3 minute read

Charles Mifsud: Il-fotografija, vjaġġi u djalogu uman

Mary Anne Zammit Kittieba u Pittriċi

Illum għażilt li niffoka dwar il-fotografija, li hi wkoll għodda espressiva bħal pittura u li taqbad l-emozzjoni tal-mument. Iltqajt ma’

Charles Mifsud, persuna versatili ħafna u li l-fotografija tiegħu jdaħħlek f’narrativa u f’dinja ta’ espressjoni. Ħafna drabi, il-fotografija hija rifless tal-vjaġġi interessanti li jkun għamel hu stess u l-persuni li jkun iltaqa’ magħhom.

Charles Mifsud huwa miż-Żejtun. Gradwat fl-Inġinerija u wasal sal-livell ta’ Masters

Degree fil-Business Administration. Minkejja dan, Charles ħass li kellu jidħol aktar fil-profond u ried dejjem fittex dik id-dimensjoni li hi komuni u dominanti, waqt li jgħaqqad ix-xjenza u l-arti.

“Jien dejjem aspirajt li nara r-ruħ wara l-persuna u nfittex li nesplora l-karattru, anke jekk dan ikun ġej minn kulturi differenti, għax dawn ilkoll għandhom stejjer komuni.”

Qabel il-fotografija, Charles kien jikteb poeżiji u artikli, u anke għamel diversi intervisti lil diversi personalitajiet, fosthom lil Reza

Deghati, fotografu u ġurnalist man-National Geographic, kif ukoll mall-mibki Piero Angela, xjenzat famuż, ġurnalist u preżentatur ta’ Superquark.

L-akbar esperjenza f’ħajjet Charles kienet fis-sena 2007 waqt vjaġġ fiċ-Ċina, fejn affaxina ruħu għal mod matrijarkali u primittiv li kienu jgħixu fih grupp ta’ nisa f’Lake Lugu. Sena wara, ittellgħet serata ta’ drama, letteratura u fotografija ġewwa China Cultural Centre, Valletta, sabiex tiġi kommemorata ż-żjara tiegħu. Għal Charles, il-fotografija hija l-qafas li biha jfittex li jagħrbel u joħroġ id-djalogu tal-persuna u dak li ma jurix il-bniedem.

Idea oħra li Charles kellu tberren f’moħħu kienet dik li joħloq djalogu kulturali ma’ Sila, reġjun f’Calabria. Appuntu, fis-sena 2012 hu rnexxielu jtella’ wirja fotografika u letterarja. It-titlu kien Echoes of Unknown Land. It-tema kienet ispirata mill-istess osservazzjonijiet, fejn Charles ra lil din l-art imwarrba u fejn in-nies ma ridux jafu biha aktar.

“L-art ukoll għandha r-ruħ, bħan-nies, u jkollha wkoll is-solitudini tagħha. Proprju hemm ħassejt li bir-ritratti li ħadt kont qed inkun ta’ konsolazzjoni għall-art sabiex issib fiha nfisha s-sbuħija tar-ruħ kollettiva.”

Wara din l-esperjenza, Charles kellu stedina minn Reza Dekhati biex iżur Baku, ġewwa l-Ażerbajġan għal ewwel esebizzjoni internazzjonali taż-żgħażagħ bit-titlu, “Children’s Eyes on Earth”. Din l-esebizzjoni kienet frott ta’ kompetizzjoni li involviet 91 pajjiż bit-tema, “I love Nature, I fear Pollution.”

Kien hemm ukoll avvenimenti oħra fejn

Charles kien mistieden biex jattendi, fosthom għaċ-ċelebrazzjonijiet globali li saru fil-Hawaii sabiex jikkommemoraw il-75 anniversarju ta’

Pearl Harbour. Wara kienet ittellgħet wirja ġewwa l-Kamra tal-Kummerċ bit-tema, “Memories of Pearl Harbour”.

Discovering the South East, kienet wirja oħra mtellgħa minn Wirt iż-Żejtun fejn Charles intalab li jippreżenta fotografija ta’ madwar 30 ritratt dwar snajja’ min-naħa ta’ isfel ta’ Malta. Din kienet suċċess kbir u ntweriet man-naħat kollha ta’ Malta.

Fl-2018, Charles organizza esebizzjoni oħra bit-tema “Exile Voices”, li saret waqt il-Malta International Arts Festival. Charles inkluda ritratti ta’ immigranti mill-Eritrea.

Għal Charles, il-fotografija hija l-esperjenza tal-ħajja ta’ kuljum u saret parti minn ħajtu.

Sal-ġurnata ta’ llum, Charles għadu attiv jieħu r-ritratti u jfittex li jagħti l-ħajja lil dak kollu li għandu karattru, drawwiet antiki li bil-mod qegħdin jispiċċaw u li għadhom tradizzjonalment ħajjin.

Word Search European Mountains

ATHOS, BLANC, BOTEV, BROCKEN, CIUCAS, DACHSTEIN, DOM, ETNA, FINSTERAARHOM, GERLACH, HALTIA, HELICON, HYMETTUS, IDI, JUNGFRAU, KATLA, LAKI, LUGNAQUILLIA, MATTERNHORN, MONTSERRAT, OLYMPUS, OSSA, PARNASSUS, SNOWDON, TRIGLAV, ZUGSPITZE.

Sudoku

The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section contain all of the digits between 1 and 9.

Why did the burglar take a shower? He wanted to make a “clean” getaway.

I’m really not into spring cleaning. Come to think of it, I’m not into summer, fall, or winter cleaning either.

What did the broom say to the vacuum?

“I’m so tired of people pushing us around.”

Salesman: “Ma’am, this vacuum cleaner is so great that it will cut all your work by half!”

Woman: “That’s fantastic! Give me two.”

I feel like I should clean the house. I’m going to lay down until the feeling passes.

You know the only thing I hate more than having a dirty house? Cleaning.

Why was the broom late? It over-swept.

Why do basketball players have messy rooms? They dribble everywhere.

Did you hear about that brand-new broom that just came out? It’s sweeping the nation.

Do you know who cleans the bottom of the ocean?

A mer-maid.

I start my new job as a street cleaner today. There’s no training - you just pick it up as you go along.

Did you hear the one about the messy bed? Yeah, I made it up.

This article is from: