma tkun disponibbli
għat-trasfużjoni, isir proċess li jieħu madwar 20 minuta. Dan biex il-plażma fil-Bank tad-Demm, iffriżata f’temperatura ta’ mill-inqas
35 grad celcius taħt iż-żero tiġi likwidifikata.
Il-metodu hu billi 4 boroż plażma ffriżati jitpoġġew ġo boroż tal-plastik u permezz ta’ apparat apposta jiġu mgħaddsa ’l isfel u ’l fuq fi speċi ta’ banju b’misħun ta’ 38 grad celcius sakemm il-plażma tinħall kollha kemm hi b’mod gradwali.
Għeluq
Naturalment l-iskop prinċipali ta’ dan l-artiklu hu li wieħed jitgħallem minnu, iżda fl-istess ħin importanti li wieħed jifhem kemm hu importanti li l-Bank tad-Demm, kemm dak fl-Isptar Mater Dei, kif ukoll dak fl-Isptar Ġenarali t’Għawdex ikunu ppreparati għal dak kollu li jista’ jinqala’ bla mistenni.
Il-messaġġ tal-għeluq hu li wieħed għandu jagħmel kuraġġ biex jagħti d-demm, jekk jista’ jkun fuq bażi regolari. Iżda wkoll li wieħed għandu dejjem ikun kawt fl-azzjonijiet tiegħu, kemm fid-dar, fit-triq, kif ukoll fuq il-post tax-xogħol, għax il-prevenzjoni tal-aċċidenti tagħmel ħafna iktar sens milli l-kura u l-irkupru minn aċċident, dejjem jekk wieħed jirnexxilu jeħlisha!
familja.media@gov.mt 27
Il-Kummissarju tat-Tfal
Antoinette Vassallo (It-Tieni Parti)
Tonio Bonello Editur
Fil-ħarġa ta’ Familja ta’ Diċembru li għadda kont ippubblikajt l-ewwel parti ta’ intervista li għamilt mas-Sinjura Antoinette Vassallo, il-Kummissarju tat-Tfal. F’dik l-ewwel parti kont staqsejt lil Kummissarju l-ġdid dwar ir-rwol tagħha u x’qed taspira li se tagħmel bl-għan li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tat-tfal Maltin u Għawdxin. Trattajna wkoll dwar x’inhuma l-inġustizzji u l-abbużi fil-konfront tat-tfal illum. F’din it-tieni parti bdejt biex staqsejtha...
Jeżistu ċirkostanzi fir-rigward tat-tfal fejn matul is-snin (minn dejjem) bħal donnhom qatt ma kienu indirizzati. Fi rwol tiegħek bħala
Kummissarju tat-Tfal għandek fil-ħsieb li tressaq proposti fil-Ministeru u/jew quddiem l-awtoritajiet kompetenti biex dawn ikunu mistħarrġa u li fejn possibbli, li jsir it-tibdil meħtieġ fil-Liġi b’risq ħajja aħjar tat-tfal?
Kummissarju għat-Tfal huwa proprju li nimxu fuq dawk id-drittijiet kollha elenkati fil-Konvenzjoni bl-għan li jippromwovu l-ġid tat-tfal kollha. Aħna bħala Uffiċċju naħdmu ma’ kull entità li teżisti, niġbru informazzjoni u mmexxu jew ninkoraġġixxu riċerka dwar materji relevanti għas-servizzi tat-tfal.
Naħdmu wkoll ma’ Ministeri diversi u awtoritajiet kompetenti, u nħeġġu li fejn ikun hemm bżonn xi tibdil fil-liġijiet, għandna ndaħħlu t-tfal infushom u nisimgħu l-fehmiet tagħhom. Dan biex ir-riżultat finali jkun wieħed effikaċi u jservi ta’ ġid b’risq ħajja aħjar għat-tfal kollha.
It-Tfal u d-Divertiment : Illum iċ-Ċentri taż-Żgħażagħ tista’ tgħid spiċċaw. Fuq in-naħa l-oħra hemm id-dinja tan-negozju u d-divertiment fejn tfal jispiċċaw faċilment ikunu introdotti lejn vizzji bħad-droga, l-alkohol, it-tipjip u affarijiet oħra. Minn żmien għal żmien joħroġ ukoll il-fatt ta’ entitajiet li jħallu t-tfal jidħlu saħansitra meta jkunu taħt l-età? X’inhi l-problema? M’hemmx infurzar biżżejjed tal-Liġi? Ġenituri li ma jħabblux rashom fejn ikunu wliedhom? Inbiddlu l-valuri tagħna u ta’ pajjiżna?
Fil-passat nemmen li t-tfal ma kenux jiġu indirizzati kif jixirqilhom, però mal-medda ta’ żmien ħareġ li d-dritt tat-tfal li jinstemgħu huwa dritt fundamentali li joħroġ ċar mill-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tat-tfal.
Din hija l-iżjed konvenzjoni fid-dinja li qatt
kienet iffirmata minn kważi l-pajjiżi kollha tad-dinja, għajr wieħed biss.
Naturalment l-obbligu tiegħi bħala
Hija realtà li ċerti Ċentri taż-żgħażagħ f’diversi lokalitajiet ma tantx għadhom imfittixija mit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Għalhekk nemmen li bħala pajjiż irridu primarjament ninvestu aktar f’postijiet xierqa ta’ divertiment u spazji rikreattivi biex it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jkollhom fejn jiżvogaw.
Nemmen ukoll li huwa d-dmir tal-ġenituri li jħeġġu lill-uliedhom biex jipparteċipaw f’xi tip ta’ attività bħal sports, għaqdiet volontarji, eċċ. B’hekk inkunu qed ngħinuhom milli jaqgħu f’xi tip ta’ vizzju bħal droga, eċċ li jista’ jkun ta’ detriment, kemm għas-saħħa fiżika kif ukoll mentali tagħhom.
familja.media@gov.mt 28
Bħala pajjiż irridu ninvestu f’postijiet xierqa ta’ divertiment u spazji rikreattivi biex it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jkollhom fejn jiżvogaw
Dan kollu jista’ jissarraf billi t-tfal tagħna jkunu qed isaħħu l-karattru tagħhom u jsiru kapaċi jagħmlu l-aħjar għażliet, kemm għalihom infushom u għal ta’ madwarhom – il-familja.
Jien nemmen li huwa fattur reali li l-valuri tagħna xi ftit jew wisq inbidlu mal-medda taż-żmien. Il-ħajja ma għadhiex dik ta’ kif trabbejt jien u għalhekk irridu nżommu saqajna mal-art biex naraw kif nisgħu nżommu dak il-bilanċ speċjalment fejn tidħol il-familja.
Eżempju żgħir ta’ kif nistgħu noħolqu aktar bilanċ fit-trobbija tat-tfal hu li wara li ż-żewġ ġenituri jirritornaw lura d-dar mix-xogħol, dawn għandhom isibu dak il-quality time, żgħir kemm hu żgħir, li permezz tiegħu jżommu kuntatt ma’ uliedhom meta jkunu lkoll id-dar flimkien. Il-ġenituri jridu jibqgħu viċin ta’ wliedhom u fejn ikun hemm problema għandhom jitolbu għal għajnuniet professjonali, fejn meħtieġ.
Nemmen ħafna wkoll fit-tisħiħ tal-familja u għalhekk b’dan il-mod inkunu qegħdin inħarsu l-interessi ta’ wliedna kif ukoll inkunu qegħdin nagħtuhom formazzjoni tajba li tissarraf f’ġid għall-futur tagħhom.
Bħala Kummissarju għat-Tfal irrid nibqa’ nisħaq u mmexxi ’l quddiem il-ħarsien tat-tfal minn ħsara fiżika jew psikoloġika. Il-Gvern, il-familji u l-komunitajiet kollha għandhom jaqsmu kull responsabbiltà għall-promozzjoni tal-iżvilupp u l-ġid tat-tfal kollha.
Jekk ilkoll flimkien nibqgħu naħdmu bi skop wieħed, dik li jittieħdu l-miżuri kollha possibbli mill-awtoritajiet relevanti biex l-aqwa interessi tat-tfal u l-familji tagħhom jiġu l-ewwel u qabel kollox, żgur li l-futur ta’ wliedna jkun wieħed sikur.
It-tielet u l-aħħar parti ta’ din l-intervista se tkun qed tidher fil-ħarġa li jmiss ta’ rivista Familja, dik tas-sajf 2023
familja.media@gov.mt 29
Ritratt: Teddy Yang
Charles Mifsud: Il-fotografija, vjaġġi u djalogu uman
Mary Anne Zammit Kittieba u Pittriċi
Illum għażilt li niffoka dwar il-fotografija, li hi wkoll għodda espressiva bħal pittura u li taqbad l-emozzjoni tal-mument. Iltqajt ma’
Charles Mifsud, persuna versatili ħafna u li l-fotografija tiegħu jdaħħlek f’narrativa u f’dinja ta’ espressjoni. Ħafna drabi, il-fotografija hija rifless tal-vjaġġi interessanti li jkun għamel hu stess u l-persuni li jkun iltaqa’ magħhom.
Charles Mifsud huwa miż-Żejtun. Gradwat fl-Inġinerija u wasal sal-livell ta’ Masters
Degree fil-Business Administration. Minkejja dan, Charles ħass li kellu jidħol aktar fil-profond u ried dejjem fittex dik id-dimensjoni li hi komuni u dominanti, waqt li jgħaqqad ix-xjenza u l-arti.
“Jien dejjem aspirajt li nara r-ruħ wara l-persuna u nfittex li nesplora l-karattru, anke jekk dan ikun ġej minn kulturi differenti, għax dawn ilkoll għandhom stejjer komuni.”
Qabel il-fotografija, Charles kien jikteb poeżiji u artikli, u anke għamel diversi intervisti lil
diversi personalitajiet, fosthom lil Reza
Deghati, fotografu u ġurnalist man-National Geographic, kif ukoll mall-mibki Piero Angela, xjenzat famuż, ġurnalist u preżentatur ta’ Superquark.
L-akbar esperjenza f’ħajjet Charles kienet fis-sena 2007 waqt vjaġġ fiċ-Ċina, fejn affaxina ruħu għal mod matrijarkali u primittiv li kienu jgħixu fih grupp ta’ nisa f’Lake Lugu. Sena wara, ittellgħet serata ta’ drama, letteratura u fotografija ġewwa China Cultural Centre, Valletta, sabiex tiġi kommemorata ż-żjara tiegħu. Għal Charles, il-fotografija hija l-qafas li biha jfittex li jagħrbel u joħroġ id-djalogu tal-persuna u dak li ma jurix il-bniedem.
Idea oħra li Charles kellu tberren f’moħħu kienet dik li joħloq djalogu kulturali ma’ Sila, reġjun f’Calabria. Appuntu, fis-sena 2012 hu rnexxielu jtella’ wirja fotografika u letterarja. It-titlu kien Echoes of Unknown Land. It-tema kienet ispirata mill-istess osservazzjonijiet, fejn Charles ra lil din l-art imwarrba u fejn in-nies ma ridux jafu biha aktar.
“L-art ukoll għandha r-ruħ, bħan-nies, u jkollha wkoll is-solitudini tagħha. Proprju hemm ħassejt li bir-ritratti li ħadt kont qed inkun ta’ konsolazzjoni għall-art sabiex issib fiha nfisha s-sbuħija tar-ruħ kollettiva.”
familja.media@gov.mt 30
Wara din l-esperjenza, Charles kellu stedina minn Reza Dekhati biex iżur Baku, ġewwa l-Ażerbajġan għal ewwel esebizzjoni
internazzjonali taż-żgħażagħ bit-titlu, “Children’s Eyes on Earth”. Din l-esebizzjoni kienet frott ta’ kompetizzjoni li involviet 91 pajjiż bit-tema, “I love Nature, I fear Pollution.”
Kien hemm ukoll avvenimenti oħra fejn
Charles kien mistieden biex jattendi, fosthom
għaċ-ċelebrazzjonijiet globali li saru fil-Hawaii
sabiex jikkommemoraw il-75 anniversarju ta’
Pearl Harbour. Wara kienet ittellgħet wirja
ġewwa l-Kamra tal-Kummerċ bit-tema, “Memories of Pearl Harbour”.
Discovering the South East, kienet wirja oħra
mtellgħa minn Wirt iż-Żejtun fejn Charles intalab li jippreżenta fotografija ta’ madwar 30 ritratt dwar snajja’ min-naħa ta’ isfel ta’ Malta. Din kienet suċċess kbir u ntweriet man-naħat kollha ta’ Malta.
Fl-2018, Charles organizza esebizzjoni oħra bit-tema “Exile Voices”, li saret waqt il-Malta International Arts Festival. Charles inkluda
ritratti ta’ immigranti mill-Eritrea.
Għal Charles, il-fotografija hija l-esperjenza tal-ħajja ta’ kuljum u saret parti minn ħajtu.
Sal-ġurnata ta’ llum, Charles għadu attiv jieħu r-ritratti u jfittex li jagħti l-ħajja lil dak kollu li għandu karattru, drawwiet antiki li bil-mod qegħdin jispiċċaw u li għadhom tradizzjonalment ħajjin.
familja.media@gov.mt 31
Word Search European Mountains
ATHOS, BLANC, BOTEV, BROCKEN, CIUCAS, DACHSTEIN, DOM, ETNA, FINSTERAARHOM, GERLACH, HALTIA, HELICON, HYMETTUS, IDI, JUNGFRAU, KATLA, LAKI, LUGNAQUILLIA, MATTERNHORN, MONTSERRAT, OLYMPUS, OSSA, PARNASSUS, SNOWDON, TRIGLAV, ZUGSPITZE.
Sudoku
The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section contain all of the digits between 1 and 9.
Why did the burglar take a shower? He wanted to make a “clean” getaway.
I’m really not into spring cleaning. Come to think of it, I’m not into summer, fall, or winter cleaning either.
What did the broom say to the vacuum?
“I’m so tired of people pushing us around.”
Salesman: “Ma’am, this vacuum cleaner is so great that it will cut all your work by half!”
Woman: “That’s fantastic! Give me two.”
I feel like I should clean the house. I’m going to lay down until the feeling passes.
You know the only thing I hate more than having a dirty house? Cleaning.
Why was the broom late? It over-swept.
Why do basketball players have messy rooms? They dribble everywhere.
Did you hear about that brand-new broom that just came out? It’s sweeping the nation.
Do you know who cleans the bottom of the ocean?
A mer-maid.
I start my new job as a street cleaner today. There’s no training - you just pick it up as you go along.
Did you hear the one about the messy bed? Yeah, I made it up.
familja.media@gov.mt 32 5 1 6 9 4 2 7 9 5 4 3 8 2 5 7 5 3 8 2 1 2 8 9 3 4 9 7 5 2 1 5 7 2 3 4 8 5 6 P L I B O T E V D O M L D I A N L L A O S S A R T H E A R L W A T H O S C A L O M I N E T N A M L I H T A T N T A A I C I U C A S S I M H L S A N R O H R E T T A M M A S N O W D O N G E R L A C H U A R F G N U J I D I U S E S T R I G L A V N N T A U L L U G N A Q U I L L I A P I M O N T S E R R A T N J M C H Y M E T T U S L A K I Y O I T Z U G S P I T Z E A L N Z F I N S T E R A A R H O M I B E L B R O C K E N B I S
Il-Vjolenza Domestika
“Hemm bżonn aktar ħidma ħolisitka bejn l-Istat, il-Qrati u l-Awtoritajiet kollha”
Il-Ministru Michael Falzon
“Ma rridux il-vjolenza domestika tħossha rebħet fuq is-soċjetà tagħna u rridu nintensifikaw ħidmitna u nagħmlu iżjed.” Dan kien parti mill-messaġġ ewlieni ta’ indirizz li għamlet mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela f’għeluq konferenza organizzata mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS).
Dr Abela qalet ukoll li bħala soċjetà rridu nibagħtu messaġġ li Malta tirrappreżenta lil kulħadd, inkluż dawk li qed ibatu fis-skiet u jeħtieġu l-aqwa għajnuna possibbli. B’rabta mat-tema tal-konferenza organizzata
mill-FSWS, jiġifieri l-vjolenza mill-ulied fuq il-ġenituri, Lydia Abela qalet li din hija weġgħa li ħafna drabi jġorruha l-anzjani u rrikonoxxiet servizzi li tagħti l-Fondazzjoni biex jiġi indirizzat l-abbuż mill-ulied fuq il-ġenituri.
Fl-istess konferenza tkellem il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Michael Falzon, li semma l-bżonn ta’ aktar għarfien minn etajiet żgħar, fejn kull tip ta’ vjolenza hija inaċċetabbli. Spjega illi hemm bżonn t’aktar ħidma ħolisitka bejn l-Istat, il-Qrati u l-Awtoritajiet kollha li jipprovdu protezzjoni lill-vittmi ta’ vjolenza domestika.
familja.media@gov.mt 33
Ritratt: DOI
“Irridu nesploraw aktar realtajiet ġodda, fejn saħansitra t-tfal ikunu aggressivi lejn il-ġenituri, u nifhmu x’qed iwassal għal din l-imġiba. Azzjoni f’waqtha llum taf issalva ħajja u futur ta’ persuna u dawk ta’ madwarha,” stqarr il-Ministru Falzon.
Friggieri qalet li l-vjolenza mit-tfal għal ġenituri huwa fenomenu kumpless u sensittiv ħafna. Sostniet li dan l-aġir jista’ jkun ukoll riżultat ta’ dak li jkun għaddej fid-dar stess, bħal meta jkun hemm vjolenza domestika bejn il-ġenituri.
Kawża oħra tista’ tkun dik li t-tfal ikunu esposti ghalih fil-midja soċjali, bħal kontenut vjolenti.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg saħqet li hemm diversi affarijiet li bħala pajjiż għandna nikkunsidraw biex tassew negħlbu l-vjolenza, fosthom il-kultura. “Irridu naraw x’qiegħed jiġri fil-familji tagħna biex is-sitwazzjoni teskala sa ċertu punt. Għadek tisma’ argumenti frivoli li jippruvaw jiġġustifikaw il-fatt li persuna tkun attakkat persuna oħra. Nemmen li flimkien għandna ninżlu fl-iskejjel tagħna b’kampanji edukattivi biex ngħaddu l-messaġġ sa minn eta żgħira li l-vjolenza qatt mhi aċċettata,” qalet is-Segretarju Parlamentari Buttigieg.
Il-Kummissarju tenniet l-importanza li l-ġenituri għandhom josservaw il-materjal li uliedhom qed jaraw, speċjalment fuq l-mezzi elettroniċi tagħhom u jfittxu dejjem l-għajnuna minn servizzi anki mogħtija mill-FSWS.
Il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS Alfred Grixti tenna l-impenn li bħala fondazzjoni tkompli taħdem u tqajjem kuxjenza dwar il-vjolenza domestika.
Huwa qal, “Sfortunatament il-każijiet ta’ femiċidji u vjolenza domestika juruna li qatt mhu biżżejjed li nqajmu kuxjenza fuq din l-isfida li għandna fis-soċjetà tagħna.”
Il-Kummissarju dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika Audrey
familja.media@gov.mt 34
Council recommendation on access to social protection
Karen Farrugia Manager II (Research) International Affairs Unit
The previous article provided an overview of the social security provisions agreed between the EU and UK following Brexit. This article will focus on new legislative provisions aimed at tackling atypical work through the Council recommendation on access to social protection.
As part of the implementation of the European Pillar of Social Rights, the Council Recommendation on access to social protection for workers and the self-employed was adopted in November 2019, following a proposal by the Commission made in March 2018. The Impact Assessment produced by the Commission to support the proposal of the
Recommendation includes the mapping of access to the main social protection schemes, analysis of impact and effect of extending access and country case studies.
The rules that govern entitlement to social protection have been traditionally tailored to workers in full-time, permanent employment for a recognised employer. As a result, the self-employed or people in non-standard employment relationship can find themselves without adequate social protection coverage.
The objective is to support people in nonstandard forms of employment and selfemployment who, due to their employment
familja.media@gov.mt 35
Photo: Pixabay
status, are not sufficiently covered by social security schemes and thus are exposed to higher economic uncertainty.
The Council Recommendation aims to encourage EU countries to: allow non-standard workers and the selfemployed to adhere to social security schemes (closing formal coverage gaps). take measures allowing them to build up and take up adequate social benefits as members of a scheme (effective and adequate coverage) and facilitating the transfer of social security benefits between schemes.
increase transparency regarding social security systems and rights.
The Recommendation covers social security schemes for unemployment, sickness and healthcare, maternity or paternity, accidents at work and occupational diseases, disability and old age.
Within the framework of the Social
Protection Committee, the Commission supports Member States and stakeholders in achieving the objectives of the recommendation through dialogue and mutual learning activities, but also by improving statistics and proposing a monitoring framework.
The Commission will report to the Council on the implementation of the Recommendation by the end of 2022.
National plans
Member States were recommended to implement the principles of the Recommendation and to submit a plan setting out the corresponding measures to be taken at national level by 15 May 2021. In this regard, Malta also submitted its national plan which can be accessed through the link below:
https://ec.europa.eu/social/BlobServlet?
docId=24851&langId=en
familja.media@gov.mt 36
Investiment ta’ €176,000 fi ftehim soċjali fuq tliet snin
Jiggarantixxi s-servizz f’residenzi għall-adoloxxenti
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kompla jikkonferma u jġedded numru ta’ ftehimiet soċjali ma’ għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu b’mod kontinwu biex jagħtu s-sapport meħtieġ lil persuni vulnerabbli.
Il-Ministru Michael Falzon faħħar din l-inizjattiva u tenna li s-soċjetà kollha għandha sehem importanti biex tgħin lil dawn
iż-żgħażagħ jintegraw u jgħixu f’ambjent li joffrilhom is-sapport neċessarju. L-investiment, li jkopri tliet snin, jammonta għal madwar €176,000.
“Dawn il-ftehimiet nidħlu għalihom għaliex verament nemmnu f’soċjetà li fiha kulħadd jista’ jimxi ’l quddiem u jista’ jibdel il-ħolm tiegħu f’realtà. Ħdimna ħafna biex nagħtu l-aqwa ambjent lil kull tifel u tifla u dawn iż-żgħażagħ għandhom ikollhom l-istess opportunitajiet”.
Fost dawn il-ftehimiet, ġie ssiġillat il-ftehim mas-Salesjani ta’ Don Bosco li jiggarantixxi servizz fir-Residenza Alberto Marvelli f’Raħal Ġdid u fir-Residenza Carlo Gastini, fil-Belt Valletta. Fihom joqogħdu adoloxxenti li permezz tas-servizz offrut jitgħallmu jgħixu b’mod indipendenti wara li għal raġunijiet differenti jkunu għexu f’residenza tat-tfal jew f’ambjent alternattiv.
familja.media@gov.mt 37
Ritratt: DOI
Ġemma and Peppi together on debt issues
ĠEMMA Team
Beginning of December 2022 an on-line seminar took place between representatives of PEPPI and those of ĠEMMA. PEPPI is short for the Provision of a European Platform for the Prevention of Over-indebtedness by the Increase Accessibility and the Improvement of Effectivess of Debt Advice for Citizens. ĠEMMA in the Maltese language means, to save.
Organized by ECDN (European Consumer Debt Network) together with the local national campaign ĠEMMA within the Ministry for Social Policy and Children’s Rights, they organized the first ever joint meeting together in order to analyze the situation of debt within the European Countries.
ECDN as a matter of fact is the only organisation which focus on debt advice, debt counselling and debt restructuring, financial education and over-indepbtedness research across Europe. To date, ECDN has organized nine international conferences and published 18 issues of the magazine Money Matters.
What is the purpose of ECDN
Malta and Debt
From a Maltese national context, Ms Helena Holland, Leader of the ĠEMMA National Campaign presented a true picture of the situation locally as with regards to Malta and Debt.
Ms Holland said that a fifth of the Maltese population living in private households were at risk of poverty or social exclusion in 2021, according to statistics gathered by the National Statistics Office.
familja.media@gov.mt 38
Presently, Malta is the only Member State without debt advisory services. There is an ad hoc service provided by Caritas Malta for usury whilst money management advice and assistance are provided by FSWS and NGOs network for assistance to fill important gaps, providing services for people who need help.
Ms Holland said that there is a need for legislation to cover personal insolvency. Currently, debt settlement agreements take a one size fits all approach and people in debt struggle to pay hefty utilities, telecoms and other bills. Often these give up and fall further into debt.
to where they can obtain assistance and guidance on a long-term basis to resolve or mitigate their debt issues.
“A debt advisory service would assist those households facing hardship due to debt so that they can be given appropriate legal advice, financial guidance to repay their debts in a reasonable way and retain personal dignity and quality of life.”
Ms Holland mentioned that people in Malta and Gozo currently do not have a place to go
Ms Holland concluded that the resources and education ĠEMMA and others provide are important to educate and equip people, however they are not enough to combat debt. The second webinar with the topic, Professional Qualifications of Debt Counsellors was held in February 2023.
Ritratt: DOI
familja.media@gov.mt 39
Photo: Mikhail Nilov
TURNING 18?
Kickstart your financial journey!
ĠEMMA Team
You’re 18, an adult and your life and priorities are changing fast. Money is a central part of your life and so is knowing how to make and manage it. It’s easy to feel pressured to fit into spend like your friends or get stuff you’ve seen on TikTok. But hey, don’t fall prey to social pressures. And never feel ashamed of your budget.
Financial stuff tend to use fancy words which you may not understand at first but don’t feel discouraged by that. Google the words you don’t get or ask someone about them. We know how it is to manage your money by budgeting or planning short-term savings. You
often think as far as your next stipend or pay cheque and no further than six months max.
Here’s a quick tip that will help you in the long run. Save at least 20% of your income every month. The temptation to tap and buy is great but try your best to avoid it! Self-control and discipline are just as important as knowledge and skill when it comes to managing money. Track your spending habits and download the budget app on your phone to help you manage your money a little better.
Make your money grow. Here are a couple of tips:
Use of credit
If you wouldn’t pay cash for it, don’t buy it on credit.
Always check the charges
Don’t fall for Buy Now – Pay Later Schemes.
familja.media@gov.mt 40
Photo: Andrea Piacquadio
Making investment choices
Understand your risk-reward appetite
Start low-risk, invest in cash Individual Savings Accounts.
Don’t invest in the unknown.
Invest in a company that follows your values.
Pay close attention to investment fees and charges that will eat into your returns.
Horizon Savings
Look beyond the now and read how compound interest can make your money work for you.
Understand the GAP
€40 a month at 18 becomes €22,560 when you are 65;
€40 a month at 40 becomes €12,000 when you are 65.
Act Now to Benefit More.
Budgeting
Understand your spending habits.
Split your monthly costs into:
Definite (NEEDS) e.g. (Petrol, Rent, Subscriptions, iCloud storage, Medications).
Random (WANTS) e.g (Going out, food, clothes, skin products etc).
Divide your monthly salary or stipend into:
50% covers your Definite costs
30% covers your Random costs and 20% goes straight into Savings.
Anything left over is your choice!
account of 20% of your salary for the 2nd of every month & watch your savings grow.
Making large purchases
If you can’t really afford it, think again. Say you’re thinking of buying a car – can you afford the running costs (e.g. insurance, registration, maintenance)?
Before buying something, think about how you’ll pay for it.
Don’t compare yourself to others. Buy only what you can afford.
Short-term savings
Save 3 months’ income for a rainy day. Broken phone, car repairs – you’ll have money set aside for them.
Pay for things you need before paying for things you want e.g. car insurance before getting alloy wheels.
Quick self-checklist
Do I really need this? Have I shopped around before buying? What’s nudging me to buy it? THINK!
Always spend less than you earn.
Set up a monthly direct-debit to your savings
familja.media@gov.mt 41
Ġrajjiet kurrenti
mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
X’hemm ġdid?
Tonio Bonello
Editur
Bdejna sena ġdida u hekk wasal l-ewwel appuntament tagħna magħkom għal din is-sena. Bl-għajnuna t’Alla għaddiet sena ta’ ħafna ħidma u impenn, kemm fil-kuntest tat-Taqsima tal-Komunikazzjoni, però anke fil-ħidma ħolistika tal-Ministeru. Din hi fil-qosor, ġabra tal-ħidma li tinsab għaddejja fl-oqsma li aħna nirrappreżentaw.
Merħba FSWS fil-ħolqa FAMILJA
Imniedi FAMILJA Aħjar 2023
Fi tmiem Jannar ta’ din is-sena kien imniedi t-tieni fuljett tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, FAMILJA AĦJAR. Dan is-suppliment annwali għandu l-għan li joħloq għarfien dwar il-miżuri mħabbra fl-aħħar budget li jkun ġie mħabbar fi tmiem is-sena preċedenti iżda mwassal mod aktar konċiż u simplifikat.
F’din it-tieni edizzjoni qed nippreżentaw 21 miżura li jolqtu direttament jew indirettament lill-familji u/jew individwi Maltin u Għawdxin fis-saffi kollha tas-soċjetà.
Tistgħu issegwu FAMILJA AĦJAR 2023 billi taċċessaw permezz ta’ dan il-link hawn taħt –https://issuu.com/msfc-familja.media/docs/ suppliment_familjaahjar_2023
Wara laqgħa kordjali bejn is-Sur Alfred Grixti, Kap Eżekuttiv tal-Foundation for Social Welfare Services u jien f’isem il-Ministeru ntlaħaq ftehim biex il-Fondazzjoni tibda tkun preżenti wkoll permezz ta’ rapporti, artikli u aġġornamenti f’din ir-rivista FAMIILJA.
Proprju minn din il-ħarġa qed nagħtu bidu b’rapport interessati mmens mill-Kap Eżekuttiv stess li se jkun qed joħroġ f’żewġ partijiet. Fih qed jitkellem dwar l-istorja tal-FSWS, l-oriġini tagħha, is-servizzi li toffri u l-kisbiet li għamlet matul is-snin li ilha mwaqqfa.
Merħba Sur Grixti, il-management u l-istaff kollu tal-FSWS f’din il-ħidma konġuta li qed inniedu permezz ta’ rivista FAMILJA.
ĠEMMA – Pubblikazzjoni ġdida ta’ kull tliet xhur
Din is-sena qed tkompli wkoll il-ħidma tal-Kampanja Nazzjonali ĠEMMA bil-għan li l-poplu Malti u Għawdxi jkompli jkun aktar kawt fl-infieq tiegħu. Wara t-tnedija ta’ branding ġdid fit-tielet kwart tal-2022, qed ikunu konsolidati għadd ta’ proġetti u inizjattivi li possibbilment qed jilħqu s-saffi kollha tas-soċjetà.
Proġett ewlieni li qed ikunu imniedi din is-sena hi pubblikazzjoni ġdida bl-istess isem, ĠEMMA fejn fiha se jkun qed jiġi mwassal tagħrif minn diversi kontributuri jkopru diversi numru ta’ oqsma tal-ħajja dejjem fil-perspettiva ta’ dak li hu infieq bil-għaqal u l-aħjar użu tad-dħul finanzjarju ta’ kull persuna. Dan bil-għan aħħari
familja.media@gov.mt 42
Ritratt: Elina Fairytale
jkun li kull bniedem ikollu serħan il-moħħ permezz ta’ ħajja aktar sigura u protetta, speċjalment f’ċirkostanzi mhux mistennija.
Is-Suppliment Annwali tal-Ministeru 2023
Għal qarrejja regolari tal-pubblikazzjonijiet tagħna tafu li ta’ kull sena l-Ministeru jippubblika Suppliment Speċjali Annwali jiffoka dwar qasam ta’ ħidma fi ħdan il-Ministeru iżda b’mod aktar dettaljat biex il-pubbliku jkun mgħarraf sew bis-servizzi li tkun toffri dik l-entità partikolari.
Bi pjaċir naqsam magħkom li s-Suppliment Speċjali Annwali tal-Ministeru għal din is-sena se jkun qed jiffoka dwar ħidmet l-FSWS fid-diversità tas-servizzi li toffri. Dan is-suppliment se jkompli jikkonsolida u jikkumplimenta fuq dak li qed jiġi mniedi f’din il-ħarġa permezz tal-integrazzjoni tal-FSWS fi ħdan il-pubblikazzjonijiet FAMILJA.
Is-suppliment mistenni jkun imniedi lejn it-tieni kwart tas-sena u fih se jkun jinkludi artikli u intervisti li flimkien se jwasslu l-istampa kollha ta’ x’inhi l-FSWS. Bħal dejjem nenfasizza biex min hu qarrej ġdid li qed isegwina għall-ewwel darba, issa jista’ jieħu scan ta’ din il-QR-Code hawn taħt permezz tal-ismartphone tiegħu/ tagħha u b’hekk ikun jista’ jissieħeb mal-kumplament tal-qarrejja tagħna billi jkun aġġornat bil-materjal kollu li aħna noħorġu minn żmien għal żmien.
familja.media@gov.mt 43
Il-Vjolenza Domestika
Vince Tonna Social Worker
Xtaqt li llum nikteb l-artiklu tiegħi dwar is-suġġett tal-vjolenza domestika għax din il-problema hija serja ħafna u jidher li għadna ma sibniex tarfha!
Fil-lokalità fejn ngħix jien, Marsaskala, kien hemm is-sena l-oħra 70 każ ta’ vjolenza domestika! Fil-lokalitajiet kollha ta’ pajjiżna kien hemm 1,741 każ!
Ma nistax ma nikkwotax x’qal ex-Uffiċjal fil-Korp tal-Pulizija: ‘Ir-reati kontra n-nisa għandhom ikunu kkastigati b’mod eħrex bħal ma huma kkunsidrati r-reati kontra l-anzjani u t-tfal. Ħafna drabi din il-vjolenza jaf tiġi mill-fatt li l-irġiel iħossuhom aktar b’saħħithom u dominanti min-nisa.’
Kien sar studju fl-Ingilterra fejn vittma ta’ vjolenza domestika tasal biex tagħmel rapport lil Pulizija wara 30 inċident ta’ abbuż domestiku! Il-Home Secretary ta’ dak iż-żmien, Theresa May stqarret li se tħarrax il-pieni tal-vjolenza domestika (kemm fiżika u kemm emozzjonali) sa 14-il sena ħabs għall-aggressuri!
Nistaqsi x’inhu l-pjan tal-awtoritajiet tagħna biex jelimina jew jikkontrolla dan l-abbuż serju li qed ifarrak lil bosta f’pajjiżna?
Għandna bżonn, kemm jista’ jkun malajr, li l-Liġi dwar il-Vjolenza Domestika tinkorpora fiha Sentencing Policy biex ikollna konsistenza fis-sentenzi mogħtija.
Hemm bżonn ukoll li f’kull għassa tal-Pulizija jkollhom post privat fejn il-vittma tista’ tgħid dak li għaddiet minnu b’mod konfidenzjali.
Inkompli nsemmi wkoll xi statistika oħra dwar dan is-suġġett:
a) F’pajjiżna jitwettqu tliet każijiet ta’ vjolenza domestika kuljum!
b) Tliet persuni u aktar kuljum jitolbu
Pulizija:
2122 4001
jew 112
Aġenzija
Appoġġ:
2295 9000
Support Line: 179
l-għajnuna tal-Victim Support Agency Dan huwa sinjal tajjeb ħafna għaliex aktar nies qed isibu l-kuraġġ u jfittxu l-għajnuna.
c) Anke t-Taqsima tal-Pulizija kontra l-Vjolenza Domestika qed tinvestiga medja ta’ 140 rapport fix-xahar.
d) Kuljum fid-dinja jinqatlu 137 mara għax huma nisa!
Aħna fid-dover li nieħdu azzjoni llum qabel għada biex dan ir-reat ta’ vjolenza domestika jispiċċa! Inħoss li għandna nibdew billi ngħallmu lill-pubbliku, speċjalment il-klijenti tagħna li nkunu qegħdin insegwu, dwar x’għandhom bżonn ikunu jafu dwar il-vjolenza domestika. Nibdew billi ninfurmawhom dwar il-forom ta’ vjolenza domestika li huma:
Abbuż Fiżiku, Abbuż Psikoloġiku, Abbuż Sesswali, Abbuż Ekonomiku, Abbuż Spiritwali kif ukoll Fastidju/ (Stalking).
Inżommu wkoll f’moħħna li t-tfal tal-vittma jbatu wkoll mill-effetti tal-vjolenza domestika mingħajr ma jkunu vittmi b’mod dirett. Studjużi jgħidu li l-impatt fuq it-tfal tal-vittmi huma, b’mod speċjali, l-ansjetà u li jsibuha diffiċli biex jikkonċentraw anke fl-iskola.
Hemm uħud li jbatu wkoll minn problemi relatati biex jieklu. Jistgħu wkoll isiru aggressivi huma wkoll, aggressivi anke ma’ tfal oħra!
familja.media@gov.mt 44
HAWN F’KAŻ TA’ VJOLENZA DOMESTIKA
Ritratt: Karolina Grabowska
ĊEMPEL
Il-miraklu ta’ Napli
George Zammit
Gwida u lajk reliġjuż
Kull vjaġġatur lejn il-belt ta’ Napli jinnota kultant li din hija belt traskurata, ittrattata ħażin, sottovalutata, abbandunata minħabba xi tallaba f’xi kantuniera jew periklu organizzat, speċjalment minn xi pickpocket madwar iċ-ċentru storiku.
Però Napli hija belt mimlija sorpriżi, li tissorprendik kull darba li tmur għax għandha potenzjal kbir li toffri lista kompluta ta’ ħafna affarijiet mill-aktar famużi.
Kull filgħodu l-belt tqum bir-ritmu tal-Pulcinella li hija maskra tal-karnival Naplitan, simbolu tan-Naplitani, karattru li jiġġieled l-isfortuna u
l-burdata ħażina tal-ħajja. Dan waqt li mat-tlugħ ix-xemx jispikkaw is-swieq madwar sqaqien dojoq fejn jinstema l-ħoss tal-mandolini, żfin u kant ma’ xi kanzunetta popolari Naplitana bħal “Luna Caprese”, jew “Torna a Sorrento”.
Belt kbira metropolitana, turistika, sabiħa, imfittxija matul is-sena kollha minn miljuni ta’ turisti minħabba l-viċinanza tal-baħar u l-gżejjer popolari ta’ Capri u Ischia. Il-problemi ta’ din il-belt bħal donnhom jisparixxu, għax jispikka simbolu ta’ ferħ, umiltà, sempliċità u mħabba bejn iċ-ċittadini magħrufa bħala “qraba” għax jgħixu f’ambjent familjari l-ħin kollu.
familja.media@gov.mt 45
Napli tħalli l-marka u l-identità tagħha b’rabta mar-ristoranti fejn twieldet il-pizza, swieq ikkuluriti, il-famużi kannoli għad-dilettanti tal-ħelu, il-kċina bi platti tal-frott tal-baħar. Wieħed ma jistax iħalli barra l-Vulkan Vesuvju, il-kanżunetta u t-teatru Naplitan, it-tradizzjoni antika tal-presepji u l-idolu leġġenda Maradona.
Fuq nota reliġjuża, Napli għandha wirt nisrani sod u kattoliku qawwi. Fil-fatt matul is-snin kienet mlaqqma “Il-belt tal-ħames mitt koppla” għaliex hija waħda mill-ibliet bl-aktar knejjes ta’ qima fid-dinja. Storikament Napli teħodna lura lejn is-sekli sbatax u tmintax fejn inbnew numru kbir ta’ knejjes fuq l-istil
tal-Barokk Naplitan mimlijin dekorazzjonijiet tal-irħam, affreski, pitturi, skulturi u xogħlijiet oħra tal-arti. Matul dak iż-żmien l-aqwa artisti
kienu msejħa biex jaħdmu f’dan il-qasam u bla dubju ta’ xejn ħallew il-marka tagħhom f’dawn il-postijiet ta’ qima.
F’Napli jiġu meqjuma qaddisin bħal San Gejtanu, Santa Kjara, San Ġużepp, San Paskwal u oħrajn, però San Ġennaro (Ciro)
ġie magħżul patrun tal-belt wara li salva dan il-port maestuż fil-Meditterran mill-pesti u l-eruzzjonijiet tal-vulkan Vesuvju, flimkien ma’ miraklu misterjuż tal-likwidazzjoni tad-demm tiegħu.
Tliet darbiet fis-sena, f’dati uffiċjali u solenni, San Ġennaro jġedded ir-rabta tiegħu ma’ Napli meta demmu jiġi espost quddiem eluf ta’ ċittadini u fidili fil-kappella tat-Teżor fil-katidral maestuż dedikat lil Santa Maria Assunta.
Hawnhekk iċ-ċittadini devoti jittamaw li dan id-demm ta’ San Ġennaro jinħall nhar is-Sibt ta’ qabel l-ewwel Ħadd ta’ Mejju, fid-19 ta’ Settembru u fis-16 ta’ Diċembru kull sena.
F’dawn id-dati l-atmosfera tkun waħda mistennija biex jaraw din il-meravilja tal-likwidazzjoni tad-demm ta’ San Ġennaro sseħħ. F’Napli bejn il-poplu u l-qaddisin, speċjalment San Ġennaro, hemm fidi qawwija u mimlija mħabba.
familja.media@gov.mt 46
Issottometti – Dokumenti
Tim tal-IMU
Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz jipprovdilek il-faċilità sabiex ittella’ online kopji tad-dokumenti mitluba
mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’ittra ta’ notifikazzjoni lill-klijent, magħrufa bħala Ittra ta’ Sejħa. B’riżultat ta’ dan, id-Dipartiment
tas-Sigurtà Soċjali jibgħat Ittra ta’ Sejħa
lill-klijent/a, biex j/tiġi nfurmat/a dwar aktar
dokumenti li jkun hemm bżonn biex jitkompla l-proċess biex tiġi pproċessata talba
għall-applikazzjoni ġdida jew talba għal reviżjoni ta’ applikazzjoni.
Is-servizz
Dan is-servizz jippermetti liċ-ċittadin itella' online kopji tad-dokumenti mitluba
mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Meta ċ-ċittadin jirċievi l-Ittra ta’ Sejħa, id-dokumenti mitluba jridu jiġu ppreparati minn qabel bħala kopji skennjati biex ikunu jistgħu jittellgħu online.
Matul dan il-proċess tista’ tintalab aktar informazzjoni. Id-data sakemm għandek ċans biex tagħmel sottomessjoni, tkun imniżżla fuq l-Ittra ta’ Sejħa. Jekk l-informazzjoni mitluba ma tkunx riċevuta fil-ħin, l-intitolament għal benefiċċju, jew parti minnu, jista’ jew jittardja biex jingħata jew jintilef id-dritt għalih.
L-annessi kollha mibgħuta jiġu ssejvjati immedjatament fir-Repożitorju tad-Dokumenti tad-Dipartiment wara li jittellgħu. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali mbagħad jivverifika dawn għall-eżattezza u l-validità.
familja.media@gov.mt 47
Ritratt: Artem Podrez
Apparti li jkun qed jiġi addottat il-prinċipju ta’ darba għal dokumentazzjoni użata f’sezzjonijiet differenti, ma jkunx hemm aktar il-bżonn li d-dokumenti li jintbagħatu jridu jiġu pprintjati, peress li l-informazzjoni tkun tiġi disponibbli online. B’hekk tkun qed tiżdied l-effiċjenza, waqt li jiġu ffrankati l-flus fuq dokumenti biex jiġu pprintjati u ssejvjati. Barra minn hekk, il-klijent/a j/tista’ j/tissottometti online d-dokumenti kollha meħtieġa fil-ħin tiegħu/tagħha, u j/tkun qed j/telimina l-bżonn li j/tattendi f’xi ċentru ta’ servizz.gov.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali Kull persuna li tapplika għal xi benefiċċju, jew li bħalissa tirċievi xi benefiċċju mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, u tirċievi Ittra ta’ Sejħa biex jintbagħatu aktar dokumenti neċessarji.
Rekwiżiti
Biex tuża dan is-servizz ikollok bżonn:
In-Numru tad-Dokument hekk kif indikat fl-Ittra ta’ Sejħa, jekk tagħżel li tawtentika bil-e-ID, maħruġa minn Identity Malta.
In-Numru tad-Dokument flimkien man-Numru tal-Karta tal-Identità, jekk tagħżel li ma tawtentikax bil-e-ID.
L-iskennjar tad-dokumenti sottomessi, jista' jsir bl-użu ta' kwalunkwè tip ta' apparat. Id-daqs ta' kull dokument m'għandux ikun ta' aktar minn 5MB, sa total ta' 10MB għas-sottomissjoni sħiħa.
Kif taċċessa s-servizz
Ladarba r-rikorrent jirċievi Ittra ta’ Sejħa maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, is-servizz Issottometti - Dokumenti jkun jista’ jiġi aċċessat.
Overview
This service allows you to upload copies of documents requested by the Department of Social Security in a letter of notification to the claimant, known as a Call Letter. As a result, the Department of Social Security sends a Call Letter to the Claimant, to be informed of which additional documents are required to complete the processing of a submitted or a revision request application.
The service
This service allows a citizen to upload copies of documents requested by the Department of Social Security. The requested documents must be prepared as a scanned copy once the claimant receives a Call Letter before being uploaded online. During this process, the online service may request additional information. The deadline for submissions will also be specified in the Call Letter. If the requested information is not received on time, the entitlement to the benefit, or a portion of it, may be delayed or forfeited.
All attachments are immediately saved to the Department’s Documents Repository after being uploaded. The Department of Social Security then verifies these for accuracy and validity.
Aside from adopting a once-only principle for documentation used within different sections, attachments would no longer need to be printed because they would already be available online. This increases efficiency while saving money on document printing and storage. In addition, the claimant can submit all required documents online at his or her leisure, eliminating the need to visit a servizz.gov hub.
familja.media@gov.mt 48
Eligibility
General eligibility criteria: Any citizen that has requested a benefit through an application, or is currently receiving a benefit by the Department of Social Security, and received a Call Letter to forward further necessary documents.
Requirements
To use this service, you will need: The Document Number as indicated in the Call Letter, if you choose to authenticate with your e-ID account, which is issued by Identity Malta.
The Document Number together with your Identity Card Number, if you choose not to authenticate with your e-ID.
The scanning of the documents submitted, can be done using any kind of device. The size of each document must not be of more than 5MB, up to a total of 10MB for the full submission.
How to access the service
Once the claimant receives a Call Letter issued by the Department of Social Security, the Submit - Documents service may be accessed.
*Poinsettias sold at selling price for Malta Community Chest Fund making their own profit.own profit.
Many thanks to the volunteering helpers.
familja.media@gov.mt 49
CHRISTMAS SALE € Sales 1455.00 Expenses Confectionery 480.00 Large & Small Poinsettias* 539.00 Plastic & Paper Bags, Lottery Tickets 38.50 Purchase of Hamper for Lottery Prize 45.00 1102.50 Profit in aid of Dar Hosea 352.50
2022 MSPC