1 minute read

Is-Sa Remenda Grech

Din is-sena l-Aġenziji Appoġġ u Sedqa qed ifakkru l-25 sena mittwaqqif tagħhom. 25 sena li fihom rajna lil dawn l-Aġenziji jistabilixxu ruħhom fis-settur soċjali u jsiru l-aġenziji ewlenin, l-iktar speċjalizzati fil-qasam u li jimpjegaw l-ikbar ammont ta’ professjonisti millqasam soċjali. Matul is-snin dawn l-aġenziji inġabru fi ħdan fondazzjoni waħda, dik li llum hija magħrufa bħala l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’

Ħarsien Soċjali.

25 Sena ta’ Servizz

Remenda Grech

Assistent Direttur - Appoġġ L-Aġenzija Sedqa twaqqfet uffiċjalment fis-26 ta’ Ġunju, 1994 bħala l-aġenzija nazzjonali kontra l-abbuż mid-droga, l-alkoħol u vizzijiet oħrajn bħal-logħob talazzard.

Sedqa timpjega 119-il persuna fosthom tobba, infermiera, ħaddiem soċjali, psikologi u care workers, prevention executives u counsellors. Sedqa toffri servizz kemm f’Malta u kif ukoll f’Għawdex.

Kull xahar il-ħaddiema soċjali ta’ Sedqa jaħdmu ma’ 350 persuna li jfittxu l-għajnuna. Is-servizzi tal-prevenzjoni tagħna huma mifruxin fl-iskejjel permezz tal-programm BABES u fuq ilpostijiet tax-xogħol bil-programm SAFE u jagħmlu medja ta’ 1300 attività fis-sena li jilħqu 50,000 persuna.

L-Aġenzija Appoġġ twaqqfet fl-1994 bħala s-Social Welfare Development Programme (SWDP). L-ewwel servizzi li twaqqfu kienu s-Servizz għall-Vittmi ta’ Vjolenza Domestika (DVS), s-Servizz talĦarsien tat-Tfal (CPS) u s-servizz fil-Komunità tal-Kottonera.

Illum l-aġenzija toffri madwar 50 servizz differenti, liema servizzi jvarjaw minn servizzi għażżgħażagħ, servizzi fl-isptarijiet, servizzi tat-tfal, servizz taladdozzjoni u tal-fostering u wkoll residenzi għal tfal li għandhom bżonn kenn.

L-Aġenzija Appoġġ tmexxi wkoll is-servizz ta’ għajnuna nazzjonali permezz tal-linja 179 li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena rċieva 9000 telefonata.

This article is from: