
13 minute read
Editorjal
Sakemm dan il-ponn nistgħu nħalluh għaddej?
Tonio Bonello Editur MSPC
Fil-ħajja hemm limitu għal kollox. Anke l-aktar bniedem twajjeb, ħanin, reżiljenti u paċenzjużjieħu paċenzja llum, jieħu paċenzja għada u ż-żmien jurih li se jkollu jibqa’ jieħu paċenzja, xi darba se jasal il-mument li jisplodi.
Uħud jistgħu jaslu sal-punt li jirnexxielhom jisplodu. Oħrajn qed jilħqu jisploduhom (fil-kontest metaforiku) dawk ta’ madwarhom.
Iżda meta bniedem jitlef ħajtu kawża ta’ att fil-konfront tiegħu / tagħha, il-kelma toqgħod preċiż u eżatt.
Qed inwassal dan illum b’sens ta’ djieqa, imma aktar ta’ rabja ta’ dak li qed jiġri fis-soċjetà, fostna llum. Sitwazzjonijiet fejn għandek kriżijiet matrimonjali (naturalment fejn bosta drabi hemm l-imsejkna wlied jiżżeffnu fin-nofs), fejn il-mara (jista’ jkun ir-raġel) ta’ kuljum qed tara l-kalvarju, mhux biss għax qed tbati hi mentalment u fiżikalment, imma forsi l-aktar għax magħha qed tara lill-istess uliedha jbatu bħala.
Xi ħadd irid jitkellem. Xi ħadd irid jieħu azzjoni. Xi ħadd għandu jkun responsabbli biex kull ċittadin, f’pajjiż ‘suppost’ ċivilizzat jerġa’ jibda jħossu protett, sigur, b’serħan il-moħħ ikompli jgħixu f’daru, waqt li miexi fit-triq, meta qed jieħu l-ulied f’postijiet pubbliċi ta’ rikreazjoni, meta l-ulied jinsabu jitgħallmu fl-iskejjel, u aktar.
Wisq diffiċli biex nispjega r-rabja, mhux biss tiegħi, imma tal-parti l-kbira tas-soċjetà li hi twajba, ħanina, reżiljenti u paċenzjuża imma li b’saħħa kbira trid u tesiġi li fostna terġa’ lura s-serenità, it-trankwilità, is-sigurtà, il-paċi li darba kellna.
Donnu li min għandu l-ponn u jrid jużah, bħal jista’ jużah, u jkompli jużah, kważi bla ebda biża ta’ xi detriment fil-konfront tiegħu. Ma nistgħux nibqgħu nassistu għal dawn it-traġedji tant koroh, tal-mistħija jkomplu jiġru f’din in-naqra ta’ gżira. Ma nistgħux lanqas nibqgħu inħarsu quddiem każijiet mill-aktar vjolenti li qed isiru, kemm fil-privat però saħansitra fil-pubbliku.
Dan kollu ma jistax iseħħ jekk xi wieħed mill-komponenti tas-soċjetà qed ifalli, mhux jiffunzjona jew mhux jaħdem kif suppost. U l-komponenti kollha jinkludu lilna, individwi, il-familji, ir-residenti tal-madwar, l-entitajiet fil-ħidma soċjali, il-qrati tal-ġustizzja u l-forzi kollha tal-ordni.
Illum qabel għada, jinħtieġ nindirizzaw dawn il-problemi. Għal ċerti nies, għal ċerti familji li fihom u magħhom illum qed jesperjenzaw u jsoffru n-nuqqas ta’ familjari, ta’ omm jew missier li sa ftit ilu kellhom magħhom, ta’ iben jew bint għeżież li għalihom kienu kollox u tilfuhom, għal dawn, dan li qed ngħid diġà hu tard wisq.

Imma hemm barra, fostna, madwarna għad fadal ħafna u ħafna aktar nies, tfal u kbar li għadna fil-ħin li nistgħu nsalvaw. Dan jekk inkunu pronti, nieħdu l-azzjonijiet f’waqthom, mingħajr ebda aktar prokastinar, u naraw li jekk jista’ jkun, qatt u qatt aktar ma naraw minn dawn it-traġedji li qed iservu biss ta’ dell ikrah fuq dawn il-gżejjer.

Fuq kollox tinħtieġ bidla radikali fil-pieni, meta wieħed jasal fil-punt li, jekk jinqabad, jieħu dak li ġustament ħaqqu. Jidher ċar u tond li dak li sa ftit tas-snin ilu kien biżżejjed ta’ detriment biex bniedem ma jabbużax, illum dan m’għadux aktar.
Jidher ċar u tond li meta bniedem jokrob, jgħajjat għall-għajnuna, ma jiflaħx aktar, m’għandux x’jagħmel aktar, xi ħadd hemm bżonn li jagħtu kasu, jisimgħu bis-serjetà u jieħu azzjoni fil-ħin biex dan il-ponn vjolenti, jitrażżan, jitkisser darba għal dejjem!
X’qed nistennew?

Tista’ ssegwi aktar rapporti dwar dan f’din il-ħarġa ta’ FAMILJA
Tista’ tagħmel kuntatt magħna fuq familja.media@gov.mt kulħadd? Fil-konkret, kull wieħed u waħda minna għandna d-dmir u l-obbligu sabiex inħarsu l-benesseri u l-ħarsien soċjali, illi nkunu hemm għal dawk li jifilħu l-anqas u għal dawk li għandhom inqas aċċess għall-mobilità soċjali.
L-aħħar snin kienu eżempju ċar ta’ kemm dan il-Gvern ma ddejjaqx jidħol għan-nies, u baqa’ jsaħħaħ ċertu benefiċċji soċjali filwaqt li daħħal oħrajn ġodda, speċjalment fi żmien il-pandemija.
Inkomplu nkunu hemm għal dawk li jifilħu l-anqas
L-Onor. Michael Falzon
Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Kollegi u Ħbieb,
Ninsabu fix-xahar ta’ Marzu, bil-maġġoranza tal-miżuri soċjali li huma parti mill-baġit għas-sena 2023 diġà daħlu fis-seħħ u li minnhom diġà qed igawdu eluf ta’ familji u pensjonanti.
Personalment, nemmen bis-sħiħ fil-kontinwazzjoni t’appoġġ lejn il-poplu Malti u Għawdxi kollu, bħalma nemmen ukoll, li din ix-xibka soċjali b’saħħitha, tagħti wens u refuġju lil dawk l-aktar li għandhom bżonn, filwaqt li tnissel aktar ottimiżmu fost il-klassi medja u n-negozji. Dan sabiex huma wkoll ikomplu jinvestu fl-operat tagħhom u joħolqu aktar impjiegi.
Min jaf kemm-il darba smajna il-frażijietġustizzja soċjali? opportunitajiet indaqs għal
Għal din is-sena biss, dan il-Ministeru kien allokat is-somma ta’ 2 biljun ewro, investiment massiċċ li jkopri nefqa bla preċedent fuq il-familji, il-pensjonanti u persuni vulnerabbli.
Bis-saħħa ta’ ekonomija robusta u stabbli, qed nerġgħu nkunu solidali mal-pensjonanti, mal-anzjani, mal-familji u ma’ dawk li jifilħu lanqas. Għal dawn, qed inressqu miżuri li jiswew spiża addizzjonali ta’ mill-anqas €86 miljun oħra fuq is-sena illi għaddiet.

Il-politika soċjali ta’ dan il-Gvern qed tasal għand in-nies, qed tagħmel id-differenza, qed tilħaq ċertu niċeċ fis-socjetà tagħna, illi qabel kien jidher li kien ferm diffiċli biex jintlaħqu. Inħossni kburi u kuntent bis-servizz illi noffru bħala Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, u nirrikonoxxi l-impenn, id-dedikazzjoni u l-effiċjenza li naħdmu biha, sabiex inwasslu l-pagamenti soċjali fil-ħin.
Ejja nkomplu nservu ta’ punt ta’ referenza, bħala l-front liners ewlenin fil-qasam soċjali, li nibqgħu nilqgħu għal realtajiet soċjali ġodda u nieħdu azzjoni fil-ħin, anke permezz t’għodod legali fl-immedjat, sabiex inwieżnu l-bżonn ta’ dik il-persuna li għaddejja minn żmien diffiċli.

Intervista
mas-Sur Mark Musù f’għeluq l-10 sena ta’ ħidmietu bħala Segretarju Permanenti
36 sena jagħti s-servizzi tiegħu f’dan il-Ministeru
Tonio Bonello Editur

Ftit tal-jiem ilu kelli l-pjaċir niltaqa’ mas-Sur Mark Musù, Segretarju Permanenti biex tkellimna dwar ħidmietu fil-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, kif ukoll dwar min hu s-Sur Musù fil-ħajja privata tiegħu. F’din l-ewwel parti qed inħarsu lejn is-Segretarju Permanenti minn perspettiva tal-ħajja tax-xogħol ta’ kuljum, dak li sar, dak li se jsir u x’tah l-aktar sodisfazzjon matul dawn is-snin kollha. Bdejt biex staqsejtu
Dan ix-xahar (Marzu) inti qed tagħlaq 10 snin mill-bidu tal-impenn tiegħek bħala Segretarju
Permanenti għal dan il-Ministeru? Li kieku kellek issemmi dawk l-aktar kisbiet li tawk sodisfazzjon personalment u li tħares lejhom anke bħala sors ta’ ispirazzjoni għal quddiem, liema huma?
Kont ġejt appuntat nhar is-26 ta’ Marzu tal-2013. Dawn l-10 snin jagħmlu parti minn 36 sena li fihom dejjem ħdimt f’dan il-Ministeru. Naturalment il-qabża fil-pożizzjoni hi waħda kbira. Altru tkun Direttur u d-direttorat ikun id-dinja tiegħek u altru jkollok Ministeru sħiħ, anzi għal numru ta’ snin, sal-2019 dan kien mega-ministeru li kien jinkludi fih l-Anzjanità Attiva, l-Awtorità tad-Djar, il-Persuni b’Diżabilità u aktar. Minkejja dan, avolja dawn illum m’għadhomx jaqgħu taħtna u saru ministeri ġodda, jibqa’ l-fatt li dan hu kkunsidrat bħala wieħed mill-akbar Ministeri b’nefqa annwali li llum tlaħħaq żewġ biljun ewro fis-sena.

Waqt li ħajti tista’ tgħid għaddejtha fis-Sigurtà Soċjali, però bejn l-2006 u l-2010 kont Direttur fil-Ministeru responsabbli mill-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Affarijiet Internazzjonali. Din l-esperjenza swietni ħafna għal meta sirt Segretarju Permanenti għax f’dik il-ħidma missejt ma’ diversi oqsma oħra li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru kif kien dak iż-żmien.
Dwar kisbiet, fuq livell ta’ policy kien hemm mijiet ta’ miżuri soċjali li bl-akbar umiltà ngħid li kelli sehem importanti fihom, però fl-aħħar mill-aħħar jien dejjem ngħid li kull ħaġa li ssir tkun ħidma kollettiva bħala tim u nirringrazzja lil ħafna nies tal-appoġġ tagħhom f’dan ir-rigward.
Il-policies ma jiġux waħedhom. L-akbar riżors biex dawn jiġu, ikunu kkunsidrati u eventwalment implimentati jkun grazzi għal kuntatt kontinwu li nżommu man-nies; b’ittri, b’mezzi soċjali però anke niltaqgħu man-nies fiżikament. Il-problemi tan-nies jgħinuk tosserva dwar kif ir-realtajiet soċjali qed jinbidlu madwarek.
Naturalment f’dawn is-sitwazzjonijiet għandek żewġ għażliet; jew tisma’ u ma tagħtix kas u kollox jibqa’ kif ikun, inkella tisma’ u tagħti widen u tali problema tispirak biex tifhem kif f’numru ta’ sitwazzjonijiet, tali problemi jkun meħtieġ jiġu indirizzati bħal eżempju, ir-riforma li għamilna fl-assistenza tad-diżabilità severa, fl-allowance tal-carers, it-titjib fil-pensjonijiet, it-titjib fir-residenza San Vinċenz de Paule u fis-servizzi ta’ kura fil-komunità, fil-mod kif indirizzajna d-domanda għas-sodod billi dħalna fi ftehimiet ġodda ma’ djar tal-anzjani privati peress li għandna popolazzjoni anzjana dejjem tikber. Anke permezz ta’ skemi u benefiċċċji fl-oqsma tal-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, fost oħrajn.

Fuq nota oħra però, hemm id-dimensjoni interna ta’ dan il-Ministeru u jekk nista’ nsemmi kisba waħda li tibqa f’qalbi, kienet ir-restawr li għamilna ta’ din il-binja, Palazzo Ferreria, ġawhra arkitettonika proprja fil-qalba tal-Belt Valletta. B’umiltà nħoss li din kienet kisba personali tiegħi għax kont jien li mbuttajt kemm flaħt biex issir u saret grazzi għall-appoġġ li sibt minn tim ta’ nies internament, għat-taqsima tar-Restawr tal-Ministeru tal-Kultura waqt li l-Ministeru tal-Finanzi tana l-flus biex setgħet issir.
Imma t-tisbiħ f’dan il-kuntest mhuwiex biss il-binja minn barra. Filfatt bħalissa għaddej programm estensiv ta’ titjib tal-uffiċini għaliex jien dejjem emmint li jekk jien għandi uffiċċju sabiħ li fih naħdem kuntent, bl-istess qies l-istaff kollu għandu jkollu ambjent sabiħ fejn jaħdmu.
Kienu 10 snin ta’ bidliet kemm f’kuntest ta’ governanza pubblika, però anke minn dimensjoni ministerjali. Internament seħħew ħafna bidliet; direttorati ġodda, riformi fis-servizzi u fil-benefiċċji u l-kumplament. X’tikkumenta dwar dan?
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema, l-avvanzi li saru, mhux biss family friendly measures imma wkoll li qed jgħinu biex jibbilanċjaw il-ħajja tax-xogħol mal-ħajja tal-familja, dawn ċertament inħoss li kienu avvanzi kbar. Hu proprju f’dawn l-oqsma fejn is-Servizz Pubbliku bħala employer m’għandux kompetizzjoni mis-settur privat li fl-opinjoni tiegħi għadu lura f’dan is-settur. f’dawk li huma servizzi, pensjonijiet u benefiċċji soċjali.
Ngħid dan għax ilħaqna livelli għoljin ta’ titjib fil-ħajja tal-impjegati tagħna u l-familji tagħhom, iżda ngħid dan ukoll b’dispjaċir għaliex jien nixtieq nara anke lis-settur privat jikkompeti magħna f’dawk li huma l-aħjar kundizzjonijiet għal ħaddiema, li m’humiex biss il-pagi.
Xejn ma jsir waħdu u nistqarr li saret ħafna ħidma biex irnexxielna nżommu r-riżorsi umani tagħna milli jitilqu mal-privat u/jew saħansitra biex ġibnihom lura magħna għaliex għandna nies li għamlu snin li kienu ħarġu mid-dinja tax-xogħol jew marru fis-settur privat u li issa b’dak li qed noffru, dawn qed ikunu inċentivati jerġgħu jidħlu lura fis-Servizz Pubbliku.
Hija kwistjoni ta’ win win situation għaliex inti ksibt dan ir-riżors u qed itik ix-xogħol waqt li fl-istess ħin, huma bħala familja jistgħu jilħqu livell ta’ għajxien aħjar, anke bil-faċilitajiet li ntroduċejna fejn illum saħansitra jistgħu jaħdmu mid-dar.
Meta wieħed jevalwa dak li joffru l-membri sieħba tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ servizzi u benefiċċji lejn iċ-ċittadin, jidhirli li Malta hi fost minn tal-ewwel f’dawn l-oqsma. Però taħseb, għad jasal żmien fejn dan il-pajjiż ikun laħaq il-massimu ta’ dak li jista’ joffri liċ-ċittadin?

Hekk hu, imkien jew ftit hawn pajjiżi fejn issib li s-saħħa u l-edukazzjoni huma b’xejn. Fil-verità ħa ngħiduha kif inhi, xejn m’hu b’xejn għax iċ-ċittadin qed iħallas għalihom xorta permezz tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet.
Imma domanda tajba din, kemm tista’ tibqa’ ssostni dan kollu? Is-sostenibbiltà tiġi minn kemm il-pajjiż ikun kapaċi jkompli jkabbar l-ekonomija tiegħu. Illum madwar 20 fil-mija tal-popolazzjoni, jiġifieri wieħed minn kull 5 m’humiex Maltin iżda barranin li ġew hawn biex jaħdmu.
Li qed jiġu jaħdmu f’pajjiżna hija posittiva imma mbagħad għandek ċerti problemi wkoll bħal m’hi l-infrastruttura tal-pajjiż. Dan bla ma għadna qed ninkludu t-turiżmu li jammonta għal madwar 3 miljun persuna oħra barranin fis-sena. Ifisser li bejn il-popolazzjoni Maltija, dawk li ġew jaħdmu u t-turisti, il-pajjiż qed ikollu popolazzjoni ta’ kważi tmien mitt elf persuna tul is-sena li f’xi żmien jew ieħor qed jgħixu f’pajjiżna.
Vantaġġ li għandna llum hu li bit-teknoloġija li għandna, bniedem jista’ jkun fejn trid fid-dinja imma xorta waħda jkun qed jaħdem ma’ kumpanija Maltija jew ma’ Ministeru jew Dipartiment daqs li kieku qiegħed hawn. B’hekk xorta dan jista’ jgħin biex tkompli tikber l-ekonomija Maltija.
Naturalment la dawn qed jaħdmu, bħalna qed iħallsu t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet u għalhekk b’dan kollu qed ikun possibbli wkoll li l-qasam ekonomiku ikompli jikber, jitkattar il-ġid u fl-istess ħin issotni n-nefqa annwali tal-Gvern
F’seminar reċenti l-Ministru Michael Falzon u inti ħabbartu it-tnedija tal-Viżjoni Soċjali għat-tnax-il sena li ġejjin. Tista’ tispjega fil-qosor x’inhu l-għan ta’ dan, x’ħidma qed issir f’dan ir-rigward u fejn qed nantiċipaw dwar kif se jkunu dawn il-gżejjer minn dimensjoni soċjali fl-2035?
L-idea hi li ssir evalwazzjoni tas-soċjetà tagħna kif qed tgħix illum, nippruvaw nipprevedu dwar kif se tkun l-istess soċjetà sa 12-il sena oħra u nippjanaw kif irridu naslu s’hemmhekk.
Il-qasam soċjali jmur lill hinn minn dan il-Ministeru. Għalkemm l-oriġini ta’ din l-inizjattiva kienet tagħna, hemm diversi setturi soċjali li ma jaqgħux fir-responsabbiltà tad-dekasteru tagħna u allura din il-ħidma tinvolvi diversi ministeri u sieħba oħrajn. Il-viżjoni ma ridniex li tkun ta’ dan il-Ministeru biss jew tal-Gvern biss imma viżjoni ta’ pajjiż sħiħ.
L-għaqdiet volontarji, l-akkademiċi tal-università li jkunu qed josservaw il-pajjiż u tant oħrajn, ridna li dawn ikunu magħna wkoll għax jekk huma ma jarawx l-istess viżjoni tagħna, ikun inutli nippruvaw nagħmlu xi ħaġa li m’hemmx qbil dwarha.
Kull Ministeru u kull għaqda volontarja li taħdem fis-settur, iridu jaraw li l-pjanijiet tagħhom ikunu mfassla fil-kuntest ta’ din il-viżjoni biex aħna lkoll flimkien naslu fejn irridu naslu sa 12-il sena oħra.
Hemm xi ħolma f’ħajtek fil-kuntest tax-xogħol li tixtieq tara ssir realtà?
Iva, nixtieq li jekk jista’ jkun ma jkunx hawn faqar fil-pajjiż. Irnexxielna noħorġu ħafna nies li kienu qed jgħixu mċaħħdin minn ċerti affarijiet essenzjali u li llum qed iħossuhom qed jgħixu aħjar, però konxju wkoll li għad fadal persuni fostna li għadhom qegħdin ibatu.
Problemi jibqa’ u jibqgħu jinqalgħu dejjem ġodda u kultant jiġu mumenti li mhux ħtija tiegħek tħossok qed taqdef kontra l-kurrent ukoll. Eżempju, is-sena l-oħra wara li konna għadna ħerġin mill-pandemija, bdiet il-gwerra fl-Ukranja. Splodew il-prezzijiet kullimkien minħabba fil-pandemija u komplew jisplodu minħabba fil-gwerra u allura, filli tkun qed tippjana li tagħti tant biex itejjeb il-livell tal-ħajja tan-nies u f’daqqa waħda tibda tara li probabbilment, dak li tkun tajt lanqas se jkun biżżejjed biex dak li jkun tikkumpensah għall-għoli tal-prezzijiet, aħseb u ara kemm se ttejjiblu l-livell tal-għajxien tiegħu. Fil-fatt dan wassal biex kellna inżidu b’ferm iżjed mis-soltu l-pensjonijiet u l-benefiċċji l-oħra biex nilqgħu għal dan.

Fl-istess ħin però nieħu pjaċir meta xi ħadd iwaqqafni fit-triq biex jirringrazzjani ta’ dak li qed nagħmlu. Nifhem li dan ma jkunx qed jirringrazzja speċifikament lili imma lilna lkoll li qed naħdmu bħala tim nikkontribwixxu biex inkomplu ndaħħlu aktar miżuri biex jagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies. Dan iva, lili jtini sodisfazzjon kbir għax apparti l-grazzi, ikun qed jibagħtli messaġġ li isma’, dak li qed tagħmlu qed ikollu impatt fuq il-ħajja ta’ dan il-poplu. Dan hu f’dak li jirrigwardja l-ħidma tagħna lejn is-soċjetà.
F’dik li hi l-binja tagħna Palazzo Ferreria, nista’ ngħid li għandna proġett fejn se nkomplu ndawwlu l-palazz minn barra, issa wkoll il-ġnub. Proġett ieħor hu għall-entratura prinċipali li meta jitlesta nemmen li se jkun qed jagħti valur akbar lill-binja. Inizjattivi oħrajn se jkomplu jkunu qed isebbħu din il-ġawhra li għandna hawnhekk proprju fid-daħla tal-Belt waqt li dalwaqt se nniedu ktieb dwar l-istorja ta’ Palazzo Ferreria.
It - tieni parti tal - intervista se tkun qed toħroġ fil - ħarġa li jmiss ta ’ FAMILJA (tas - sajf) fejn fiha s - Segretarju Permanenti kien mistoqsi dwar il - ħajja privata tiegħu u l - familja.

Żjara fil-Ministeru mis-Segretarju
Permanenti Ewlieni
Proprju ftit xhur biss wara l-ħatra tiegħu bħala

Segretarju Permanenti Ewlieni nhar l-1 ta’ Ġunju 2022, is-Sur Tony Sultana għamel żjara fil-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal nhar id-19 ta’ Ottubru.

Is-Sur Sultana nħatar f’din il-kariga wara li s-Segretarju Permanenti Ewlieni ta’ qablu, is-Sur Mario Cutajar temm l-impenn tiegħu bl-età tal-irtirar. Is-Sur Tony Sultana kien ilu 9 snin jokkupa l-kariga ta’ Executive Chairman tal-MITA.
Mal-wasla tiegħu fil-binja tal-Ministeru f’Palazzo Ferreria hu ġie milqugħ mis-Sur Mark Musù, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru u matul iż-żjara tiegħu ltaqa’ mal-amministrazzjoni u l-istaff ta’ kull sezzjoni li jifforma l-istess Ministeru.

Fost dawn, it-taqsimiet tas-Sigurtà Soċjali u Contributory Benefits, is-sezzjoni DAMP, l-IMU, id-DCS u l-HR, il-PDPID, l-Operations, it-taqsima tal-Pensjonijiet, ir-Research, Policy & Operations, l-IRU, l-Income Support Staff u l-OPS fost oħrajn.
Ritratti: Dipartiment tal-Informazzjoni
F’isem l-amministrazzjoni u l-istaff tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal nawgura ħidma twila lis-Sur Tony Sultana f’din il-kariga tant importanti fis-Servizz Pubbliku bħala Segretarju Permanenti Ewlieni.

25 sena ta’ servizz (L-ewwel parti)
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali
Alfred Grixti Kap Eżekuttiv, FSWS
Din is-sena l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS, tagħlaq 25 sena mit-twaqqif tagħha. Għaldaqstant, f’dan l-ewwel parti tal-artiklu sejjer nagħti ħarsa, kemm lura dwar kif twaqqfet il-Fondazzjoni, kif ukoll niddeskrivi fejn qegħda l-FSWS illum.
It-twaqqif tal-FSWS
Kien fis-27 ta’ Frar 1998 meta l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Dr Alfred Sant, ta struzzjonijiet bil-miktub lis-Sur Alfred Sladden li dak iż-żmien kien il-President tal-Foundation for Medical Sciences and Services (FMSS) biex iwaqqaf lill-FSWS bħala fondazzjoni separata u distinta mill-FMSS li kellha ssir biss il-Foundation for Medical Services (FMS).

Fit-3 ta’ Marzu 1998 kienet għaddiet riżoluzzjoni unanima mill-Bord tal-FMSS li wettqet id-direzzjoni tal-Prim Ministru Dr Alfred Sant. F’din ir-riżoluzzjoni jingħad ukoll li l-FSWS kellha tieħu t-tmexxija tas-servizzi ta’ ħarsien soċjali li kienet tipprovdi l-FMSS, sa’ dak iż-żmien unikament permess tal-Aġenzija
Sedqa u l-Programm għall-Iżvilupp ta’ Ħarsien
Soċjali (Social Welfare Development Programme – SWDP).

Eventwalment, sar att notarili ieħor fl-24 ta’ Marzu, 1998 u li bih twaqqfet formalment l-FSWS, bl-ewwel President tal-Fondazzjoni jkun is-Segretarju Permanenti ta’ dak iż-żmien is-Sur Joseph Scicluna.
B’hekk bdiet storja sabiħa, xi kultant bit-tlajja’ w inżul, li wasslitna sal-ġurnata tal-lum fejn insibu li l-FSWS hi mhux biss l-aġenzija nazzjonali ewlenija tal-Istat Malti għat-twassil tas-servizzi ta’ ħarsien soċjali imma wkoll l-akbar employer f’dan il-qasam bi ’l fuq minn 950 impjegat.

L-FSWS illum
Matul l-aħħar snin l-FSWS rat tkabbir fl-għadd ta’ servizzi li toffri li huma ferm aktar ħafna mis-servizzi tal-ħarsien tat-tfal (child protection), kontra l-vjolenza domestika u l-abbuż tas-sustanzi u dipendenzi oħra li kienu t-tliet servizzi li wirtet mill-MFSS.


Ħal Kirkop, il-Mosta, ir-Rabat (Malta), ir-Rabat (Għawdex) u Marsalforn fost l-oħrajn.
Ma’ dawn noffru servizzi fl-isptarijiet fejn għandna ħaddiema soċjali fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Monte Carmeli, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex kif ukoll fir-Residenza San Vinċenz. Professjonisti tagħna huma wkoll assenjati biex jagħtu servizz lil diversi entitajiet oħrajn tal-Gvern li joperaw fil-qasam soċjali bħalma huma l-Aġenzija għall-Anzjanità Attiva, l-Awtorità tad-Djar u l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fost l-oħrajn.
Illum l-FSWS għandha preżenza f’bosta bliet u rħula madwar Malta w Għawdex pemezz ta’ għadd ta’ ċentri għall-familja fil-komunità. Dawn jinsabu fil-Belt, il-Birgu, il-Fgura, Marsaskala, Ħal Qormi, l-Imsida, il-Qawra,
Komplejna nsaħħu l-ispeċjalizzazzjonijiet li għandna u b’hekk illum l-FSWS, permezz tal-Aġenziji u Direttorati rispettivi hija sinonima mas-servizzi tal-Ħarsien tat-Tfal (Child Protection), Vjolenza Domestika, Kura Alternattiva, ħidma kontra l-abbuż tas-sustanzi u dipendenzi jew vizzjijiet ġodda bħall-użu eċċessiv tal-mobiles jew tal-internet kif ukoll online gaming.
F’Għawdex din hija l-ħames sena li qed noperaw u minflok is-servizzi jieqfu ċ-Ċirkewwa kif kien isir qabel, illum f’Għawdex għandna tim b’saħħtu ta’ professjonisti li jirreplikaw fuq skala iżgħar is-servizzi kollha li huma offruti f’Malta.
Jekk nagħtu ħarsa aktar mill-qrib lejn dak li ġara bejn l-2017 u l-2021 insibu li l-għadd ta’ każijiet ta’ persuni vulnerabbli li ħdimna magħhom żdiedu minn 14,263 għal 22,451 jiġifieri żieda ta’ 8,188 każ jew żieda ta’ 57.4%.

Dan kollu huwa spjegat mit-tabella ta’ hawn taħt.
Din il-ħidma kollha hija riżultat ta’ investiment kontinwu fir-riżorsi għad-dispożizzjoni tal-FSWS kemm f’termini ta’ riżorsi finanzjarji u kemm f’termini ta’ riżorsi umani.

Dan kollu wassal biex illum l-FSWS tgħin aktar minn 20,000 persuna vulnerabbli kull sena u dan apparti aktar minn 12-il elf telefonata fuq il-linja nazzjonali Support Line 179.
It-tabella tal-paġna preċedenti turi kemm assistejna nies matul l-għaxar snin li għaddew.
Dawn iċ-ċifri juru li bejn l-2020 u l-2021 l-għadd ta’ individwi li assistejna tela’ għal
21,490. Din hija żieda ta’ 2,480 jew 12.6% f’temp ta’ sena waħda biss.