MSFC Familja 07 XITWA 2019

Page 46

L-Istorja wara l-Kwadru Niltaqgħu mal-Artista Maria Briffa minn Mary Anne Zammit Artista u Kittieba

Bla dubbju ta’ xejn kull kwadru artistiku għandu storja warajh, partikularment dawk li jinkludu l-uċuh, il-figuri, u l-persuni. Din kienet l-aktar tema predominanti fl-esebizzjoni tal-Arti mtella’ mill-artista Maria Briffa. Il-wirja bit-tema ‘Art and Soul’ itellgħet ġewwa s-Santwarju ta’ Ħaż-Żabbar bejn l-10 ta’ April u 28 ta’ April 2019. Sabiex insiru nafu fuq din l-esebizzjoni u dwar dan ix-xogħol artistiku, ltqajt mal-artista nnifisha Maria Briffa. Maria bdiet il-karriera tagħha meta kellha madwar 50 sena, hi stqarret li kienet għaddejja minn perjodu fejn riedet tagħmel xi ħaġa b’ ħajjitha. F’ dak il-perjodu hi segwiet kors ta’ erba’ snin u kisbet Diploma fl-Arti u fl-Istorja talArti, ġewwa l-iskola tal-Arti, l-Belt Valletta.

esebizzjonijiet organizzati mill-Art Club 2000, Malta. Apparti dan, Maria għamlet xogħol volontarju li kien jinkludi Murals ġewwa l-isptar Mater Dei, fis-sala tat-tfal. Għal Maria, l-Arti hija vjaġġ li tagħtiha ħafna sodisfazzjon, kif ukoll tgħinha taħrab mill-problemi u mir-realtà ta’ kuljum. Maria sostniet li hi tpinġi l-aktar għaliha nnifisha u mhux biex togħġob lil ħaddieħor. Madanakollu, xorta jkun ta’ pjaċir għaliha jekk l-Arti tagħha tintgħoġob ukoll min nies.

Minn hemm Maria, kompliet mixja l-quddiem u ħadet sehem f’ diversi Paġna 46

familja

Ħarġa Nru. 7 - Diċembru 2019


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
MSFC Familja 07 XITWA 2019 by MSFC-Familja.media - Issuu