
1 minute read
Is-Sur Ronald Zaffarese
Il-Programm tal-Attivitajiet f’SVP
Ronald Zaffarese
Koordinatur Anzjan AAU Residenza SVP Luqa
Merħba. Minn din il-paġna bħassoltu qed inwasslu l-programm talattivitajiet għall-anzjani li jgħixu fir-Residenza ta’ San Vinċenz De Paule, ibbażata fuq l-erba’ xhur li jkunu ġejjin. Peress li dan hu programm twil, jista’ jkun li xi attivitajiet ma jkunux għadhom ġew skedati u allura ma jkunux qed jidhru hawn. Minkejja dan qed nagħmlu minn kollox biex sa qabel din ir-rivista tasal għandkom, inkunu kemm jista’ jkun preċiżi dwar avvenimenti fuq ġewwa kif ukoll fuq barra li jkunu se jsiru għalikom l-anzjani, partikularment f’ din ir-residenza. Nixtiequ ninfurmaw li, apparti l-attivitajiet kif jidhru hawn, ta’ kuljum fl-10.15 ta’ filgħodu l-anzjani residenti jittieħdu l-knisja ta’ SVP għall-Quddiesa. Apparti minn hekk, ta’ kuljum ikunu skedati servizzi u attivitajiet diversi.
Fost dawn insibu: logħob tat-tombla, board games, reminiscence, qari, tpinġija, komunikazzjoni, sport, mużika, ċinema, crafts, crosswords, u issa wkoll, chair exercises. Fiż-żmien li ġej hu maħsub li se tkun introdotta Mobile Library biex ikunu jistgħu jintlaħqu wkoll dawk ir-residenti li jħobbu jaqraw.

Diċembru 2019
07/12/2019 : 09.00AM ● ‘Tan-nanna ħelu manna’ 14/12/2019 : 10.00AM ● Kunċert (Wind pipes) 17/12/2019 : 10.00AM ● Residents Christmas party (No.1) 18/12/2019 : 10.00AM ● Residents Christmas party (No.2)
Jannar 2020
11/01/2020 : 10.00AM ● Talkies - Oliver Twist 18/01/2020 : 10.00AM ● Talkies - Eight Below
Frar 2020
01/02/2020 : 10.00AM ● Talkies - Mamma Mia 2 08/02/2020 : 10.00AM ● Talkies - Baloon Vender 22/02/2020 : 10.00AM ● Talkies - Air Bud 29/02/2020 : 10.00AM ● Talkies - Taxi
Marzu 2020
14/03/2020 : 10.00AM ● Talkies - Bed Time Stories 21/03/2020 : 10.00AM ● Talkies - Annie
OLIVER TWIST
11 ta’ Jannar 2020 fl-10.00 am
