Min hu miegħek waqt maltempata...? Tonio Bonello Editur Media MFCS
Irridu nitgħallmu napprezzaw. Il-bniedem jieħu gost b’kelma tajba ta’ kuraġġ, speċjalment f’xi kriżi jew f’mumenti diffiċli tal-ħajja. F’ Settembru, jien kont indispost għal aktar minn xahrejn minħabba infjammazzjoni f’riġlejja t-tnejn li sibt ruħi fiha ħesrem. Ma kinitx ċajta. Kelli niddaħħal b’emerġenza l-isptar Mater Dei u hemmhekk għamilt kważi ġimgħa u nofs. Ta’ kuljum kont nieħu numru ta’ antibiotiċi bl-għan li nirkurpra mis-sitwazzjoni, li spiċċajt fiha bla mistenni. Wara kelli nibqa’ niġi rikoverat iddar, bi żjarat darbtejn fil-ġimgħa l-isptar biex jittieħduli eżamijiet tad-demm u tal-qalb. Flimkein ma’ żjarat għand Speċjalista tajba ħafna li segwitni matul dan ilperjodu. Dawn huma ċirkostanzi fejn, bla ma trid, joħorġu waħedhom il-ħbieb ġenwini tiegħek. Apparti ż-żjarat li kelli mingħand kollegi Paġna 40
u ħbieb li għażlu li jiġu jqattgħu ftit tal-ħin jgħidu kelma miegħi, l-kuntatti b’mezzi oħra ma naqsux. Illum jeżistu diversi tipi ta’ komunikazzjoni: It-telefon, il-mowbajl, l-ittri, l-imejl, ilmessaġġi, facebook, messenger, what’s up, instagram u l-lista dejjem tiżdied. Normalment persuna tibgħatlek messaġġ biex tara kif int u tixtieqlek fejqan ta’ malajr imma l-istorja, aktarx tieqaf hemm. Pero` dan mhux filkażi kollha. Eżempju, madwar ġimgħatejn wara li bdiet din l-istorja, saret taf b’dak li ġrali kollega tiegħi taxxogħol li ilna nafu ‘l xulxin is-snin. Mhux għax niltaqgħu spiss, anzi tassew rarament jkun dan. Dan għaliex waqt li konna naħdmu fl-istess Dipartiment, jien kont fil-bażi tad-Dipartiment f’Santa Venera u hi kienet fl-uffiċċju l-Belt. Minkejja dan, il-kuntatt bejnietna bil-kitba baqa’ kostanti għaliex din il-persuna baqgħet regolarment tikkontribwixxi filpubblikazzjonijiet kollha li jien dejjem ħriġt matul is-snin, kemm fid-Dipartiment, u issa wkoll filMinisteru. (Dan volontarjament). Apprezzajt immens lil din ilpersuna għaliex minn meta saret taf li jien kont indispost, ħadet ħsieb li tibagħtli messaġġi ta’ tama, ta’ fejqan malajr u ta’ kuraġġ b’mod regolari. Din mhix xi persuna li familja
Ħarġa Nru. 7 - Diċembru 2019