
1 minute read
Is-Sa Sarah Borg
Letteratura
Sarah Borg
Ex-uffiċċjal tal-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Socjali
BIEX TGĦIX KUNTENT
Jekk f’ħajtek trid il-kuntentizza, ieqaf hewden u ffilosofizza. Minflok, sib tifsira fil-ġurnata tal-lum mingħajr ma taħseb kemm se ddum f’din il-ħajja, taqta’ nifsek tiela’ t-tlajja. Tintilifx fuq l-insinifikanza tiegħek, fuq kemm m’aħna xejn, fuq il-limitazzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ idejn. Minflok, fittex li tagħmel xi ħaġa ta’ sinifikat mingħajr ma tinħela fuq il-passat jew tinkwieta wisq fuq il-futur. Ħadd ma jaf it-triq fejn se tieħdu, fejn se jmur; sempliċiment ara li tagħti kulur lill-eżistenza tiegħek u lil dawk li qegħdin jivvjaġġaw miegħek. Aħdem u stinka u agħmel ħiltek u rringrazzja l-Univers taż-żmien li silfek. Ħallik mit-tweġibiet għall-mistoqsijiet eżistenzjali li ma jagħmlu xejn ħlief jitfgħuk f’kumpless papali. Aċċetta l-limiti ta’ kemm tista’ tifhem u tibqax tiffissa. Aħseb biss fil-mument ta’ issa, għax dak biss huwa fil-kontroll tiegħek. Kun af li Alla, ma’ kull pass, se jkun miegħek. Mela ħalli lilu jaħdem fik u għeġubijiet kbar jagħmel bik.