Is-Sette Giugno mill-Belt Valletta għall-Ħamrun u Ħal Qormi Mary Grace Cassar Kriminoloġista, Occupational Therapist
Din is-sena jaħbat il-mitt sena mill-avvenimenti magħrufa bħala tas-Sette Giugnio, minħabba f’dan l-anniversarju, aħna jkollna wkoll btala pubblika. F’dan l-avveniment jiġu mfakkra partikolarment issitt vittmi li tilfu ħajjithom waqt l-irvellijiet. Ħafna jassoċjaw dawn l-irvellijiet mal-prezz tal-ħobż fiż-żmien ta’ wara l-Gwerra l-Kbira (19141918). Iżda fil-verità kien ilprezz tal-ħobż li kkaġuna dawn l-irvellijiet ? Il-kważa ta’ dawn l-irvellijiet seħħew fil-Belt Valletta iżda nfirxu ukoll f’lokalitajiet oħra bħal Ħamrun, Marsa, Ħal Qormi, Rabat (Malta) u ż-Żejtun. Sa minn qabel il-gwerra, kien hawn faqar kbir u fl-1906 saħansitra l-qassisin wettqu ‘azzjoni industrijali’ (strike) f’talba għal żieda ta’ six pence ta’ kull quddiesa li jiċċelebraw. Fl-1907 azzjoni simili saret mill-ħaddiema tat-tramm. F’nuqqas ta’ investiment, l-unika entità li tħaddem in-nies kien familja.media@gov.mt
prattikalment il-Gvern kolonjali u b’hekk ma kienx faċli li l-ħaddiem jiġġieled għad-drittijiet tiegħu f’pajjiż b’nuqqas kbir ta’ opportunitajiet ta’ mpjieg. Is-sena 1914 rat diversi taqlib politiku fl-Ewropa, li wassal għall-Gwerra l-Kbira. Iżda f’kuntrast ma’ dak li ġara f’pajjiżi oħra, l-Maltin iċċelebraw fittoroq tal-Belt Valletta. Dan għaliex fl-4 t’ Awwissu tal-1914 tħabbar li l-Imperu Ingliż kien ser jipparteċipa fi gwerra li nvolviet diversi pajjiżi Ewropej. Paġna 17