MSFC Familja 07 XITWA 2019

Page 32

Il-Programm tal-Attivitajiet f’SVP Ronald Zaffarese Koordinatur Anzjan AAU Residenza SVP Luqa

Merħba. Minn din il-paġna bħassoltu qed inwasslu l-programm talattivitajiet għall-anzjani li jgħixu fir-Residenza ta’ San Vinċenz De Paule, ibbażata fuq l-erba’ xhur li jkunu ġejjin. Peress li dan hu programm twil, jista’ jkun li xi attivitajiet ma jkunux għadhom ġew skedati u allura ma jkunux qed jidhru hawn. Minkejja dan qed nagħmlu minn kollox biex sa qabel din ir-rivista tasal għandkom, inkunu kemm jista’ jkun preċiżi dwar avvenimenti fuq ġewwa kif ukoll fuq barra li jkunu se jsiru għalikom l-anzjani, partikularment f’ din ir-residenza.

Apparti minn hekk, ta’ kuljum ikunu skedati servizzi u attivitajiet diversi. Fost dawn insibu: logħob tat-tombla, board games, reminiscence, qari, tpinġija, komunikazzjoni, sport, mużika, ċinema, crafts, crosswords, u issa wkoll, chair exercises. Fiż-żmien li ġej hu maħsub li se tkun introdotta Mobile Library biex ikunu jistgħu jintlaħqu wkoll dawk ir-residenti li jħobbu jaqraw.

Nixtiequ ninfurmaw li, apparti l-attivitajiet kif jidhru hawn, ta’ kuljum fl-10.15 ta’ filgħodu l-anzjani residenti jittieħdu l-knisja ta’ SVP għall-Quddiesa. Paġna 32

familja

Ħarġa Nru. 7 - Diċembru 2019


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
MSFC Familja 07 XITWA 2019 by MSFC-Familja.media - Issuu