9 minute read

Propagazzjoni tal‑Fidi

L‑Arti Li Tħobb – It‑Tieni Parti

Inħobbu Lil Kulħadd

“Imma jiena ngħidilkom: ħobbu (anki) lill‑għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis‑smewwiet; għax hu jtella’ x‑xemx tiegħu sew fuq il‑ħżiena u sew fuq it‑tajbin, u jniżżel ix‑xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min

mhuwiex.” (Mt. 5:44‑45)

L‑ewwel kwalità tal‑imħabba Nisranija hija li tħobb lil kulħadd. Din l‑arti ta’ mħabba trid li aħna, kif jagħmel Alla, inħobbu lil kulħadd, ikun min ikun. Ma tridx toqgħod tagħżel bejn min hu simpatiku jew antipatiku, xiħ jew żagħżugħ, minn pajjiżek jew barrani, abjad, iswed jew isfar, Ewropew jew Amerikan, Afrikan jew Asjatiku, Nisrani jew Lhudi, Musulman jew Induwista. Jekk nużaw lingwaġġ li mdorrijin nużaw illum, nistgħu ngħidu li l‑imħabba ma tagħraf l‑ebda forma ta’ diskriminazzjoni’. Billi l‑imħabba sopranaturali tagħmel sehem mill‑imħabba nnifisha li tinsab f’Alla, li hi Alla, hija differenti b’ħafna u ħafna modi mill‑imħabba umana. Imma l‑akbar differenza hija li l‑imħabba

umana tagħmel distinzjoni bejn bniedem u ieħor, hija mħabba parzjali, tħobb lil ċerti bnedmin, bħal pereżempju ’l dawk tal‑istess demm tagħna jew lil min hu studjuż jew għani jew sabiħ jew onorat jew b’saħħtu jew żagħżugħ, lil dawk ta’ ċerta razza jew kategorija, u ma tħobbx jew għall‑inqas mhux bl‑istess mod, lill‑oħrajn.

Filwaqt li l‑imħabba divina tħobb lil kulħadd, hija universali. Qabel kollox jeħtieġ li ħarsitna nitfgħuha dejjem fuq il‑Missier waħdieni ta’ ħafna wlied. Imbagħad inħarsu lejn il‑ħlejjaq kollha bħala wlied tal‑istess Missier. Irridu mmoru dejjem lil hinn, bil‑ħsieb u bil‑qalb, minn kull limitu li jiġi minn ħajja sempliċement umana u nidraw inħarsu l‑ħin kollu lejn il‑bnedmin kollha bħala aħwa ta’ xulxin f’Missier wieħed, li hu Alla. Ġesù, il‑mudell tagħna, għallimna żewġ affarijiet li huma ħaġa waħda; li nkunu wlied ta’ Missier wieħed u li nkunu aħwa ta’ xulxin. Jeħtieġ niftħu qalbna beraħ, negħlbu kull tfixkil u niżirgħu f’qalbna l‑imħabba għal ħutna l‑bnedmin kollha; jiena ngħix għal ħuti l‑bnedmin kollha! Jekk aħna lkoll aħwa ta’ xulxin, jeħtieġ li nħobbu lil kulħadd. Tidher ħaġa żgħira, imma ġġib bidla mill‑qiegħ! Jekk bejnietna nkunu lkoll aħwa ninħelsu minn kull jasar, għax aħna lsiera tal‑firda bejn min hu fqir u min hu fil‑veru sens tal‑kelma, naraw li huma jistgħu jkunu kandidati għall‑unità m’Alla u għall‑unità bejniethom. Bħala Nsara, aħna msejħa nagħtu sehemna biex iseħħ

sinjur, bejn ġenerazzjoni u oħra; missirijiet u wlied, bejn bojod u suwed, bejn razez u bejn nazzjonijiet. Aħna lsiera, nikkritikaw lil xulxin, bnejna ħitan bejnietna, ħloqna firdiet bejnietna.

Le, jeħtieġ ninħallu minn kull jasar u fil‑bnedmin kollha, fihom kollha, l‑‘ut omnes’ (jiġifieri biex iseħħ dak li Ġesù talab lill‑Missier fl‑aħħar ċena: “Nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija Missier, u jiena fik.” Ġw. 17:21). Għalhekk, qabel kollox, irridu nqawwu l‑fidi fina li kull bniedem hu msejjaħ għall‑unità, għax Alla jħobb lil kulħadd. Mela ma

noqogħdux inġibu skużi: “Dak qatt ma jista’ jifhem,” “dak żgħir wisq biex jifhem,” “dak jiġi minni u jiena nafu tajjeb, marbut wisq mal‑affarijiet tal‑art,” “dak jemmen fl‑ispiritiżmu,” “dak għandu fidi oħra,” jew “dak xiħ wisq biex jinbidel”. Le, m’għandniex nagħmlu dawn il‑ġudizzji. Alla lil kulħadd iħobb u lil kulħadd jistenna. Irridu nħobbu lil kulħadd, u biex dan iseħħ irridu nħobbu ’l‑proxxmu. Imma min hu l‑proxxmu? Aħna nafu li m’għandniex għalfejn immorru ’l bogħod; il‑proxxmu huwa dik il‑persuna li tgħaddi minn ħdejna fil‑mument preżenti tal‑ħajja. Biex inkunu Nsara, jeħtiġilna nħobbu ’l‑proxxmu tagħna issa, dan il‑ħin. Imma mhux b’imħabba fis‑sħab, mhux b’imħabba ideali, imma b’imħabba konkreta. Jeħtieġ inħobbu mhux b’mod astratt u futur, imma b’mod konkret u preżenti, issa.

Fit‑Tieni Gwerra Dinjija, meta ma sħabi konna ninżlu fix‑xelter, konna naqraw il‑Vanġelu. Dan jgħid: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek (Mt. 19:19). U konna nistaqsu: Il‑proxxmu; fejn hu l‑proxxmu? Kien qiegħed hemm maġenbna. Kien f’dik ix‑xwejħa li kull darba, bilkemm kien jirnexxilha tkaxkar saqajha

sax‑xelter. Kien jeħtiġilna nħobbuha bħalna nfusna, meta kull darba ngħinuha u nwiżnuha. Il‑proxxmu kien jinsab f’dawk il‑ħamest itfal żgħar imwerwrin maġenb ommhom. Kien jeħtiġilna nerfgħuhom fi ħdanna u nwassluhom lura d‑dar. Il‑proxxmu kien qiegħed f’dak il‑marid li ma setax jinżel mis‑sodda, fil‑bżonn ta’ kura u bla ebda ċans li jistkenn mill‑bombi. Kien jeħtigilna mmorru ħdejh, neħdulu l‑mediċina u ngħinuh. Jeħtiġilna nwessgħu qalbna fuq il‑kejl tal‑qalb ta’ Ġesù. Kemm xogħol! Imma dan hu l‑uniku xogħol li rridu nagħmlu. Jekk nagħmluh, inkunu għamilna kollox. Hemm bżonn inħobbu lil kull min jiġi qrib tagħna kif iħobbu Alla. Peress li aħna kkundizzjonati miż‑żmien, għandna nħobbu ’l‑proxxmu wieħed wieħed, mingħajr ma nżommu f’qalbna ebda mħabba sentimentali lejn il‑persuna li nkunu ltqajna magħha minuta qabel. Wara kollox, hu l‑istess Ġesù li qegħdin inħobbu f’kulħadd. Imma jekk jifdal ftit sentiment ifisser li lil ħuna ta’ qabel ħabbejnieh għalina nfusna jew għalih u mhux għal Ġesù. Hawn qiegħed l‑inkwiet.

L‑ikbar biċċa xogħol tagħna hija li nibqgħu fis‑safa t’Alla. Jiġifieri li nżommu f’qalbna l‑imħabba kif iħobb Ġesù. Mela biex

inkunu safja m’għandniex għalfejn inċaħħdu ’l qalbna u ma nħalluhiex tħobb. Jeħtieġ inwessgħuha fuq il‑kejl tal‑qalb ta’ Ġesù u nħobbu ’l kulħadd. Issa kif ostja mqaddsa, waħda mill‑eluf ta’ miljuni ta’ ostji fuq din l‑art, hija biżżejjed biex nitrejqu b’Alla, biex nitqarbnu bl‑umanità li hija Ġesù mistiku, biżżejjed bniedem wieħed, dak li r‑rieda t’Alla tpoġġilna maġenbna. Il‑komunjoni ma’ ħuna hija t‑tieni kmandament li jiġi eżatt wara l‑imħabba t’Alla u hija espressjoni tagħha. Ejjew inħobbu ’l ħutna. Ħutna huma l‑okkażjoni l‑kbira tagħna. M’għandna nitilfu l‑ebda okkażjoni biex inħobbu matul il‑jum. Inħobbu lil dawk li aħna mdorrijin nagħtu kashom, għax narawhom fiżikament ħdejna. Inħobbu ’l dawk li forsi jaħarbulna minn moħħna, pereżempju ’l dawk li nkunu qed nitkellmu fuqhom jew li jkunu fuq fomm kulħadd, li niftakru fihom jew li nitolbu għalihom, ’il dawk li nsiru nafuhom permezz ta’ xi aħbar fuq il‑gazzetta jew fuq it‑televixin, ’il dawk li jiktbulna jew li niktbulhom aħna u ’l dawk li naħdmu għalihom kuljum. Inħobbu lil ħajjin u ’l dawk li m’għadhomx aktar magħna. Tħobb ifisser taqdi lill‑oħrajn. Ġesù stess tana l‑eżempju tal‑qadi. Ibda biex, meta miet fuq is‑salib hu qeda lill‑bnedmin kollha fiż‑żmien t’issa, li kien u li għad irid jiġi. Imma mbagħad dan għamlu wkoll meta ħasel saqajn l‑appostli. Kien Alla u ħasel saqajn il‑bnedmin, mela aħna wkoll nistgħu naħslu saqajn ħutna. Mhux nistgħu, imma għandna naħsluhomlhom. Dan hu l‑Kristjaneżmu; naqdu lill‑oħrajn, naqdu lil kulħadd u naraw f’kulħadd is‑sid tagħna. Jekk aħna nkunu qaddejja, l‑oħrajn huma sidien. Naqdu u naqdu. Nagħmlu dak li l‑Vanġelu jitlob minna, iva, imma billi naqdu lil kulħadd. Qadi; din hija l‑idea li tista’ tbiddel għal kollox id‑dinja. Il‑Kristjaneżmu mhuwiex xi ċajta, il‑Kristjaneżmu huwa ħaġa serja, mhuwiex xi kisja ħafifa tal‑lostru jew li tiġik ħasra minn xi ħadd, li tħoss ftit imħabba jew tagħti daqsxejn karità. Il‑Kristjaneżmu jitlob ħafna minna; huwa l‑milja tal‑ħajja. Ejjew nagħmlu dan il‑proponiment; ma’ kull proxxmu li niltaqa’ u ma’ dawk li naħdem għalihom, inġib ruħi bħallikieku kont ommhom.

L‑omm tilqa’ dejjem, tgħin dejjem, tittama dejjem, kollox tgħatti. L‑omm taħfer kollox lil binha, ukoll jekk ikun delinkwenti jew terrorist. Infatti l‑imħabba tal‑omm tixbah ħafna lill‑imħabba ta’ Kristu li fuqha jitkellem San Pawl (1Kor. 13:1‑13). Jekk aħna jkollna qalb t’omm jew iktar preċiżament, jekk nagħmlu proponiment li jkollna l‑qalb tal‑omm per eċċellenza; Marija, inkunu lesti nħobbu lill‑oħrajn f’kull ċirkostanza. Imbagħad inħobbu lil kulhadd u mhux biss lil dawk li huma tat‑twemmin tagħna, imma wkoll dawk ta’ twemmin ieħor. Mhux lill‑Insara biss, imma wkoll lill‑Musulmani, lill‑Buddisti, lill‑Induwisti... u lill‑bnedmin ta’ rieda tajba. Anki lil kull bniedem li jgħix fuq din l‑art, għax il‑maternità ta’ Marija hija universali, kif universali kienet il‑fidwa tagħna. “Ħobbu lill‑għedewwa tagħkom.” (Mt. 5:44) Dan

tassew jaqleb ta’ taħt fuq il‑mod kif naħsbu u jġiegħel lil kulħadd jiddritta t‑tmun ta’ ħajtu. Għax m’għandniex għalfejn ninħbew wara subgħajna; xi għadu, żgħir jew kbir, kulħadd għandu. L‑għadu tagħna jinsab hemmhekk wara l‑bieb tal‑appartament ta’ ħdejna jew f’dik is‑sinjura antipatika u li tħobb tindaħal, li jiena nipprova naħrabha kull darba li jkun hemm il‑periklu li ninzerta magħha fil‑lift. L‑għadu qiegħed f’dak li jiġi minni u li tletin sena ilu kien offenda lil missieri, u li jiena ma bqajtx insellimlu. Jinsab fuq il‑bank tal‑iskola u li qatt aktar ma ħarist f’wiċċu minn dakinhar li kien irrappurtani lill‑għalliem. Hija dik it‑tfajla li kienet ħabiba tiegħi u mbagħad ippreferiet lil ħaddieħor. L‑għadu huwa dak is‑sid tal‑ħanut li darba kien seraqni. Huma dawk li fil‑politka jaħsbuha differenti minni, għalhekk jiena nqishom bħala għedewwa tiegħi. Saħansitra llum hemm min jara għadu tiegħu lill‑istat u juża l‑vjolenza ma’ dawk li jistgħu jirrappreżentawh. Hemm min, kif dejjem kien hemm, li għalih l‑għedewwa huma s‑saċerdoti u jobgħod lill‑Knisja.

Lil dawn kollha u ’l ħafna oħrajn, li aħna nsejħulhom għedewwa, irridu nħobbuhom. Iva, irridu nħobbuhom! Din għalik hija xi ħaġa gravi?

Tnikktek? Ma tħallikx torqod bil‑lejl inti u taħseb fuqha? Agħmel il‑qalb, din mhix l‑aħħar tad‑dinja; nagħmlu sforz żgħir aħna, imbagħad id‑disgħa u disgħin fil‑mija l‑oħra jagħmilhom Alla, u qalbna timtela bil‑ferħ. Hemm bżonn noħolqu dinja ġdida, li fiha kulħadd jinħabb. Dan hu li Alla jrid, u minn x’imkien irridu nibdew. Dan huwa l‑punt ċentrali għall‑Insara: li jkunu minn tal‑ewwel biex iħobbu għax huma, li huma maħbubin minn Alla, jafu jħobbu anki lill‑għedewwa. Infatti l‑Insara għandhom ħila partikolari li jegħlbu d‑diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fit‑twettiq tal‑imħabba, għax l‑imħabba tagħhom hija qawwija. Dan għax bħala wlied Alla, jagħmlu parti mill‑istess imħabba t’Alla, t’Alla li hu Mħabba. Illum mhux biżżejjed li ma jsirux gwerer. Il‑paċi titlob li titneħħa l‑kategorija tal‑għedewwa, ta’ kull għadu, anzi titlob li wieħed iħobb lill‑għadu tiegħu. Dan jistgħu jagħmluh id‑dixxipli ta’ Kristu. Imma peress li l‑imħabba tħabbat f’qalb kull bniedem, dan huwa possibbli wkoll għal dawk li m’għandhomx fidi reliġjuża, forsi taħt it‑titolu ta’ filantropija, solidarjetà non‑vjolenza. Kif ukoll għal dawk ta’ twemmin ieħor li l‑fidi tagħhom titlobhom biex jirrispettaw u jħobbu lill‑proxxmu tagħhom.

L‑imħabba lejn kulħadd tħalli ħafna frott. Hija l‑esperjenza ta’ ħafna, li huwa biżżejjed tgħix biss dan l‑aspett tal‑imħabba, jiġifieri tal‑imħabba vera, dik li ġejja minn Alla, biex tagħmel rivoluzzjoni madwarek. Ibda mill‑post fejn tgħix: rivoluzzjoni Nisranija, dik li l‑ewwel Insara kienu wasslu fid‑dinja ta’ żmienhom. Inħobbu ’l ħutna wieħed wieħed u lkoll flimkien: inħobbu mela l‑proxxmu tagħna wieħed wieħed u nġibu l‑akbar rispett lejn kull poplu. Minn dan titwieled bidla sħiħa fil‑mentalità, titwieled ħajja ġdida li tbiddel kollox. Kieku kulħadd kellu jagħmel hekk, kieku d‑dinja ssir Ġenna minn issa. Il‑fidi fl‑imħabba li Alla għandu lejn il‑ħlejjaq tiegħu, li hija tipika tagħna l‑Insara, sibnieha f’bosta minn ħutna ta’ reliġjonijiet oħra, ibda minn dik ta’ Abraham. Dawn jisħqu fuq l‑għaqda bejn il‑bnedmin, fuq il‑kura li Alla għandu għall‑bnedmin kollha u fuq id‑dmir ta’ kull kreatura umana li ġġib ruħha bħall‑Ħallieq, bi ħniena kbira lejn kulħadd. Proverbju Musulman jgħid hekk: “Alla jaħfer mitt darba, imma jerfa’ l‑ikbar ħniena għal dak li l‑ħniena tiegħu tkun salvat l‑aktar ħlejqa ċkejkna.” U xi ngħidu fuq il‑ħniena bla tarf għal kull ħlejqa, li nsibu fit‑tagħlim ta’ Buddha? Hu kien jgħid lill‑ewwel dixxipli tiegħu: “Għeżież patrijiet, għandkom taħdmu għall‑ġid tal‑ħafna, imqanqlin mill‑ħniena għad‑dinja u għall‑ġid tal‑bnedmin.” Inħobbu lil kulħadd mela. Dan hu prinċipju universali li nħass minn kull bniedem ta’ kull żmien u f’kull rokna tad‑dinja.

Chiara Lubich 

Beauty ‑ Nails ‑ Tanning

John F. Marks Street, SAN ĠWANN t‑27014144 m‑79319129/ 79293183

Debbie’s Baby Centre

Your one stop shop!

Sole agents of

Our Lady of Sorrows Street, Zejtun Telephone: 27694815 or 27803270 Mobile: 99809825 E‑mail: dbc@onvol.net Website: www.debbiesbabycentre.net

This article is from: