1 minute read

L-Onorevoli Dr Michael Falzon

Ninċentivaw lillfamilji u nagħtu kwalità ta’ ħajja aħjar

L-Onor. Michael Falzon

Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali

● Tnaqqis fit-tassazzjoni fuq l-ewwel mitt siegħa sahra ● Child Bonus ta’ €300 għal kull twelid u addozzjoni ● Żieda ta’ ġurnata leave għal aktar ħin mal-familja

Ħbieb, Sinċerament nemmen li l-familja dejjem kienet, għadha u tibqa’ l-bażi ta’ kull soċjetà. Hija l-familja li twelled it-tfal tal-ġenerazzjonijiet futuri. Ġenerazzjonijiet li magħhom ġġorru valuri, ideat u prinċipji li jgħaġnuna f’poplu wieħed u maqgħud. Huwa għalhekk illi filqasam tal-familja jidħol il-bżonn ta’ direzzjoni kontinwà li tilqa’ l-isfidi tal-lum u ta’ għada. Minn naħa tagħna bħala Gvern, se nkomplu nippromovu ambjent li jgħin il-familji minn żewġ aspetti ewlenin; dak finanzjarju, kif ukoll titjib fil-kwalità tal-ħajja. Il-baġit għas-sena 2020 huwa xhieda ta’ kemm dan il-Gvern għandu għal qalbu l-familji. Li dejjem jipprova jgħin lil dawk l-aktar vulnerabbli filwaqt li jippremja lil dawk l-individwi u l-familji bieżla. Infakkar ukoll li mis-sena d-dieħla ser jiġi ntrodott benefiċċju ġdid li jingħata mat-twelid ta’ tarbija jew addozzjoni ta’ tifel jew tifla. Permezz ta’ dan il-benefiċċju, magħruf bħala Child Bonus, ilfamilji se jkunu qed jingħataw €300 għal kull twelid u addozzjoni. Dan il-bonus ser jingħata kull darba li familja jkollha twelid jew adozzjoni.

Introduċejna wkoll miżuri oħra li huma initizjattivi biex jtejjbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies; bħaż-żieda ta’ ġurnata ‘leave’, li se twassal għal aktar ħin ta’ kwalità mal-familja. Ma’ dawn wieħed jista’ jsemmi wkoll tnaqqis fit-tassazzjoni fuq l-ewwel mitt siegħa sahra, biex b’hekk dawn il-ħaddiema se jkollhom aktar x’jonfqu. Il-familji huma n-nukleju ta’ pajjiżna, u għalhekk se nkomplu nagħmlu dak li hu possibli biex innaqsu l-piżijiet, ninċentivaw lillfamilji u nagħtu kwalità ta’ ħajja aħjar.

This article is from: