
2 minute read
Issottometti – Dokumenti
Tim tal-IMU
Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz jipprovdilek il-faċilità sabiex ittella’ online kopji tad-dokumenti mitluba mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’ittra ta’ notifikazzjoni lill-klijent, magħrufa bħala Ittra ta’ Sejħa. B’riżultat ta’ dan, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jibgħat Ittra ta’ Sejħa lill-klijent/a, biex j/tiġi nfurmat/a dwar aktar dokumenti li jkun hemm bżonn biex jitkompla l-proċess biex tiġi pproċessata talba għall-applikazzjoni ġdida jew talba għal reviżjoni ta’ applikazzjoni.
Is-servizz
Dan is-servizz jippermetti liċ-ċittadin itella' online kopji tad-dokumenti mitluba mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Meta ċ-ċittadin jirċievi l-Ittra ta’ Sejħa, id-dokumenti mitluba jridu jiġu ppreparati minn qabel bħala kopji skennjati biex ikunu jistgħu jittellgħu online.

Matul dan il-proċess tista’ tintalab aktar informazzjoni. Id-data sakemm għandek ċans biex tagħmel sottomessjoni, tkun imniżżla fuq l-Ittra ta’ Sejħa. Jekk l-informazzjoni mitluba ma tkunx riċevuta fil-ħin, l-intitolament għal benefiċċju, jew parti minnu, jista’ jew jittardja biex jingħata jew jintilef id-dritt għalih.
L-annessi kollha mibgħuta jiġu ssejvjati immedjatament fir-Repożitorju tad-Dokumenti tad-Dipartiment wara li jittellgħu. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali mbagħad jivverifika dawn għall-eżattezza u l-validità.
Apparti li jkun qed jiġi addottat il-prinċipju ta’ darba għal dokumentazzjoni użata f’sezzjonijiet differenti, ma jkunx hemm aktar il-bżonn li d-dokumenti li jintbagħatu jridu jiġu pprintjati, peress li l-informazzjoni tkun tiġi disponibbli online. B’hekk tkun qed tiżdied l-effiċjenza, waqt li jiġu ffrankati l-flus fuq dokumenti biex jiġu pprintjati u ssejvjati. Barra minn hekk, il-klijent/a j/tista’ j/tissottometti online d-dokumenti kollha meħtieġa fil-ħin tiegħu/tagħha, u j/tkun qed j/telimina l-bżonn li j/tattendi f’xi ċentru ta’ servizz.gov.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali Kull persuna li tapplika għal xi benefiċċju, jew li bħalissa tirċievi xi benefiċċju mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, u tirċievi Ittra ta’ Sejħa biex jintbagħatu aktar dokumenti neċessarji.
Rekwiżiti
Biex tuża dan is-servizz ikollok bżonn:
In-Numru tad-Dokument hekk kif indikat fl-Ittra ta’ Sejħa, jekk tagħżel li tawtentika bil-e-ID, maħruġa minn Identity Malta.
In-Numru tad-Dokument flimkien man-Numru tal-Karta tal-Identità, jekk tagħżel li ma tawtentikax bil-e-ID.
L-iskennjar tad-dokumenti sottomessi, jista' jsir bl-użu ta' kwalunkwè tip ta' apparat. Id-daqs ta' kull dokument m'għandux ikun ta' aktar minn 5MB, sa total ta' 10MB għas-sottomissjoni sħiħa.
Kif taċċessa s-servizz
Ladarba r-rikorrent jirċievi Ittra ta’ Sejħa maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, is-servizz Issottometti - Dokumenti jkun jista’ jiġi aċċessat.
Overview
This service allows you to upload copies of documents requested by the Department of Social Security in a letter of notification to the claimant, known as a Call Letter. As a result, the Department of Social Security sends a Call Letter to the Claimant, to be informed of which additional documents are required to complete the processing of a submitted or a revision request application.
The service
This service allows a citizen to upload copies of documents requested by the Department of Social Security. The requested documents must be prepared as a scanned copy once the claimant receives a Call Letter before being uploaded online. During this process, the online service may request additional information. The deadline for submissions will also be specified in the Call Letter. If the requested information is not received on time, the entitlement to the benefit, or a portion of it, may be delayed or forfeited.
All attachments are immediately saved to the Department’s Documents Repository after being uploaded. The Department of Social Security then verifies these for accuracy and validity.
Aside from adopting a once-only principle for documentation used within different sections, attachments would no longer need to be printed because they would already be available online. This increases efficiency while saving money on document printing and storage. In addition, the claimant can submit all required documents online at his or her leisure, eliminating the need to visit a servizz.gov hub.
