MSFC Familja 07 XITWA 2019

Page 48

Din is-sena l-Aġenziji Appoġġ u Sedqa qed ifakkru l-25 sena mittwaqqif tagħhom. 25 sena li fihom rajna lil dawn l-Aġenziji jistabilixxu ruħhom fis-settur soċjali u jsiru l-aġenziji ewlenin, l-iktar speċjalizzati fil-qasam u li jimpjegaw l-ikbar ammont ta’ professjonisti millqasam soċjali. Matul is-snin dawn l-aġenziji inġabru fi ħdan fondazzjoni waħda, dik li llum hija magħrufa bħala l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali.

L-Aġenzija Sedqa twaqqfet uffiċjalment fis-26 ta’ Ġunju, 1994 bħala l-aġenzija nazzjonali kontra l-abbuż mid-droga, l-alkoħol u vizzijiet oħrajn bħal-logħob talazzard. Sedqa timpjega 119-il persuna fosthom tobba, infermiera, ħaddiem soċjali, psikologi u care workers, prevention executives u counsellors. Sedqa toffri servizz kemm f’Malta u kif ukoll f’Għawdex. Kull xahar il-ħaddiema soċjali ta’ Sedqa jaħdmu ma’ 350 persuna li jfittxu l-għajnuna.

25 Sena ta’ Servizz Remenda Grech Assistent Direttur - Appoġġ Paġna 48

Is-servizzi tal-prevenzjoni tagħna huma mifruxin fl-iskejjel permezz tal-programm BABES u fuq ilpostijiet tax-xogħol bil-programm SAFE u jagħmlu medja ta’ 1300 attività fis-sena li jilħqu 50,000 persuna. familja

Ħarġa Nru. 7 - Diċembru 2019


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.