7 minute read

Santa Infanzja

Kontu tafu li fil‑Kenja hemm raħal fejn l‑ebda raġel ma jgħix fih? Hekk hu! F’nofs deżert issib ir‑raħal ta’ Umuja, mibni u mwaqqaf minn Rebecca Lolosoli aktar minn 30 sena ilu. Hawn nisa biss huma permessi li jidħlu.

Meta żżewġet, Rebecca kienet fi żwieġ abbużiv. Kienet tkun imsawta u stmata daqs annimal. Malajr intebħet li mhux hi biss kienet għaddejja minn dik is‑sitwazzjoni, imma tista’ tgħid li n‑nisa kollha ta’ raħal twelidha kienu qed ikunu mmaltrattati. Kien normali li n‑nisa jkunu msawta, abbużati sesswalment, imġiegħla jiżżewġu f’età żgħira ħafna u saħansitra jkollhom il‑partijiet privati tagħhom maqtugħa u mutilati (ċirkonċiżjoni femminili). Fil‑kultura Samburu, hija tradizzjoni li tifla tkun ċirkonċiża meta tkun lesta għaż‑żwieġ. Tant hija xi ħaġa normali li meta Rebecca għamlet il‑kuraġġ u talbet lill‑awtoritajiet

Ir‑Raħal ta’ Bla Rġiel

jipproteġu lilha u lil nisa oħra minn żwiġijiethom, ħadd m’għinhom; kulħadd tahom daru!

Għalhekk, jum wieħed Rebecca, flimkien ma’ grupp ta’ erbatax‑il mara oħra, iddeċidew li joħolqu dinja ġdida għalihom infushom. Qalu li wara kollox, huma ma kellhomx bżonn l‑irġiel għaliex kienu kapaċi jfendu għal rashom. L‑irġiel kollha ħasbu li dan kien impossibbli u li żgur li n‑nisa qatt ma setgħu jfendu waħedhom, għaliex kienu nisa u għalhekk dgħajfin. Imma Rebecca u sħabha ppruvaw lil kulħadd li huma żbaljati. Sabu biċċa art u semmewha Umuja, li tfisser ‘għaqda’, u b’idejhom stess bnew kollox; għerejjex tat‑tajn u l‑ħaxix, ġojjellerija li minnha jbigħu lit‑turisti u saħansitra waqqfu skola biex jgħallmu lil uliedhom stess. Lill‑bniet jgħallmuhom li għandhom jemmnu fihom infushom bħala nisa, u lis‑subien li għandhom jirrispettaw lin‑nisa. F’dan ir‑raħal, in‑nisa jiżfnu, ikantaw u jrabbu lil uliedhom fil‑paċi kompletament mingħajr il‑preżenza tal‑irġiel, għaliex l‑ebda raġel mhu permess jidħol f’Umuja. Saħansitra lanqas is‑sieħeb tagħhom ma jista’ jidħol f’dan ir‑raħal! Meta l‑ulied subien jikbru u jagħlqu tmintax‑il sena, jingħataw għażla; jew jitilqu jew jibqgħu jgħixu magħhom u jirrispettaw ir‑regoli tal‑mexxejja nisa.

Fil‑bidu, xi rġiel kienu għajjurin għan‑nisa u għalhekk bnew l‑irħula tagħhom qrib Umuja sabiex iwaqqfu lit‑turisti milli jgħaddu qrib ir‑raħal tan‑nisa u jixtru l‑ġojjelli tagħhom, li kien l‑uniku dħul finanzjarju tan‑nisa. Xi rġiel, saħansitra daħħlu f’Umuja u attakkaw lin‑nisa, iżda Rebecca u n‑nisa l‑oħra kollha żammew sod u faddlu biżżejjed flus biex xtraw l‑irħula kollha li l‑irġiel kienu bnew. Illum il‑ġurnata f’Umuja jgħixu mal‑100 mara kuraġġuża, li kull waħda minnhom għandha storja ta’ suċċess. Dan li jiġri meta n‑nisa jingħataw iċ‑ċans; huma kapaċi jibnu soċjetà, imexxu, jibnu negozji u fuq kollox jirnexxu. Imma sfortunatament, f’ħafna sitwazzjonijiet in‑nisa lanqas biss jingħataw iċ‑ċans sabiex jippruvaw lilhom infushom. Għal Rebecca u sħabha l‑bidu ma kienx faċli; kienu ffastidjati, imsawta u mġiegħla jitilqu minn

raħalhom, imma żammew sod u rnexxielhom. Hemm bżonn li l‑gvernijiet ta’ diversi pajjiżi tat‑Tielet Dinja jipproteġu u jagħtu aktar opportunitajiet lin‑nisa u jedukaw lis‑subien kif jirrispettaw lin‑nisa sabiex xi darba mhux Umuja biss, imma d‑dinja kollha tkun post fejn in‑nisa jistgħu jagħmlu suċċess. 

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€ 104 Lavanja tal‑‘braille’ għal 40 tifel u tifla neqsin mid‑dawl € 25 Ikla sustanzjuża għal 25 tifel u tifla

€ 200 Xiri ta’ ħames nagħġiet għal razzett € 2,500 Mutur għal katekist sabiex jilħaq nies f’żoni remoti

€ 60 6 xhur terapija kontra t‑tuberkolożi għal tifel jew tifla morda

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

CHILD SPONSORSHIP

€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI MILL‑QALB

Lulju 2021 X’qed tistenna?

Kellimna issa biex tippjana s‑safra għas‑sajf li ġej b’moħħok mistrieħ fuq prevenzjonijiet minħabba l‑COVID‑19, divertiment garantit u prezzijiet għall‑but ta’ kulħadd.

Bari, l‑Italja ‑ Mill‑Erbgħa 7 sal‑Ħadd 11 ta’ Lulju Se nżuru l‑belt sabiħa ta’ Bari fuq il‑Baħar Adrijatiku. Belt b’karatteristiċi uniċi, differenti minn ħafna bliet oħra, anke fl‑Italja stess. Postijiet sbieħ fil‑qrib li ser inżuru huma: Polignano a Mare, il‑belt ta’ Domenico Modugno bil‑monument sabiħ tiegħu, Alberobello, belt b’aktar minn elfejn dar imsejħin Trulli, li ma tara bħalhom imkien, Matera, belt storika li ġiet magħżula bħala Belt Kapitali tal‑Kultura 2019, l‑għerien ta’ Castellana u l‑katidral tal‑belt bl‑istatwa u l‑ġisem ta’ San Nikola ta’ Bari, patrun tas‑Siġġiewi. Ħafna ħwienet żgħar li jbigħu l‑prodotti tal‑post, toroq u pjazez sbieħ, u ikel u xorb galor!

Prezz ‑ €485 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast.

Il‑Maċedonja tan‑Nord ‑ Mit‑Tnejn 19 sat‑Tnejn 26 ta’ Lulju Il‑pajjiż tal‑maħbuba Santa Madre Tereża. Pajjiż qrib tagħna, imma li għadna ma nafuhx u li fih l‑ikbar numru ta’ qċaċet tal‑muntanji fid‑dinja ‑ Il‑Maċedonja tan‑Nord. Inżuru: Skopje, Tetovo, Matka Canyon, Stobi, Ohrid, il‑Monasteru ta’ St Naum, Vevcani, Struga, Trpejca, il‑Mużew tal‑Għadam fuq il‑baħar u l‑Kantini tal‑Inbid ta’ Popova Kula fejn ser nieklu ikla tradizzjonali. Bliet li fihom ħafna x’tara għax għandhom storja ta’ fdalijiet sa minn qabel il‑Griegi ta’ 3,000 sena ilu, imma li issa aġġornaw rwieħhom ħalli jidħlu fl‑industrija tat‑turiżmu u saru destinazzjoni turistika importanti. Natura mill‑isbaħ b’muntanji, foresti, għadajjar u canyons pittoreski. Nesperjenzaw swieq u snajja’ tal‑post, u t‑togħma tal‑ikel u tal‑inbid lokali.

Prezz ‑ €795 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Half Board.

Il‑Ġermanja ‑ Mill‑Ħadd 8 sal‑Ħadd 15 t’Awwissu Tfal, Żgħażagħ u Kbar f’Safra ta’ Allegrija. Inkunu noqogħdu fl‑ibliet kbar u sbieħ ta’ Cologne u Dusseldorf. Immorru Dortmund fejn inżuru l‑grawnd tal‑futbol ta’ Borussia Dortmund u Cochem, fejn nirkbu ‘chairlift’ f’għoli ta’ 155 metru. Inżuru ‘Waterpark’ jismu Aqualand u ‘Theme Park’ li jismu Phantasialand, birreriji, kastelli u nesperjenzaw dawra fuq ix‑xmara storika Rhine. Ġungla, pagodi u ‘rollercoasters’ mill‑aqwa, iż‑‘zoo’ ta’ Cologne mimli annimali u għasafar donnhom minn dinja ta’ barra minn hawn. Safra ġdida mimlija bl‑ispirtu ta’ avventura u ta’ divertiment għalik u għal uliedek li fiha kulħadd jerġa’ jħossu żagħżugħ. Safra li togħġob kemm liż‑żgħar u kemm lill‑kbar.

Prezz ‑ €895 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast.

Tixtieq torganizza safra mal‑familjari jew ħbieb tiegħek ġo Sqallija? Kellimna! Aħna nfasslu ġiti għall‑gosti ta’ kulħadd. YTC ‑ 227, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta

YTC tinkludi l‑eskursjonijiet fil‑prezz!

Minn Belgrad għal Budapest – Mill‑Ġimgħa 20 sal‑Ġimgħa 27 t’Awwissu Dak li jagħmel dawn iż‑żewġt ibliet ta’ min iżurhom huwa l‑fatt li għadhom mhux magħrufa ħafna, u għalhekk tkun tista’ tgawdi l‑vaganza tiegħek mingħajr folol kbar madwarek. Jekk qatt ma kont il‑Balkani u trid tibda tesplora r‑reġjun, dan żgur huwa bidu tajjeb. Ser inżuru: Belgrad, il‑Park Nazzjonali ta’ Derdap, Novi Sad, Subotica u l‑Katidral ta’ Santa Tereża t’Avila, u fl‑aħħar u mhux l‑inqas Budapest, kemm in‑naħa ta’ Buda kif ukoll Pest. Ġita mimlija storja, kultura u bini storiku, bħal: fortizzi, arkitettura sagra u skulturi monumentali. Ser nesperjenzaw pranzu romantiku fuq id‑Danubju, għawm fil‑banjijiet termali u n‑‘night‑life’ ta’ Budapest. Insomma, festa ta’ affarijiet differenti li żgur jolqtu l‑gosti ta’ kulħadd. Prezz ta’ €995 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast.

Il‑Bulgarija – Mill‑Ġimgħa 3 sal‑Ġimgħa 10 ta’ Settembru Għalkemm qiegħda fl‑Ewropa, il‑Bulgarija hija pajjiż eżotiku differenti mill‑oħrajn kollha. Toffrilna ħafna opportunitajiet bil‑varjetà li fiha. Ser inżuru l‑kapitali Sofija, Veliko Tarnovo, Arbanassi, Varna, Albena, Nessebar, Plovdiv u ħafna postijiet oħra. Mhux biss avventuri fil‑beraħ, imma toffrilna wkoll garanzija ta’ arti, storja u ambjent naturali li jsaħħrek; toffri bajjiet mill‑isbaħ, knejjes ta’ preġju u kull għamla ta’ sport. Inżuru wkoll tliet postijiet fuq il‑Baħar l‑Iswed: ir‑riserva naturali Cape Kaliakra, il‑belt żgħira Balchik u r‑riżort tal‑Golden Sands. Prezz ta’ €895 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Half‑Board.

Il‑Polonja ‑ Mill‑Ħamis 16 sal‑Ħamis 23 ta’ Settembru Pajjiż mimli kultura li huwa mogħni b’affarijiet tradizzjonali u moderniżmu sfrenat, veduti li jimmeraviljawk, kastelli misterjużi, irħula żgħar, bliet b’temp mgħaġġel u ikel verament eskwiżit. Inżuru Katowice, noqogħdu fil‑belt eleganti ta’ Krakovja fejn inżuru ċ‑Citadella Wavel, id‑diversi pjazez sbieħ u knejjes li jimmeraviljawk. Immorru fl‑isbaħ minjiera tal‑melħ fl‑Ewropa; Wielizka, fil‑kampijiet ta’ konċentrament ta’ Auschwitz u Birkenu u Wadowice, fejn twieled il‑maħbub qaddis Papa Ġwanni Pawlu II. Inżuru s‑Santwarju ta’ Jasna Gora u s‑Santwarju tal‑Ħniena Divina. Minn Zakopane, nitilgħu fuq il‑muntanji Tatras u fl‑aħħar u mhux l‑inqas l‑belt kapitali tal‑ Polonja, Varsavja, li tisboq b’bosta teatri, ristoranti, mużewijiet, bars u diskoteki. Ġranet ta’ tgawdija u ta’ mistrieħ f’arja nadifa u ambjent mill‑aktar pittoresk. Prezz ta’ €945 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast.

Aktar tagħrif fuq kull ġita jinsab fi programm dettaljat li jista’ jinkiseb mingħand Natasha fuq: Tel: 2122 02040 SMS: 7979 2040 Imejl: info@ytc.com.mt • Facebook: ytctraveltours • Websajt: www.ytc.com.mt

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

“Gidba ma ssirx verità, il‑ħażin ma jsirx tajjeb u l‑vendetta ma ssirx maħfra sempliċiment għax hija aċċettata mill‑maġġoranza.”

Booker T. Washington

Booker T. Washington (1856 ‑ 1915) kien edukatur Amerikan, awtur, oratur u konsulent ta’ diversi presidenti tal‑Istati Uniti. Għal xi żmien kien mexxej dominanti fil‑komunità Afro‑Amerikana u tal‑klassi għolja sewda kontemporanja. Huwa kien mill‑aħħar ġenerazzjoni ta’ mexxejja Amerikani suwed imwielda fl‑iskjavitù u sar il‑vuċi ewlenija tal‑eks skjavi u d‑dixxendenti tagħhom. Kien miżżewweġ tliet darbiet, romol darbtejn u kellu 3 itfal.

This article is from: