MSFC Familja 07 XITWA 2019

Page 26

Il-Personalità ta’ ‘Familja’ Is-Sur Martin Buhagiar L-ewwel xogħol fil-Forzi Armati ta’ Malta Il-karriera tax-xogħol tiegħi ma bdietx mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali iżda bdiet preċiżament nhar is-17 ta’ Diċembru tal-1982 meta fis-sirda ta’ filgħodu liebes xorts u t-shirt militari inżilt għat-taħriġ fiżiku ġewwa Ħal Safi mal-Forzi Armati ta’ Malta bħala membru tad-

Dejma. Avventura li damet erba’ snin b’kollox, jekk wieħed jgħodd ukoll il-perjodu li għamilt bħala suldat regolari fil-Forzi Armati. Tista’ tgħid li kont għadni tifel meta lbist l-uniformi, iżda ngħid bla tlaqlieq li l-armata u l-ftit esperjenzi li għaddejt minnhom kabbruni fil-karattru tiegħi. Kelli esperjenzi sbieħ, bħal meta wara 10 ġimgħat ta’ taħriġ ħadt ilpremju bħala l-aqwa rekluta. L-esperjenza tal-agħar ġrajja ta’ pajjiżna Maż-żmien però esperjenzajt waħda mill-agħar ġrajjiet li għadda minnu l-pajjiż. Dan kien meta f’Novembru tal-1984 kienu ġew maqtula il-fuq minn sittin ruħ li kienu qed jivvjaġġaw fuq l-arjuplan tal-Eygpt Air. Wara li dan l-arjuplan inħataf mill-pirati tal-arju, ġie splodut.

Fil-Forzi Armati ta’ Malta Paġna 26

Waqt li kont fl-armata kien ħareġ eżami għal skirvani mal-Gvern u ddeċidejt li noqgħod għal dan l-ezami. Għaddejt u f’Ottubru tal-1986 irfist l-ewwel tarġa tadDipartiment. familja

Ħarġa Nru. 7 - Diċembru 2019


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.