1 minute read

Tema tal‑Jum Dinji Missjunarju 2021 ......................................................................................................................6 L‑Istorja ta’ Dara

Next Article
Riżorsi Oħra

Riżorsi Oħra

Dara ‑ “Jien kburi u ferħan li ċ‑Ċentru Arrupe laqagħni u qed jagħtini taħriġ edukattiv sabiex inkun nista’ nsib impjieg fil‑futur.”

Dara tilef il‑pala t’idu u parti mid‑dawl t’għajnejh meta waqt li kien m’oħtu fl‑għalqa ta’ nannuhom ġabar xi ħaġa tleqq li sab fl‑art. Dik li ġabar ma kienet xejn ħlief mina tal‑art li splodiet f’idu. Illum Dara jgħix fiċ‑Ċentru Arrupe, ċentru li jagħti għajnuna, edukazzjoni u taħriġ lil tfal b’diżabilità bħal Dara.

Illum il‑ġurnata, Dara jmur l‑iskola u apparti li jmur tajjeb fl‑istudji, jogħġbu ħafna l‑isports. It‑tfajjel iħossu membru attiv fil‑komunità tiegħu u jgħid li t‑tim taċ‑Ċentru Arrupe jimbuttah ħafna sabiex kuljum iħossu iktar motivat u ħerqan li ’l quddiem jidħol fid‑dinja tax‑xogħol, u jsib xogħol għal qalbu. Missier Dara jirringrazzja ’l Alla li Dara waqaf iħossu waħdu u minsi, u li nstab mit‑tim taċ‑Ċentru Arrupe. Il‑missier jgħid li huwa ma kellux riżorsi biżżejjed sabiex iżomm lil Dara miegħu, meta tilef il‑pala t’idu u parti mill‑vista.

Dara qed jingħata ċans ieħor grazzi għaċ‑Ċentru Arrupe u għal MissioTfal li jgħin lil dan iċ‑ċentru bis‑saħħa tad‑donazzjonijiet u l‑qlub ġeneruża tal‑Maltin u l‑Għawdxin.

This article is from: