1 minute read

LANĠAS IL‑FORN MILL‑ASJA

Metodu:

• Saħħan il‑forn fuq temperatura ta’

350 grad

X’għandek bżonn (għal 4 persuni):

• 4 lanġasiet misjurin, imma weqfin

• Kikkra u nofs meraq tar‑rummien

• 4 mgħaref mirtilli (cranberries) nixfin

• 8 ġewżiet imqattgħin

Nota Importanti:

Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, orbot xagħrek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk ser tuża oġġetti li jaqtgħu, in‑nar u/jew l‑elettriku.

• Qaxxar il‑lanġas, neħħilu ż‑żerriegħa u aqsmu f’erbgħa

• Poġġi l‑lanġas f’dixx tal‑forn

• Xarrab il‑lanġas bil‑meraq tar‑rummien

• Ferrex il‑mirtilli u l‑ġewż fuq kollox

• Aħmi fil‑forn għal madwar 20 minuta, sakemm il‑lanġas jirtab

• Servi flimkien ma’ jowgart jew ġelat tal‑vanilla

Kont taf li: din ir‑riċetta oriġinat fiċ‑Ċina fejn jgħixu aktar minn 1.3 biljun ruħ? Beijing (Peking) hija l‑belt kapitali u l‑Himalayas huma firxa ta’ muntanji maġġuri. Il‑lingwi uffiċjali huma ċ‑Ċiniż u l‑Mandarin, li huwa djalett Ċiniż. L‑akbar żewġ xmajjar huma x‑Xmara s‑Safra u x‑Xmara Yangtze. Din tal‑aħħar hija l‑itwal xmara fl‑Asja u t‑tielet l‑itwal fid‑dinja. Il‑kalligrafija ġiet ivvintata fiċ‑Ċina, filwaqt li ċ‑‘chopsticks’ ilhom jeżistu aktar minn 5,000 sena. Fl‑antik kien hemm żmien fejn is‑suldati Ċiniżi kienu jilbsu armatura magħmula mill‑karti. Ġeneralment għarusa Ċiniża tilbes l‑aħmar f’jum it‑tieġ, bħala sinjal ta’ xorti tajba. Aktar minn nofs it‑tfal Ċiniżi jgħixu u jitrabbew min‑nanniet, minħabba li l‑ġenituri tagħhom jagħmlu sigħat twal jaħdmu.

FRAR ‑

MARZU 2023

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:

Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

1. SIB IT‑TRIQ

– Maħsuba minn Tanja Cilia

Ara jirnexxilekx tgħin lil Lingyun isib it‑triq biex jasal fejn in‑nuċċali li tilef. Tnejn mit‑tweġibiet tajbin jirbħu pokit tal‑iskola.

2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA

Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/jew tpinġulna dwar kif għaddejtu l‑Vaganzi tal‑Karnival. Ta’ xiex ilbistu? Kellkom xi esperjenza unika? Mortu taraw il‑parata u l‑karrijiet? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.

This article is from: