2 Editorjal | 3 Messaġġ Mill‑Koordinatriċi Ta’ MissioTfal 4 Il‑Paġna Ta’ Rafiki | 6 MissioTfal Għawdex | 7 Iċ‑Ċentru Lindalva 11 Kurżitajiet Dwar Il‑Kontinent Tal‑Asja | 13 Kraft Tradizzjonali 14 Riċetta Tradizzjonali | 15 Kompetizzjonijiet Bi Premju TFAL MISSJUNARJI 92 sena ħidma għall‑missjoni (VO/1178) NEWSPAPER POST No.96 Frar ‑ Marzu 2023 Xandira LIVE fuq it‑televiżjoni mill‑WE Studios IS‑SIBT 11 TA’ MARZU 2023 mill‑11am sal‑11pm
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
Għeżież Tfal, Kif intom? Għaddew xahrejn oħra u rġajna ltqajna. Il‑vaganzi spiċċaw, bdiet sena ġdida u komplejna bir‑rutina li ġġib magħha s‑sena skolastika. Matul ix‑xahar ta’ Frar għandna diversi festi x’niċċelebraw. Nibdew b’dik tan‑Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl nhar l‑10 ta’ Frar u nkompu b’Jum San Valentinu fl‑14 ta’ Frar. Ftit wara jibdew il‑ħamest ijiem tal‑Karnival, festa għal qalb ħafna nies, kemm kbar kif ukoll żgħar. Min jaf kemm intom eċċitati biex tilbsu l‑kostum tal‑Karnival?!
Din it‑tielet ħarġa ser tkun iddedikata għall‑Kontinent tal‑Asja! Għalhekk, se ssibu stejjer, artikli u ħafna aktar, kollox mill‑Asja. Ninsab ċerta li se tieħdu gost taqraw l‑artikli interessanti li qed inħejju għalikom u nħeġġukom tippruvaw tagħmlu l‑kraft u r‑riċetta tradizzjonali, u tieħdu sehem fil‑kompetizzjonijiet, għaliex għandna rigali sbieħ għalikom. Għal aktar tagħrif dwar l‑Asja u informazzjoni interessanti oħra, segwuna fuq Radju Marija bil‑programm ‘Tfal Missjunarji’ (ara r‑reklam f’paġna 16).
Però ejjew ma ninsewx il‑bidu tar‑Randan Imqaddes; żmien ta’ sagrifiċċju u penitenza. Min jaf li kieku din is‑sena tiċċaħħdu minn xi ħelu jew ġugarelli u l‑flus tibagħtuhom lit‑tfal anqas ixxurtjati li jgħixu f’pajjiżi tal‑missjoni sabiex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa? Tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u itolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù.
Il‑ħabiba tagħkom, Claudia
Stampa tal‑faċċata: Powster Uffiċjali tat‑Tfal tal‑Maratona Hope MissioFest.
TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt
Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm
Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm
Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex.
Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt
Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm
Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt
Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@ gakbu.com
Qarrejja tal‑Provi: John Caruana u Mark Miruzzi
Pubblikazzjoni: Missio Malta
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
(VO/1178)
© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
2
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL
Nancy Camilleri
lill‑voluntiera u lill‑elfi kollha li ġew jgħinuna.
Għeżież Tfal,
Il‑Milied li għadda kien Milied speċjali ħafna, kemm għalija u anki għall‑impjegati ta’ Missio. Reġa’ kellna l‑attività ta’ ‘Santa in the City’. Kien nhar is‑17 ta’ Diċembru, meta Santa Klaws u l‑elfi tiegħu żaru l‑Belt Valletta fejn iltaqgħu flimkien mal‑Orkestra Nazzjonali ta’ Malta. Santa Klaws beda jqassam ir‑rigali lit‑tfal kollha li ltaqa’ magħhom għal donazzjoni żgħira b’risq proġetti tat‑tfal fil‑missjoni.
Minn qalbna ngħidu prosit lill‑orkestra, filwaqt li nirringrazzjaw lill‑ħafna nies li tawna s‑‘soft toys’ sabiex ikollna xi nqassmu bħala rigali, lin‑nies li għenuna nippakkjawhom,
Imma x‑xogħol ta’ Santa Klaws ma waqafx hemm. L‑għada, it‑18 ta’ Diċembru, aħna ta’ MissioTfal morna flimkien San Pawl il‑Baħar fejn hemm ukoll, Santa Klaws qassam ir‑rigali lil tant tfal li ltaqa’ magħhom. Matul din l‑attività kellna wkoll il‑bejgħ tal‑‘mince pies’, li tgħidx kemm kienu tajbin!
3
Mill‑gdid prosit u grazzi lil kulhadd.
Ittra Mingħandkom l‑Istudenti
Tfal, illum tassew ninsab ferħan għaliex irċevejt ittra mingħand xi student i li jattendu l‑Iskola Sekondarja tal‑Verdala f’Bormla u xtaqt naqsamha magħkom.
“On Thursday 15th December 2022 students from St. Margaret College Secondary School Verdala, Cospicua were invited to participate in two radio programmes at Radju Marija station in Rabat, Malta. We were accompanied by our Religion senior teacher Martin Azzopardi sdc and LSE Mrs Karen Vella. The aim of this programme is to introduce the pastoral and religious activities in Maltese schools to the listeners of Radju Marija – a Catholic radio station in Malta.
Upon arriving in Radju Marija station, we were welcomed by the staff and taken around the building, then we
assembled in the chapel for some time of prayer and silence. We were then taken to the recording room, and after explaining to us the function and operation of the radio station, we recorded two programmes which will be officially launched on the 6th and 13th February 2023 at 15:30hrs respectively. These programmes are part of a series of programmes produced by ‘MissioTfal’. During these programmes, students are also invited to participate and share their involvement in the pastoral or religious field.
Our teacher was invited to share his daily pastoral and religious operations at school and talk about his educational missions abroad. When asked to share a spiritual message, Mr Azzopardi said: “What counts in life is what God thinks about you and not what people say”. He also
IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI
4
added, quoting William Shakespeare’s saying: “Cowards die many times before their death, only the brave die once; so in life be not afraid to say ‘This is morally good’ and ‘This is morally sinful’”. During these programmes, we were also invited to share a spiritual message for life.
Aidan shared a Latin phrase: “In te Domine speravi non confundar in aeternum” (“Lord, I have set my hope in thee; I shall not be destroyed forever”) and Sven also shared another Latin phrase: “Abyssus
Abyssum Invocat” (“One misstep leads to another”). Axl added a poem prayer that he learnt in the Religion lesson: “Wherever He may guide me, no want shall turn me back, my Shepherd is beside me and nothing can I lack”.
One of the producers wrote to Mr Azzopardi saying: “Tassew! Verament konna impressjonati ‑ bravi ħafna u grazzi lilek li wara kollox kont inti li ppreparajthom daqstant tajjeb.” (“Indeed! We were really impressed ‑ very well done and thanks to you that after all it was you who prepared them so well”).
We offer special thanks to Ms Claudia Cini and Ms Nancy Camilleri who both coordinated the radio programme, and to the administrative staff of Radju Marija Malta for this unique opportunity. This project aims to reach two of the main goals proposed by the United Nations Sustainable Development Goals: Life on Land and Quality Education.
5
Axl Arry, Sven Busuttil and Aidan Schembri.
MISSIOTFAL GĦAWDEX
Dun Renato Borg
SENS TA’ GRATITUDNI – ‘GRAZZI’
Jien naħseb li intom it‑tfal tafu xi tfisser il‑kelma ‘grazzi’. Nistaqsu ftit lilna nfusna: “Illum kemm‑il darba għedt grazzi u lil min?” Li wieħed jg ħid grazzi mhix xi ħaġa sempliċi ment edukattiva, jiġifieri biex inkun edukat/a, iżda fuq kollox il‑kelma grazzi turini kif inħares lejn l‑affarijiet u lejn id‑dinja ta’ madwari.
Għadna kif spiċċajna s‑Sena 2022. Il‑Knisja tħobb tagħlaq is‑sena billi trodd ħajr lil Alla ta’ dak kollu li għamel magħha matul is‑sena li tkun għaddiet. Dan tagħmlu għaliex tagħraf li kienu ħafna l‑grazzji li Alla ta lill‑Knisja u lill‑Insara, u għalhekk tħoss il‑bżonn li tgħidlu grazzi għax taf ukoll li mingħajr
Ġesù ma kienet tagħmel xejn. Qaddisa ċkejkna, Santa Tereża tal‑Bambin Ġesù, kienet tħobb tirringrazzja ta’ kuljum lil
Ġesù ta’ tant grazzji li jkun taha matul il‑ġurnata. Mhux hekk biss, iżda wara li kienet tagħmel lista twila ħafna ta’ ringrazzjamenti lil Ġesù, kienet tispiċċa r‑ringrazzjament tagħha billi tgħid lil
Ġesù: “U nixtieq nirringrazzjak ta’ tant
grazzji oħra li jien ma nafx bihom, imma li jien fiż‑żgur li inti tajtni.” Ġieli qabel mort torqod għedtlu ‘grazzi’ lil Ġesù?
Ta’ xiex għedtlu grazzi? Ġesù jagħmel magħna ħwejjeġ kbar u għalhekk għandna ta’ kuljum, qabel norqdu, ngħidulu grazzi ta’ dak kollu li jkun għamel magħna matul il‑ġurnata. Jekk nidra nagħmel dan ta’ kuljum, allura nibda nħobb iktar lil Ġesù għax nibda nagħraf iktar kemm iħobbni u jieħu ħsiebi. Mhux ta’ b’xejn li l‑ikbar talba tagħna hija l‑Quddiesa: l‑Ewkaristija, għax il‑kelma Griega ‘Ewkaristija’ tfisser ‘ringrazzjament, radd il‑ħajr’. Fil‑Quddiesa aħna ngħidu grazzi lil Alla ta’ dak kollu li jagħmel magħna.
Qabel ma nagħlaq nixtieq nistaqsikom jekk illum għedtux ‘grazzi’ lill‑mamà, lill‑papà, lill‑għalliema u lil tant nies oħra li għenukom. Jekk le, qisu li minn din is‑sena tibdew tużaw iktar il‑kelma ‘grazzi’ ma’ Alla u mal‑bnedmin.
Nawguralkom is‑sena t‑tajba u l‑Mulej iberikkom.
6
IĊ‑ĊENTRU LINDALVA
Iċ‑Ċentru Lindalva jinsab fil‑Kambodja. Dan huwa post fejn it‑tfal huma mħarsa u maħbubin. Sor Eulie Desacula, li tmexxi ċ‑ċentru, tgħallem lit‑tfal dwar Alla li jħobbna ħafna; aħna min aħna u ngħixu fejn ngħixu.
Il‑Kambodja huwa pajjiż
tal‑Asja.fix‑XlokkIċ‑Ċina
tinsab fit‑Tramuntana u l‑Indja tinsab fil‑Punent ta’ dan il‑pajjiż.
Il‑belt kapitali
tal‑Kambodja hija
Phnom Phen u l‑lingwa uffiċjali hija l‑Khmer. Il‑popolazzjoni hija ta’ kważi 17‑il miljun ruħ.
Il‑ġenituri ta’ dawn it‑tfal marru jgħixu fil‑belt biex isibu xogħol, imma ma jaqilgħux biżżejjed flus sabiex jibagħtuhom l‑iskola. Għalhekk, it‑tfal jitħallew waħedhom id‑dar il‑ġurnata kollha u lanqas biss jistgħu joħorġu jilagħbu barra għax mhux sigur.
Jiena Chea u għandi sitt snin. Il‑ġenituri tiegħi jaħdmu iebes ħafna għal ħinijiet twal, u jiena jkolli nibqa’ d‑dar waħdi.
Storja vera addattata minn Claudia Cini.
7
Sor Eulie xtaqet tagħti sapport lil Chea u tfal oħra bħalha. Hija talbet lil MissioTfal biex jgħinuha tiftaħ skola għal dawn it‑tfal imsejħa ċ‑Ċentru Lindalva. Hawn it‑tfal tal‑ħaddiema migranti jiġu mħarsa, filwaqt li jattendu għal lezzjonijiet edukattivi.
Aħna ningħataw ukoll l‑ikla ta’ nofsinhar, u nħossuna siguri u kuntenti.
Aħna nitgħallmu ħafna affarijiet ġodda u nilagħbu ma’ sħabna.
Sor Eulie, flimkien mas‑Sorijiet Ulied il‑Karità, ilhom għal dawn l‑aħħar għaxar snin jipprovdu edukazzjoni u kura lil tfal żvantaġġjati. Sor Eulie, li twieldet fil‑faqar, temmen li l‑edukazzjoni għandha tingħata kmieni kemm jista’ jkun fil‑ħajja tal‑individwu.
8
“Aħna nuruhom li nħobbuhom u li huma stmati. Aħna l‑‘Knisja’ u aħna nġibulhom lil Kristu. Nemmnu li dawn it‑tfal huma l‑aktar vulnerabbli u kull darba li nieħdu ħsiebhom, nemmnu li nkunu qed nieħdu ħsieb lil Ġesù,” tgħid Sor Eulie.
Permezz tat‑talb u l‑azzjonijiet tagħna, aħna nistgħu ngħinu lit‑tfal ta’ kullimkien isiru jafu dan ukoll.
Grazzi għat‑talb tiegħek u talli taqsam dak li tista’ ma’ MissioTfal, it‑tfal fiċ‑Ċentru Lindalva jitgħallmu u jibqgħu siguri waqt li l‑ġenituri tagħhom imorru jaħdmu.
Warrab xi ħaġa tal‑flus mill‑‘pocket money’ tiegħek u agħtiha lil MissioTfal sabiex tgħin tfal żvantaġġjati minn madwar id‑dinja kollha.
9
Fiċ‑Ċentru Lindalva, Sor Eulie turi lit‑tfal kemm huwa importanti li nħobbu lil xulxin, eżatt bħalma tfakkarna is‑silta mill‑Bibbja t’hawn taħt.
“Alla jħobbkom, għalhekk dejjem għamlu dawn l‑affarijiet:
● Uru ħniena mal‑oħrajn, u kunu qalbkom tajba, umli, ġentili u paċenzjużi.
● Tkunux irrabjati ma’ xulxin, imma aħfru lil xulxin.
● Jekk xi ħadd jagħmlilkom il‑ħsara, aħfrulu.
● Aħfru lil xulxin għaliex il‑Mulej ħafer lil kulħadd.
● Agħmlu dawn l‑affarijiet kollha, imma l‑aktar importanti huwa li tħobbu lil xulxin.
● L‑imħabba hija li żżommna lkoll flimkien.”
(Addattat minn 3 Kol. 12‑14)
10
Il‑Kontinent Asjatiku huwa l‑akbar kontinent tal‑pjaneta tagħna, kemm fid‑daqs kif ukoll meta nikkunsidraw il‑popolazzjoni. Ġeografikament, dan il‑kontinent jikkonsisti f’madwar 30% tal‑art totali tad‑dinja. Il‑kontinent, li ilu dar għall‑maġġoranza tal‑popolazzjoni umana, kien is‑sit ta’ ħafna mill‑ewwel ċiviltajiet. L‑4.7 biljun ruħ tiegħu jikkostitwixxu bejn wieħed u ieħor 60% tal‑popolazzjoni tad‑dinja. F’termini ġenerali, l‑Asja tmiss mil‑Lvant mal‑Oċean Paċifiku, min‑Nofsinhar mal‑Oċean Indjan u mit‑Tramuntana mal‑Oċean Artiku. Il‑kontinent Asjatiku
jinkludi 49 pajjiż, li huma membri tan‑Nazzjonijiet Uniti.
Xi fatti:
● Iċ‑Ċina – il‑pajjiż li għandu l‑akbar popolazzjoni
● Ir‑Russja – l‑akbar pajjiż bħala daqs u skont iż‑żona
● Ir‑Russja u t‑Turkija ‑ jaqsmu parti mit‑territorju tagħhom mal‑Kontinent Ewropew
● Il‑Palestina u t‑Tajwan ‑ għandhom biss rikonoxximent internazzjonali limitat
● Singapor ‑ l‑aktar pajjiż sinjur, modern u influwenti fid‑dinja
● Tokjo fil‑Ġappun ‑ l‑akbar belt
● Il‑Maldivi ‑ l‑iżgħar pajjiż li jikkonsisti f’aktar minn 1,190 gżira
● Is‑Siberja – l‑aktar pajjiż kiesaħ fid‑dinja
● 12‑il pajjiż li m’għandhomx aċċess għall‑baħar – l‑Armenja, il‑Bhutan, il‑Laos, in‑Nepal, il‑Mongolja, l‑Afganistan, l‑Ażerbajġan, il‑Każakstan, il‑Kirgiżistan, it‑Taġikistan, it‑Turkmenistan u l‑Użbekistan.
● Borneo – l‑akbar gżira fl‑Asja u t‑tielet l‑akbar gżira fid‑dinja
● Ix‑Xmara Yangtze ‑ l‑itwal fil‑Kontinent Asjatiku u t‑tielet l‑itwal xmara fid‑dinja
● Il‑Muntanja Everest – l‑ogħla muntanja li tinsab fil‑firxa tal‑Muntanji tal‑Ħimalaja
11
KURŻITAJIET DWAR IL‑KONTINENT TAL‑ASJA
KURŻITAJIET DWAR IL‑KONTINENT TAL‑ASJA
● Il‑Baħar Kaspju – l‑akbar lag u fost l‑aktar lagi fondi fid‑dinja
● Id‑Deżert ta’ Gobi – l‑aktar post niexef, u l‑akbar deżert fl‑Asja u l‑ħames l‑akbar fid‑dinja.
● Iċ‑Ċikluni – l‑aktar li jseħħu fil‑Filippini u fin‑Nofsinhar tal‑Ġappun
Xi kurżitajiet:
● Id‑Deżert ta’ Gobi huwa deżert kiesaħ fejn it‑temperaturi jistgħu jkunu baxxi ħafna u kultant jista’ jkun hemm anke silġ
● Il‑Gżira ta’ Borneo hija dar għal foresti tropikali vasti u ħafna annimali jgħixu biss fuq din il‑gżira, bħall‑Orangutan
Bornean
● Fl‑2004, tsunami laqat il‑kosta fl‑Indja, it‑Tajlandja, l‑Indoneżja u pajjiżi oħra u qatel aktar minn 250,000 ruħ f’aktar minn 14‑il pajjiż
● Erbgħa minn kull għaxar foqra, li jgħixu b’$1.90 kuljum biss, jgħixu
fl‑Asja
● Fl‑Asja huma rikonoxxuti aktar minn 2,300 lingwa. L‑aktar lingwa mitkellma hija ċ‑Ċiniż (id‑djaletti kollha)
L‑aktar attrazzjonijiet popolari huma:
● Il‑Great Wall fiċ‑Ċina
● Il‑Grand Palace fit‑Tajlandja
● Il‑Kyoto u l‑fjur taċ‑ċirasa fil‑Ġappun
● Il‑Hagia Sophia fit‑Turkija
● Il‑Ġonna tal‑Bajja f’Singapor
● It‑Taj Mahal fl‑Indja
● Petra fil‑Ġordan
● Il‑Petronas Twin Towers fil‑Malasja
● Il‑Gżira ta’ Jeju fil‑Korea t’Isfel
● Il‑Gżira Bali fl‑Indoneżja
Eżempji
sbieħ:
Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni.
KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FL‑ASJA:
€ 7 Tiġieġa għal familja fil‑bżonn
€ 20 Platt ross u fażola lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ
€ 55 Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġjata
€ 100 Tliet xhur skola primarja u ikla kuljum lil tifel jew tifla foqra
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil
‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
Jew fuq www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu 2123 6962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI!
12
X’għandek bżonn:
KRAFT TRADIZZJONALI
Nancy Camilleri
DAR IMSEJĦA ‘GER’ MILL‑ASJA
• Il‑mudell t’hawn ipprintjat daqs A4
• Kuluri jew markers
• Stikers, glitters, eċċ ... biex iżżejjen
• Imqass bla ponta.
Metodu:
• Pinġi l‑bieb u xi partijiet li tixtieq bil‑kulur.
• Aqta’ mad‑dawra kollha tal‑mudell, imma mhux fejn hemm linji bit‑tikek.
• Dawwar il‑mudell wiċċu ’l isfel u itwi l‑flaps fuq ġewwa tas‑saqaf kollu.
• Dawwar il‑mudell wiċċu ’l fuq u waħħal l‑istrippa mal‑flaps biex tifforma l‑ħitan.
• Fin‑nofs għandu jkollok il‑bieb.
• Hekk il‑ger huwa lest.
Kont taf li: din it‑tip ta’ dar teżisti fil‑Mongolja? In‑nomadi, li huma nies li jivvjaġġaw minn post għall‑ieħor, wara li jagħmlu xi żmien jgħixu f’post wieħed, jgħixu f’dar speċjali li jsejħulha ‘ger’. Din id‑dar tkun speċi ta’ tinda, imma b’saħħitha u tiflaħ għall‑elementi u fl‑istess ħin faċli li jżarmawha u jarmawha xi mkien ieħor. Il‑‘ger’ jew ‘yurt’ tkun ġeneralment tonda. Din tinbena billi jagħmlulha qafas tal‑injam li jinkesa bil‑felt. Dan il‑felt ikun magħmul mis‑suf tan‑nagħaġ li jkun b’saħħtu sabiex iżomm id‑dar sħuna u ma jgħaddix ilma minnu. Illum saru jużaw materjal iktar modern bħal kanvas. Kważi nofs il‑popolazzjoni tal‑Mongolja jgħixu fil‑‘gers’.
TAQTAXHAWN!
Kun żgur li tissorvelja lit‑tfal meta jkunu qegħdin jagħmlu l‑krafts.
1 2 3 4 5 6 7 8
Dawn il‑partijiet se jkollhom il‑kolla fuqhom allura tagħtix kulur hawn.
13
Taqtax hawn... ...jew hawn.
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Claudia Cini
LANĠAS IL‑FORN MILL‑ASJA
Metodu:
• Saħħan il‑forn fuq temperatura ta’
350 grad
X’għandek bżonn (għal 4 persuni):
• 4 lanġasiet misjurin, imma weqfin
• Kikkra u nofs meraq tar‑rummien
• 4 mgħaref mirtilli (cranberries) nixfin
• 8 ġewżiet imqattgħin
Nota Importanti:
Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, orbot xagħrek u ilbes ilbies addattat. Itlob
l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk ser tuża oġġetti li jaqtgħu, in‑nar u/jew l‑elettriku.
• Qaxxar il‑lanġas, neħħilu ż‑żerriegħa u aqsmu f’erbgħa
• Poġġi l‑lanġas f’dixx tal‑forn
• Xarrab il‑lanġas bil‑meraq
tar‑rummien
• Ferrex il‑mirtilli u l‑ġewż fuq kollox
• Aħmi fil‑forn għal madwar 20 minuta, sakemm il‑lanġas jirtab
• Servi flimkien ma’ jowgart jew ġelat tal‑vanilla
Kont taf li: din ir‑riċetta oriġinat fiċ‑Ċina fejn jgħixu aktar minn 1.3 biljun ruħ? Beijing (Peking) hija l‑belt kapitali u l‑Himalayas huma firxa ta’ muntanji maġġuri. Il‑lingwi uffiċjali huma ċ‑Ċiniż u l‑Mandarin, li huwa djalett Ċiniż. L‑akbar żewġ xmajjar huma x‑Xmara s‑Safra u x‑Xmara Yangtze. Din tal‑aħħar hija l‑itwal xmara fl‑Asja u t‑tielet l‑itwal fid‑dinja. Il‑kalligrafija ġiet ivvintata fiċ‑Ċina, filwaqt li ċ‑‘chopsticks’ ilhom jeżistu aktar minn 5,000 sena. Fl‑antik kien hemm żmien fejn is‑suldati Ċiniżi kienu jilbsu armatura magħmula mill‑karti. Ġeneralment għarusa Ċiniża tilbes l‑aħmar f’jum it‑tieġ, bħala sinjal ta’ xorti tajba. Aktar minn nofs it‑tfal Ċiniżi jgħixu u jitrabbew min‑nanniet, minħabba li l‑ġenituri tagħhom jagħmlu sigħat twal jaħdmu.
好胃口 (L‑Ikla t‑Tajba)
14
FRAR ‑
MARZU 2023
Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:
Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
1. SIB IT‑TRIQ
– Maħsuba minn Tanja Cilia
Ara jirnexxilekx tgħin lil Lingyun isib it‑triq biex jasal fejn in‑nuċċali li tilef. Tnejn mit‑tweġibiet tajbin jirbħu pokit tal‑iskola.
2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA
Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/jew tpinġulna dwar kif għaddejtu l‑Vaganzi tal‑Karnival. Ta’ xiex ilbistu? Kellkom xi esperjenza unika? Mortu taraw il‑parata u l‑karrijiet? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.
KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU
15
Iż‑żewġ
kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU
FRAR ‑ MARZU 2023
ISEM U KUNJOM: ETÀ:
INDIRIZZ:
KODIĊI POSTALI:
SKOLA:
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Ottubru‑Novembru 2022 Ħarġa Nru.94.
1. SIB IT‑TRIQ
2. KITBA U TPINĠIJA
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Alana Grech min‑Nadur, Adam Alhabishi minn San Ġwann u Ylenia Gugliotta minn Ħal Tarxien. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.
TFAL MISSJUNARJI
Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini bl‑għajnuna ta’ Nancy Camilleri.
Kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) / 107.8FM (Għawdex).
(VO/1178)
16
Kitba ta’ Ylenia Gugliotta.