
6 minute read
Attivitajiet Kulturali
Dawn huma ftit mill-kalendarju kulturali ta’ dak li se jkun organizzat fix-xhur li ġejjin
Mary Anne Zammit
Kittieba u Pittriċi
Free Spirit# 2 : Wirja tal-Pittura minn Maria Cassar
TOSCA Teatru Manoel
Għal dawk kollha li jħobbu l-opra, bejn il-5 ta’ Marzu 2023 u t-12 ta’ Marzu 2023 ser titella l-opra Tosca ta’ Giacomo Puccini ġewwa Teatru Manoel fil-belt Valletta.

Bejn it-2 u s-16 ta’ Marzu 2023 ser tittellgħa esebizzjoni ta’ pittura bit-titlu Free Spirit ġewwa Art Galleries of the Malta Society of Arts, Palazzo de La Salle, 219, Triq ir-Repubblika, Valletta. Din l-esebizzjoni tikkonsisti f’numru ta’ pitturi li t-tema tagħhom titratta tfal ħielsa jilgħabu mdawra bil-baħar u fid-dawl tax-xemx, elementi li jafu jtuna l-gżejjer Maltin. Dawn il-pitturi astratti juru wkoll il-faxxinu li għandha l-artista lejn il-kuluri.

Festival Internazzjonali tan-Nar
Kif inhi t-tradizzjoni f’Malta, kull sena għal ħabta ta’ April jittella’ l-Festival tan-Nar. L-ispettaklu l-aktar li jkun viżibbli hu min-naħiet tal-Port il-Kbir, fejn wieħed jista’ jara xogħlijiet spattakolari ta’ xogħol tan-nar mill-aqwa. Dan l-avveniment ukoll jiftaħ l-istaġun tal-festi fl-irħula madwar Malta. Dan il-Festival iservi wkoll ta’ attrazzjoni kemm għat-turisti, però anke għan-nies lokali.
Festival tal-Mużika Beland

Il-Beland Music Festival ilu jsir f’Mejju għal dawn l-aħħar tmien snin ġewwa l-lokal taż Żejtun. Kull sena kemm, mużiċisti u gruppi lokali jipparteċipaw f’dan il-Festival li jsir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Arti.
Attivatijiet oħra li se jittellgħu bejn April u
Għana Fest 2023


Għana Fest huwa festival tradizzjonali ta’ mużika u għana li hu mifrux fuq tlett ijiem. L-avveniment isir fil-perjodu ta’ Ġunju ġewwa l-Ġonna tal-Argotti, Floriana. Barra l-mużika folk ser ikun hemm mużiċisti lokali u gruppi oħra. Tul dawn il-jiem ikun hemm ukoll esebizzjoni ta’ crafts li saru bl-idejn.
Medieval Mdina
Il-Medieval Imdina huwa festival li jerġa’ jeħodna lura fi żmien medjavali u jġedded il-memorji tal-belt dwar kif kienet il-ħajja f’dak iż-żmien. Għal mument, il-viżitaturi se jerġgħu jmorru lura f’dawk il-ġranet fejn il-Kavallieri ta’ Malta kienu jiddominaw. Ser ikun hemm ukoll mużika waqt li l-belt se tkun imżejna bi fjuri biex ikomplu jsebbħu l-atmosfera.
Festival Internazzjonali tal-Arti, bejn Ġunju u Lulju 2023
Il-Malta International Festival ikun imniedi ta’ kull sena u fih joffri varjetà ta’ arti, teatru, żfin u pittura rispettivament. L-esponenti huma kemm Maltin u kemm artisti Internazzjonali. Dan huwa mument uniku b’taħlita ta’ kultura. L-attivatijiet huma kollha bla ħlas.
Code Red għall-użu t’emerġenza
Tony Micallef
Practice Nurse & Donor Liaison

Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm
Minn żmien għall-ieħor f’kull pajjiż fid-dinja tiġri xi disgrazzja mingħajr mistenni, u f’Malta mhix eċċezzjoni. Iżda meta jiġri hekk xi jseħħ fil-Bank tad-Demm?
Meta sseħħ disgrazzja fejn iweġġgħu 6 persuni jew aktar jiskatta allarm mid-Dipartiment tal-Emerġenza lill-Bank tad-Demm biex jiġi ppreparat u mgħoddi pakkett speċjali ta’ prodotti tad-demm magħruf bħala Code Red. Fil-fatt il-pakkett Code Red għall-użu t’emerġenza jkun jikkonsisti minn:

4 boroż demm (*RCC) tat-tip O negative doża terapewtika ta’ pjastrini
4 boroż plażma minn demm tat-tip AB (fresh frozen plasma)
F’każi ta’ emerġenza kbira bħal dawn bi ħtieġa immedjata ta’ trasfużjonijiet ta’ prodotti tad-demm, l-ewwel jiġu mogħtija boroż ta’ konċentrat ta’ ċelloli l-ħomor (*Red Cell
Imbagħad immedjatament wara jinbeda proċess biex boroż ta’ plażma ffriżati jiġu likwidifikati biex ikun jistgħu jingħataw lill-korruti.
L-għażla tal-prodotti tad-demm: Boroż ta’ konċentrat ta’ ċelloli ħomor
F’każi t’emerġenza bħal dawn dejjem jintuża demm tat-tip O negative. Dan għall-fatt li d-demm tat-tip O negative hu kompatibbli ma’ kulħadd u biex jiġi trasfuż ma jkunx hemm għalfejn isir it-test tal-kompatibbiltà tad-demm magħruf bħal cross-match li normalment jieħu madwar 45 minuta. Hawn wieħed irid dejjem iġib quddiem għajnejh li f’xenarju bħal dan, ilminuti u s-sekondi jfissru bejn ħajja jew mewt.
Doża terapewtika ta’ pjastrini
F’dan ix-xenarju l-pjastrini jintużaw biex jgħinu kemm jista’ jkun il-kontroll tal-emoreġija. Dan għall-fatt li l-pjastrini huma ċ-ċelloli kruċjali li l-ġisem juża biex jgħaqqad id-demm fis-sit jew siti multipli ta’ ġrieħi. Hawn, il-preferenza tkun ta’ pjastrini maħruġa minn demm ta’ tip A, u t-tieni għażla tkun ta’ pjastrini maħruġa minn demm tat-tip O. Dan għax il-pjastrini minn demm tat-tip A u O tista’ tgħid li huma kompattibbli ma’ kulħadd.
Hawn tajjeb li nfihem li borża terapewtika ta’ għalihom. Wara, dawn jiġu trasferiti f’borża b’materjal tal-plastik apposta li minnu jgħaddi l-ossiġnu u l-karbonju diossidu u jippermetti li pjastrini jibqgħu ħajjin għall-5 ijiem meta miżmuma ġo inkubatur t’opposta.

Il-plażma iffriżat (fresh frozen plasma)
F’każi bħal dawn il-plażma tkun bżonnjuża biex iżżid il-volum tal-likwidu fiċ-ċirkolazzjoni, jiżdiedu s-sustanzi tal-clotting factors li jgħinu fil-proċess kumpless li jikkontrolla t-telf ta’ demm u fl-istess ħin, iċ-ċelloli ħomor minn trasfużjonijiet ta’ ammonti ta’ konċentrat ta’ ċelloli ħomor ikollhom fiex jgħumu.

Biex il-plażma tkun disponibbli għat-trasfużjoni, isir proċess li jieħu madwar 20 minuta. Dan biex il-plażma fil-Bank tad-Demm, iffriżata f’temperatura ta’ mill-inqas
35 grad celcius taħt iż-żero tiġi likwidifikata.
Il-metodu hu billi 4 boroż plażma ffriżati jitpoġġew ġo boroż tal-plastik u permezz ta’ apparat apposta jiġu mgħaddsa ’l isfel u ’l fuq fi speċi ta’ banju b’misħun ta’ 38 grad celcius sakemm il-plażma tinħall kollha kemm hi b’mod gradwali.
Għeluq
Naturalment l-iskop prinċipali ta’ dan l-artiklu hu li wieħed jitgħallem minnu, iżda fl-istess ħin importanti li wieħed jifhem kemm hu importanti li l-Bank tad-Demm, kemm dak fl-Isptar Mater Dei, kif ukoll dak fl-Isptar Ġenarali t’Għawdex ikunu ppreparati għal dak kollu li jista’ jinqala’ bla mistenni.
Il-messaġġ tal-għeluq hu li wieħed għandu jagħmel kuraġġ biex jagħti d-demm, jekk jista’ jkun fuq bażi regolari. Iżda wkoll li wieħed għandu dejjem ikun kawt fl-azzjonijiet tiegħu, kemm fid-dar, fit-triq, kif ukoll fuq il-post tax-xogħol, għax il-prevenzjoni tal-aċċidenti tagħmel ħafna iktar sens milli l-kura u l-irkupru minn aċċident, dejjem jekk wieħed jirnexxilu jeħlisha!
Il-Kummissarju tat-Tfal
Antoinette Vassallo (It-Tieni Parti)
Tonio Bonello Editur
Fil-ħarġa ta’ Familja ta’ Diċembru li għadda kont ippubblikajt l-ewwel parti ta’ intervista li għamilt mas-Sinjura Antoinette Vassallo, il-Kummissarju tat-Tfal. F’dik l-ewwel parti kont staqsejt lil Kummissarju l-ġdid dwar ir-rwol tagħha u x’qed taspira li se tagħmel bl-għan li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tat-tfal Maltin u Għawdxin. Trattajna wkoll dwar x’inhuma l-inġustizzji u l-abbużi fil-konfront tat-tfal illum. F’din it-tieni parti bdejt biex staqsejtha...
Jeżistu ċirkostanzi fir-rigward tat-tfal fejn matul is-snin (minn dejjem) bħal donnhom qatt ma kienu indirizzati. Fi rwol tiegħek bħala
Kummissarju tat-Tfal għandek fil-ħsieb li tressaq proposti fil-Ministeru u/jew quddiem l-awtoritajiet kompetenti biex dawn ikunu mistħarrġa u li fejn possibbli, li jsir it-tibdil meħtieġ fil-Liġi b’risq ħajja aħjar tat-tfal?
Kummissarju għat-Tfal huwa proprju li nimxu fuq dawk id-drittijiet kollha elenkati fil-Konvenzjoni bl-għan li jippromwovu l-ġid tat-tfal kollha. Aħna bħala Uffiċċju naħdmu ma’ kull entità li teżisti, niġbru informazzjoni u mmexxu jew ninkoraġġixxu riċerka dwar materji relevanti għas-servizzi tat-tfal.
Naħdmu wkoll ma’ Ministeri diversi u awtoritajiet kompetenti, u nħeġġu li fejn ikun hemm bżonn xi tibdil fil-liġijiet, għandna ndaħħlu t-tfal infushom u nisimgħu l-fehmiet tagħhom. Dan biex ir-riżultat finali jkun wieħed effikaċi u jservi ta’ ġid b’risq ħajja aħjar għat-tfal kollha.
It-Tfal u d-Divertiment : Illum iċ-Ċentri taż-Żgħażagħ tista’ tgħid spiċċaw. Fuq in-naħa l-oħra hemm id-dinja tan-negozju u d-divertiment fejn tfal jispiċċaw faċilment ikunu introdotti lejn vizzji bħad-droga, l-alkohol, it-tipjip u affarijiet oħra. Minn żmien għal żmien joħroġ ukoll il-fatt ta’ entitajiet li jħallu t-tfal jidħlu saħansitra meta jkunu taħt l-età? X’inhi l-problema? M’hemmx infurzar biżżejjed tal-Liġi? Ġenituri li ma jħabblux rashom fejn ikunu wliedhom? Inbiddlu l-valuri tagħna u ta’ pajjiżna?

Fil-passat nemmen li t-tfal ma kenux jiġu indirizzati kif jixirqilhom, però mal-medda ta’ żmien ħareġ li d-dritt tat-tfal li jinstemgħu huwa dritt fundamentali li joħroġ ċar mill-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tat-tfal.
Din hija l-iżjed konvenzjoni fid-dinja li qatt kienet iffirmata minn kważi l-pajjiżi kollha tad-dinja, għajr wieħed biss.
Naturalment l-obbligu tiegħi bħala
Hija realtà li ċerti Ċentri taż-żgħażagħ f’diversi lokalitajiet ma tantx għadhom imfittixija mit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Għalhekk nemmen li bħala pajjiż irridu primarjament ninvestu aktar f’postijiet xierqa ta’ divertiment u spazji rikreattivi biex it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jkollhom fejn jiżvogaw.
Nemmen ukoll li huwa d-dmir tal-ġenituri li jħeġġu lill-uliedhom biex jipparteċipaw f’xi tip ta’ attività bħal sports, għaqdiet volontarji, eċċ. B’hekk inkunu qed ngħinuhom milli jaqgħu f’xi tip ta’ vizzju bħal droga, eċċ li jista’ jkun ta’ detriment, kemm għas-saħħa fiżika kif ukoll mentali tagħhom.
Dan kollu jista’ jissarraf billi t-tfal tagħna jkunu qed isaħħu l-karattru tagħhom u jsiru kapaċi jagħmlu l-aħjar għażliet, kemm għalihom infushom u għal ta’ madwarhom – il-familja.
Jien nemmen li huwa fattur reali li l-valuri tagħna xi ftit jew wisq inbidlu mal-medda taż-żmien. Il-ħajja ma għadhiex dik ta’ kif trabbejt jien u għalhekk irridu nżommu saqajna mal-art biex naraw kif nisgħu nżommu dak il-bilanċ speċjalment fejn tidħol il-familja.
Eżempju żgħir ta’ kif nistgħu noħolqu aktar bilanċ fit-trobbija tat-tfal hu li wara li ż-żewġ ġenituri jirritornaw lura d-dar mix-xogħol, dawn għandhom isibu dak il-quality time, żgħir kemm hu żgħir, li permezz tiegħu jżommu kuntatt ma’ uliedhom meta jkunu lkoll id-dar flimkien. Il-ġenituri jridu jibqgħu viċin ta’ wliedhom u fejn ikun hemm problema għandhom jitolbu għal għajnuniet professjonali, fejn meħtieġ.
Nemmen ħafna wkoll fit-tisħiħ tal-familja u għalhekk b’dan il-mod inkunu qegħdin inħarsu l-interessi ta’ wliedna kif ukoll inkunu qegħdin nagħtuhom formazzjoni tajba li tissarraf f’ġid għall-futur tagħhom.

Bħala Kummissarju għat-Tfal irrid nibqa’ nisħaq u mmexxi ’l quddiem il-ħarsien tat-tfal minn ħsara fiżika jew psikoloġika. Il-Gvern, il-familji u l-komunitajiet kollha għandhom jaqsmu kull responsabbiltà għall-promozzjoni tal-iżvilupp u l-ġid tat-tfal kollha.
Jekk ilkoll flimkien nibqgħu naħdmu bi skop wieħed, dik li jittieħdu l-miżuri kollha possibbli mill-awtoritajiet relevanti biex l-aqwa interessi tat-tfal u l-familji tagħhom jiġu l-ewwel u qabel kollox, żgur li l-futur ta’ wliedna jkun wieħed sikur.
It-tielet u l-aħħar parti ta’ din l-intervista se tkun qed tidher fil-ħarġa li jmiss ta’ rivista Familja, dik tas-sajf 2023