SANTA INFANZJA
Lulju 2021
Ir-Raħal ta’ Bla Rġiel jipproteġu lilha u lil nisa oħra minn żwiġijiethom, ħadd m’għinhom; kulħadd tahom daru!
K
ontu tafu li fil‑Kenja hemm raħal fejn l‑ebda raġel ma jgħix fih? Hekk hu! F’nofs deżert issib ir‑raħal ta’ Umuja, mibni u mwaqqaf minn Rebecca Lolosoli aktar minn 30 sena ilu. Hawn nisa biss huma permessi li jidħlu. Meta żżewġet, Rebecca kienet fi żwieġ abbużiv. Kienet tkun imsawta u stmata daqs annimal. Malajr intebħet li mhux hi biss kienet għaddejja minn dik is‑sitwazzjoni, imma tista’ tgħid li n‑nisa kollha ta’ raħal twelidha kienu qed ikunu mmaltrattati. Kien normali li n‑nisa jkunu msawta, abbużati sesswalment, imġiegħla jiżżewġu f ’età żgħira ħafna u saħansitra jkollhom il‑partijiet privati tagħhom maqtugħa u mutilati (ċirkonċiżjoni femminili). Fil‑kultura Samburu, hija tradizzjoni li tifla tkun ċirkonċiża meta tkun lesta għaż‑żwieġ. Tant hija xi ħaġa normali li meta Rebecca għamlet il‑kuraġġ u talbet lill‑awtoritajiet 16
Għalhekk, jum wieħed Rebecca, flimkien ma’ grupp ta’ erbatax‑il mara oħra, iddeċidew li joħolqu dinja ġdida għalihom infushom. Qalu li wara kollox, huma ma kellhomx bżonn l‑irġiel għaliex kienu kapaċi jfendu għal rashom. L‑irġiel kollha ħasbu li dan kien impossibbli u li żgur li n‑nisa qatt ma setgħu jfendu waħedhom, għaliex kienu nisa u għalhekk dgħajfin. Imma Rebecca u sħabha ppruvaw lil kulħadd li huma żbaljati. Sabu biċċa art u semmewha Umuja, li tfisser ‘għaqda’, u b’idejhom stess bnew kollox; għerejjex tat‑tajn u l‑ħaxix, ġojjellerija li minnha jbigħu lit‑turisti u saħansitra waqqfu skola biex jgħallmu lil uliedhom stess. Lill‑bniet jgħallmuhom li għandhom jemmnu fihom infushom bħala nisa, u lis‑subien li għandhom jirrispettaw lin‑nisa. F’dan ir‑raħal, in‑nisa jiżfnu, ikantaw u jrabbu lil uliedhom fil‑paċi kompletament mingħajr il‑preżenza tal‑irġiel, għaliex l‑ebda raġel mhu permess jidħol f ’Umuja. Saħansitra
lanqas is‑sieħeb tagħhom ma jista’ jidħol f ’dan ir‑raħal! Meta l‑ulied subien jikbru u jagħlqu tmintax‑il sena, jingħataw għażla; jew jitilqu jew jibqgħu jgħixu magħhom u jirrispettaw ir‑regoli tal‑mexxejja nisa. Fil‑bidu, xi rġiel kienu għajjurin għan‑nisa u għalhekk bnew l‑irħula tagħhom qrib Umuja sabiex iwaqqfu lit‑turisti milli jgħaddu qrib ir‑raħal tan‑nisa u jixtru l‑ġojjelli tagħhom, li kien l‑uniku dħul finanzjarju tan‑nisa. Xi rġiel, saħansitra daħħlu f ’Umuja u attakkaw lin‑nisa, iżda Rebecca u n‑nisa l‑oħra kollha żammew sod u faddlu biżżejjed flus biex xtraw l‑irħula kollha li l‑irġiel kienu bnew. Illum il‑ġurnata f ’Umuja jgħixu mal‑100 mara kuraġġuża, li kull waħda minnhom għandha storja ta’ suċċess. Dan li jiġri meta n‑nisa jingħataw iċ‑ċans; huma kapaċi jibnu soċjetà, imexxu, jibnu negozji u fuq kollox jirnexxu. Imma sfortunatament, f ’ħafna sitwazzjonijiet in‑nisa lanqas biss jingħataw iċ‑ċans sabiex jippruvaw lilhom infushom. Għal Rebecca u sħabha l‑bidu ma kienx faċli; kienu ffastidjati, imsawta u mġiegħla jitilqu minn