Missio Ktejjeb ta' Rizorsi Skejjel 2021

Page 7

L‑ISTORJA TA’ DARA

Dara ‑ “Jien kburi u ferħan li ċ‑Ċentru Arrupe laqagħni u qed jagħtini taħriġ edukattiv sabiex inkun nista’ nsib impjieg fil‑futur.” Dara tilef il‑pala t’idu u parti mid‑dawl t’għajnejh meta waqt li kien m’oħtu fl‑għalqa ta’ nannuhom ġabar xi ħaġa tleqq li sab fl‑art. Dik li ġabar ma kienet xejn ħlief mina tal‑art li splodiet f ’idu. Illum

Dara jgħix fiċ‑Ċentru Arrupe, ċentru li jagħti għajnuna, edukazzjoni u taħriġ lil tfal b’diżabilità bħal Dara. Illum il‑ġurnata, Dara jmur l‑iskola u apparti li jmur tajjeb fl‑istudji, jogħġbu ħafna l‑isports. It‑tfajjel iħossu membru attiv fil‑komunità tiegħu u jgħid li t‑tim taċ‑Ċentru Arrupe jimbuttah ħafna sabiex kuljum iħossu iktar motivat u ħerqan li ’l quddiem jidħol fid‑dinja tax‑xogħol, u jsib xogħol għal qalbu.

Missier Dara jirringrazzja ’l Alla li Dara waqaf iħossu waħdu u minsi, u li nstab mit‑tim taċ‑Ċentru Arrupe. Il‑missier jgħid li huwa ma kellux riżorsi biżżejjed sabiex iżomm lil Dara miegħu, meta tilef il‑pala t’idu u parti mill‑vista. Dara qed jingħata ċans ieħor grazzi għaċ‑Ċentru Arrupe u għal MissioTfal li jgħin lil dan iċ‑ċentru bis‑saħħa tad‑donazzjonijiet u l‑qlub ġeneruża tal‑Maltin u l‑Għawdxin. 7


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.